1993R0404 — MT — 01.05.2004 — 007.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 404/93

tat-13 ta' Frar 1993

dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-banana

(ĠU L 047, 25.2.1993, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSIJONI (KEE) Nru 3518/93 tal-21 ta’ Diċembru 1993

  L 320

15

22.12.1993

►M2

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 3290/94 tat-22 ta' Diċembru 1994

  L 349

105

31.12.1994

►M3

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1637/98 ta’ l-20 ta’ Lulju 1998

  L 210

28

28.7.1998

►M4

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999

  L 160

80

26.6.1999

►M5

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 216/2001 tad-29 ta’ Jannar 2001

  L 31

2

2.2.2001

►M6

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2587/2001 tad-19 ta’ Diċembru 2001

  L 345

13

29.12.2001


Emendat bi:

►A1

  L 236

33

23.9.2003



NB: Din il-verżjoni konsolidata tinkludi referenzi għall-unità Ewropea ta’ kont u/jew l-eku, li mill-1 ta’ Jannar 1999 għandha tinftiehem bħala referenza għall-euro – Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3308/80 (ĠU L 345, ta’ l-20.12.1980, p. 1) u r- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1103/97 (ĠU L 162, tad-19.6.1997, p. 1).




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 404/93

tat-13 ta' Frar 1993

dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-banana



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42 and 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-kwota tat-tariffi fuq l-importazzjoni tal-banana anness mal-Konvenzjoni ta' l-Implimentazzjoni dwar l-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u t-Territorji Lil Hemm mill-Baħar tal-Komunità provduta fl-Artikolu 136 ta' Trattat, u b'mod partikolari l-paragrafu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),

Billi l-ħidma u l-iżvilupp tas-suq komuni għall-prodotti agrikoli jridu jkunu akkumpanjati bid-dħul ta' politika agrikoli komuni li tinkludi b'mod partikolari l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli li jistgħu jieħdu għamliet differenti skond il-prodotti;

Billi bħalissa jeżistu ġewwa l-Istati Membri tal-Komunità organizzazzjonijiet tas-suq nazzjonali li jipproduċu l-banana li jfittxu li jiżguraw li l-produtturi jistgħu jiddisponu mill-prodotti tagħhom fis-suq komuni u jdaħħlu introjtu skond l-ispiża tal-produzzjoni; billi dawn l-organizzazzjonijiet tas-suq nazzjonali jimponu restrizzjonijiet kwantitattivi li jfixklu l-ħolqien ta' suq komuni għall-banana; billi xi wħud mill-Istati Membri li ma jipproċudux il-banana jipprovdu postijiet tal-bejgħ bi trattament preferenzjali għall-banana mill-Istati ta' l-AKP waqt li oħrajn għandhom regoli liberi ta' importazzjoni, li saħansitra f'każ wieħed jinkludu sitwazzjoni privileġġjata tat-tariffa; billi dawn l-arranġamenti speċjali jipprevjenu l-moviment ħieles tal-banana fil-Komunità u l-implimentazzjoni ta' arranġamenti komuni għan-negozju ma' pajjiżi oħra; billi għall-iskop tal-kisba ta' suq komuni, organizzazzjoni komuni flessibbli u bbilanċjata tas-suq fis-settur tal-banana trid tieħu l-post ta' dawn l-arranġamenti nazzjonali varji;

Billi, sabiex il-Komunità tkun tista' tirrispetta l-Preferenza Komunitarja u l-obbligi varji internazzjonali tagħha, din l-organizzazzjoni komuni tas-suq għandha tippermetti illi l-banana prodotta fil-Komunità u dik fl-Istati ta' l-AKP li huma fornituri tradizzjonali sabiex jiġu disposti fis-suq tal-Komunità hekk li jipprovdu introjtu adegwat lill-produtturi u bi prezzijiet ġusti għall-konsumatur mingħajr ma jimminaw l-importazzjoni tal-banana minn pajjiżi oħra fornituri;

Billi, sabiex jippermettu illi s-suq ikun fornit bi prodotti ta' kwalità uniformi u sodisfaċenti b'qies xieraq għall-karatteristiċi lokali u l-varjetajiet prodotti u sabiex jiġi żgurat id-disponiment tal-prodotti tal-Komunità bi prezzijiet li jħallu profitt li jiggarantixxi introjtu adegwat, għandhom jiddaħħlu standards kwalitattivi għall-banana friska u, jekk meħtieġa, regoli tas-suq għall-prodotti pproċessati mill-banana;

Billi sabiex jiġi mmassimizzat l-introjtu mill-banana prodotta fil-Komunità, għandha tiġi inkoraġġita l-formazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, prinċipalment bl-għoti ta' għajnuna għalbiex jibdew; billi sabiex dawn l-organizzazzjonijiet għandhom rwol effettiv li jikkonċentraw il-provvista, il-membri tagħhom għandhom jindaħlu sabiex iqiegħdu fis-suq il-produzzjoni kollha tagħhom; billi għandha tiġi permessa wkoll il-formazzjoni ta' tipi oħra ta' assoċjazzjonijiet, li jikkomprendu l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u r-rappreżentanti tagħhom fl-istadji l-oħra tal-produzzjoni; billi f'data iktar tard għandhom jiġu ddefiniti l-kondizzjonijiet li fuqhom dawn l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw l-aspetti varji tas-settur tal-banana jistgħu jindaħlu għal miżuri ta' interess ġenerali u jkollhom ir-regoli tagħhom estiżi għal dawk li mhux membri jew lokalment jew reġjonalment; billi dawn l-organizzazzjonijiet jistgħu jiġu kkonsultati meta jitfasslu l-programmi-oqfsa u jistgħu jieħdu parti attiva fl-implimentazzjoni tal-miżuri strutturalli introdotti bħala parti mill-organizzazzjoni tas-suq;

Billi għandhom jiġu mtaffija n-nuqqasijiet strutturali li jirrestrinġu l-kapaċità tal-produzzjoni Komunitarja milli tikkompeti, prinċipalment sabiex tiżdied il-produttività; billi għandhom jiġu stabbiliti l-programmi sabiex jiksbu dan f'kull reġjun tal-produzzjoni skond l-oqfsa ta' appoġġ tal-Komunità permezz tal-koperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali u bit-tipi varji ta' organizzazzjonijiet fis-settur riferit iktar 'il fuq u li jkunu assoċjati mill-iktar qrib possibbli mat-tħejjija tal-miżuri li jridu jiġu mdaħħla;

Billi l-organizzazzjonijiet nazzjonali tas-swieq sa issa għenu lill-produtturi nazzjonali tal-banana sabiex jiksbu mis-suq introjtu adegwat sabiex ikopru l-ispejjez tal-produzzjoni tagħhom; billi, l-introduzzjoni ta' l-organizzazzjoni tas-suq ma għandhiex tpoġġi lill-produtturi f'sitwazzjoni agħar minn dik ta' issa, u billi huwa probabbli illi (din l-introduzzjoni) tbiddel il-livell tal-prezzijiet f'dawn is-swieq, għandha ssir disposizzjoni għal kumpens sabiex ikopri t-telf ta' l-introjtu li jista' joħroġ mill-implimentazzjoni tas-sistema l-ġdida għalbiex tippermetti l-kontinwazzjoni tal-produzzjoni Komunitarja bil-prezzijiet miġrura mis-sitwazzjoni strutturali speċifika sakemm dan jibqa' mhux aġġustat mill-miżuri strutturali implimentati; billi għandha ssir disposizzjoni sabiex tiġi aġġustata l-għajnuna biex tqis iż-żieda fil-produttività u x-xejriet fil-kategoriji varji tal-kwalità;

Billi f'ċerti reġjuni żgħar ħafna fil-Komunità fejn il-kondizzjonijiet mhumiex addattati b'mod partikolari għall-produzzjoni tal-banana iżda aktar addattati għal uċuħ alternattivi, il-waqfien definittiv tal-produzzjoni tal-banana għandu jkun inkoraġġit bi primjum għall-waqfien tal-produzzjoni tal-banana; billi, sabiex tiġi llimitata l-ispiża għal din il-ħidma, għandu jkun hemm għażieq għat-tnaqqija mill-iktar fis possibbli;

Billi l-bilanċ previst tal-provvista mfassal kull sena għandu jevalwa l-prospetti dwar il-produzzjoni u l-konsum fil-Komunità; billi għandu jkun possibbli li dan il-bilanċ jiġi rivedut matul is-sena skond iċ-ċirkostanzi, inklużi l-ġrajjiet speċifiċi tal-klima;

Billi sabiex jiġi żgurat it-tqegħid fis-suq sodisfaċenti tal-banana prodotta ġewwa l-Komunità u tal-prodotti li joriġinaw mill-istati ta' l-AKP ġewwa l-qafas tal-Ftehimijiet tal-Konvenzjoni ta' Lomé, għandha ssir disposizzjoni sabiex kull sena tinfetaħ kwota tat-tariffa; billi, minn naħa waħda, l-importazzjonijiet tal-banana minn pajjiżi terzi għandhom ikunu bla ħsara għat-tariffa ta' 100 ECU fuq kull elf tunnelleta metrika, li tikkorrispondi mar-rata korrenti skond it-Tariffa Komuni Doganali u, min-naħa l-oħra, l-importazzjonijiet tal-banana mhux tradizzjonali mill-istati ta' l-AKP trid tkun bla ħsara għal dazju ta' żero skond il-ftehimijiet msemmija hawn fuq; billi għandha ssir disposizzjoni sabiex tiżgura l-addattazzjoni ta' l-ammont tal-kwota tat-tariffa msejsa fuq bdil fid-domanda fil-Komunità rreġistrata fil-bilanċ tal-provvista prevista;

Billi l-importazzjonijiet li ma jidħlux fil-kwota tat-tariffa jridu jkunu bla ħsara għal rati ta' taxxa suffiċjentement għolja sabiex jiġi żgurat illi l-produzzjoni fil-Komunità u l-kwantitajiet tradizzjonali jkunu mqiegħda fuq kondizzjonijiet aċċettabbli;

Billi l-importazzjonijiet tradizzjonali tal-banana mill-istati ta' l-AKP mhumiex inklużi fil-kwota mingħajr dazju tat-tariffa bħala parti mill-kwantità tradizzjonali li tqis l-investimenti speċifiċi diġà magħmula skond il-programmi sabiex tiżdied il-produzzjoni;

Billi sabiex jitħarsu l-għanijiet iddikjarati hawn fuq, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċjali tas-suq tal-banana, trid issir distinzjoni meta tiġi amministrata l-kwota tat-tariffa bejn, mill-banda l-waħda, l-operaturi li qabel kienu qiegħdu fis-suq il-banana minn pajjiżi terzi u l-banana mill-istati ta' l-AKP mhux tradizzjonali, u mill-banda l-oħra, l-operaturi li qabel kienu qiegħdu fis-suq il-banana prodotta fil-Komunità filwaqt li jħallu kwantità disponnibli għall-operaturi l-ġodda li riċentament daħlu jew kienu sejrin jidħlu f'attività kummerċjali f'dan is-settur;

Billi, sabiex ma jiġux sfrattati r-rabtiet kummerċjali eżistenti, filwaqt li illi fl-istess ħin jitħalla xi żvilupp fl-istrutturi tat-tqegħid fis-suq, il-ħruġ għal kull wieħed mill-operaturi ta' liċenzji separati dwar l-importazzjoni għal kull waħda mill-kategoriji ddefiniti hawn fuq irid tkun fuq il-bażi tal-kwantità medja tal-banana mqiegħda fis-suq mill-operatur fit-tliet snin ta' qabel li għalihom kienet disponibbli l-informazzjoni statistika;

Billi meta jiġu adottati l-kriterji addizzjonali illi l-operaturi għandhom jirrispettaw, il-Kummissjoni hija ggwidata mill-prinċipju fejn il-liċenzji jridu jiġu mogħtija lil persuni naturali jew legali li jkunu daħlu għar-riskju kummerċjali fit-tqegħid fis-suq tal-banana u bil-ħtieġa li jiġi evitat id-disturb tar-relazzjonijiet normali tal-kummerċ bejn persuni li jokkupaw postijiet differenti fil-katina tat-tqegħid fis-suq;

Billi, filwaqt li jitqiesu l-istrutturi tat-tqegħid fis-suq, l-Istati Membri jridu, fuq il-bażi tal-proċeduri u tal-kriterji adottati mill-Kummissjoni, jagħmlu ċensiment ta' l-operaturi u jistabbilixxu l-kwantitajiet imqiegħda fis-suq sabiex jintużaw bħala referenza għall-ħruġ taċ-ċertifikati;

Billi l-monitorjar ta' l-importazzjonijiet fil-qafas tal-kwoti tat-tariffa jeħtieġ skema dwar il-liċenzja ta' l-importazzjoni appoġġjata b'garanzija;

Billi l-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tieħu l-miżuri xierqa sabiex tittratta disturbi serji, jew it-theddida ta' dawn id-disturbi, li x'aktarx jipperikolaw il-kisba ta' l-għanijiet ta' Artikolu 39 ta' Trattat;

Billi x-xogħol ta' l-organizzazzjoni tas-suq tiġi mminata bl-għoti ta' ċerta assistenza; billi għalhekk id-disposizzjonijiet tat-Trattat li jippermettu l-konsiderazzjoni ta' l-għajnuniet nazzjonali mogħtija mill-Istati Membri u l-projbizzjoni ta' dawk inkopatibbli mas-suq komuni għandhom jiġu applikati għas-settur tal-banana;

Billi, sabiex tiġi fffaċilitata l-implimentazzjoni ta' dawn id-disposizzjonijiet, għandha tiġi inkluża proċedura li tinvolvi l-koperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni ġewwa l-Kumitat Maniġerjali;

Billi l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-banana trid tqis ukoll l-għanijiet iddikjarati fl-Artikoli 39 u 110 tat-Trattat;

Billi s-sostituzzjoni ta' l-arranġamenti nazzjonali varji mħaddma meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b'din l-organizzazzjoni komuni tas-suq tista' tiddisturba s-suq intern; billi, mill-1 ta' Lulju 1993, il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tieħu kull miżura transitorja meħtieġa sabiex tegħleb id-diffikultajiet għalbiex timplimenta l-arranġamenti l-ġodda;

Billi l-iskop tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1319/85 tat-23 ta' Mejju 1985 dwar ir-rinfurzar tas-sorveljanza sabiex jiġu applikati r-regoli Komunitarji dwar il-frott u l-ħaxix ta' l-ikel ( 4 ) għandu jiġi estiż għas-settur tal-banana sabiex jippermetti l-kontrolli dwar li jkunu qegħdin jitħarsu l-istandards stabbiliti għall-banana skond dan ir-Regolament;

Wara li kkunsidra l-importanza soċjali, ekonomika, kulturali u ambjentali tat-tkabbir tal-banana fir-reġjuni Komunitarji tad-dipartimenti barranin Franċiżi, il-Madeira, l-Azores, l-Algarve, Kreta, il-Lakonja u l-Gżejjer Kanarji, li huma reġjuni kkaratterizzati bl-insularità, bil-bogħod u b'ritardazzjoni strutturali, aggravati f'ċerti każi bid-dipendenza ekonomika tagħhom fuq it-tkabbir tal-banana,

Billi t-tħaddim ta' dan ir-Regolament għandu jiġi eżaminat wara perjodu interim taż-żmien ta' l-applikazzjoni u qabel l-aħħar ta' l-għaxar sena mid-data li jkun daħal fis-seħħ sabiex jitqiesu l-arranġamenti l-ġodda li jridu japplikaw wara din id-data,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



▼M6

Artikolu 1

1.  B’hekk qiegħda tiġi stabbilita organizzazzjoni komuni tas-suq tal-banana.

2.  L-organizzazzjoni għandha tkopri l-prodotti li ġejjin:



Il-kodiċi jiet ĊN

Deskrizzjoni

0803 00 19

Banana friska, minbarra l-plantains

ex080300 90

Banana mnixxfa, minbarra l-plantains

ex081295 90

Banana proviżorjament ippreservata

ex081350 99

Taħlitiet li jkun fihom il-banana mnixxfa

1106 30 10

Tqiq, mealu trab tal-banana

ex200600 99

Banana ppreservata fiz-zokkor

ex200710 99

Preparattivi omoġeneizzati tal-banana

ex200799 39

ex200799 58

ex200799 98

Ġammijiet, ġelatini, marmalades, pureesu pastestal-banana

ex200892 59

ex200892 78

ex200892 93

ex200892 98

Taħlitiet li jkun fihom il-banana ippreparati jew ippreservati b’xi mod ieħor

ex200899 49

ex200899 68

ex200899 99

Banana ppreservata jew ippreparata b’xi mod ieħor.

ex200980 35

ex200980 38

ex200980 79

ex200980 86

ex200980 89

ex200980 99

Meraq tal-banana

3.  Is-sena kummerċjali għandha tkun mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru.

▼B



Titolu I

L-i standards komuni tal-kwalità u tat-tqegħid fis-suq

Artikolu 2

1.  Għandhom jiġu stabbiliti l-istandards tal-kwalità għall-banana maħsuba biex tiġi fornita friska lill-konsumatur, bl-esklużjoni tal-pjantaġġini, u għandhom jitqiesu l-varjetajiet differenti prodotti.

2.  Jistgħu jiġu wkoll stabbiliti l-istandards tat-tqegħid fis-suq għall-prodotti proċessati magħmula mill-banana.

Artikolu 3

1.  Għajr jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi xorta oħra skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27, il-prodotti li għalihom ikunu ġew stabbiliti standards komuni jistgħu jiġu mqiegħda fis-suq fil-Komunità jekk jikkoformaw ma' dawn l-istandards.

2.  Bl-għan li jiġi stabbilit jekk il-prodotti jħarsux l-istandards tal-kwalità, jistgħu jsiru kontrolli mill-korpi nnominati mill-Istati Membri.

Artikolu 4

Għandhom jiġu stabbiliti l-istandards tal-kwalità, l-istadji tat-tqegħid fis-suq li fihom il-prodotti jridu jikkonformaw ma' dawn l-istandards u l-miżuri sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni uniformi tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 2 u 3, inklużi dawk li jirrigwardaw it-testijiet, skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 27.



Titolu II

L-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-mekkaniżmi tal-konċentrazzjoni

Artikolu 5

1.  Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, “organizzazzjoni tal-produtturi” tfisser kull organizzazzjoni tal-produtturi stabbilita fil-Komunità li:

(a) hija stabbilita mill-produtturi nfushom sabiex:

— tikkonċentra l-provvista u tirregola l-prezzijiet fl-istadju tal-produzzjoni għal wieħed jew aktar mill-prodotti riferiti fl-Artikolu 1,

— tagħmel disponibbli lill-membri produtturi l-faċilitajiet tekniċi xierqa għall-pakkjar u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti fil-kwistjoni;

(b) kapaċi turi volum minimu ta' produzzjoni li tista' tiġi mqiegħda fis-suq u numru minimu ta' produtturi;

(ċ) għandha regoli li fihom disposizzjonijiet:

— li jeħtieġu lill-produtturi sabiex iqiegħdu fis-suq permezz ta' l-organizzazzjoni l-produzzjoni totali tagħhom tal-prodott jew il-prodotti li għalihom ingħaqdu ma' din l-organizzazzjoni,

— li jagħtu lill-produtturi l-kontroll ta' l-organizzazzjoni u l-proċeduri tagħha tat-teħid tad-deċiżjonijiet

— li jippenalizzaw kull vjolazzjoni mill-membri produtturi tar-regoli stabbiliti mill-organizzazzjoni,

— li jimponu imposti fuq il-membri tagħha,

— li jirrigwardaw id-dħul ta' membri ġodda;

(d) tistabbilixxi r-regoli li jirrigwardaw il-ġbir tat-tagħrif dwar il-produzzjoni, il-produzzjoni u, b'mod partikolari, ir-regoli mfassla sabiex itejbu l-kwalità u r-regoli tat-tqegħid fis-suq;

(e) iżżomm kontijiet separati għall-attivitajiet tagħha li jirrigwardaw il-banana;

(f) tiġi rikonoxxuta mill-Istat Membru interessat skond il-paragrafu 2.

2.  Ma' l-applikazzjoni, l-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu lill-organizzazzjonijiet interessati sakemm joffru garanzija adegwata dwar it-tul u l-effettività tax-xogħol tagħhom, b'referenza partikolari għax-xogħol stabbilit fil-paragrafu 1, u sakemm jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fihom.

▼M4

Artikolu 6

1.  Għal ħames snin wara d-data ta’ għarfien, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti assistenza biex jinkoraġġixxu l-istabbiliment tagħhom u jassistu fl-operazzjoni amministrattiva tagħhom.

2.  Għajnuna bħal din:

— għandha tkun, għall-ewwel, it-tieni, it-tielet, ir-raba’ u l-ħames sena rispettivament, 5 %, 5 %, 4 %, 3 % u 2 % tal-valur tal-produzzjoni nnegozjata permezz ta' l-awspiċji ta' l-organizzazzjoni tal-produttur,

— m’għandhiex teċċedi l-ispiża attwali tal-formazzjoni u ta' l-operat amministrattiv ta' l-organizzazzjoni kkonċernata,

— għandha titħallas b'rati annwali għal massimu ta’ seba' snin wara d-data ta’ l-għarfien.

Il-valur tal-produzzjoni ta’ kull sena għandu jkun ikkalkulat fuq il-bażi ta’:

— il-volum annwali attwalment innegozjat,

— il-medja tal-prezzijiet tal-produttur akkwistati.

3.  Organizzazzjonijiet ta’ produtturi li joriġinaw minn organizzazzjonijiet li diġà jkunu konformi kważi għal kollox mal-kondizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jikkwalifikaw għal għajnuna permezz ta’ dan l-Artikolu biss jekk ikunu stabbiliti bħala riżultat ta’ għaqda li tawtorizza l-oġġettivi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5 biex ikunu milħuqa aktar effettivament. B’danakollu, f’każ bħal dan, l-għajnuna għandha tingħata biss f’dak li jirrigwarda l-ispejjeż tat-twaqqif ta' l-organizzazzjoni (spiża minfuqa b’konnessjoni max-xogħol preparatorju u mat-tħejjija tal-memorandum u l-artikoli ta' l-assoċjazzjoni).

4.  L-għajnuna li hemm referenza għaliha f’dan l-Artikolu għandha tkun innotifikata lill-Kummissjoni f’rapport mill-Istati Membri fl-għeluq ta’ kull sena finanzjarja.

▼B

Artikolu 7

1.  L-assoċjazjonijiet tal-produtturi jew ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi stabbiliti sabiex jieħdu miżuri ta' interess komuni jistgħu jipparteċipaw fit-tħejjija tal-miżuri pprovduti fil-programmi operattivi riferiti fl-Artikolu 10. Il-membri ta' dawn l-assoċjazzjonijiet jistgħu jinkludu proċessuri u negozjanti bħala membri.

2.  Il-miżuri ta' interess komuni riferiti fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu r-riċerka, it-taħriġ tal-produtturi, l-istrateġija dwar il-kwalità u l-iżvilupp ta' metodi tal-produzzjoni ambjentalment sodi.

Artikolu 8

1.  Skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 43 (2) tat-Trattat, il-Kunsill għandu jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent u l-ħidma tal-gruppi li jikkomprendu attività ekonomika jew attivitajiet ekonomiċi li għandhom x'jaqsmu mal-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq jew il-proċessar tal-banana skond l-ordni b'mod partikolari:

— sabiex jittejjeb il-ġbir tat-tagħrif dwar is-suq u l-għerf fl-iżvilupp probabbli tas-swieq u l-kondizzjonijiet tat-tqegħid fis-suq;

— u

— sabiex jitnaqqas it-tifrix tal-provvista, tiġi ggwidata l-produzzjoni u mmexxi 'l quddiem it-titjib fil-kwalità tal-banana biex b'hekk tilħaq aħjar il-ħtiġiet tas-suq u d-domanda mill-konsumaturi.

2.  Id-disposizzjonijiet li jridu jiġu adottati jrid ikun fihom, fuq kondizzjonijiet li jridu jiġu stabbiliti, il-possibbiltà li jiġu estiżi għal dawk li mhux membri r-regoli adottati minn dawn il-gruppi sakemm dawn ir-regoli jkunu ta' interess ġenerali għas-settur u sakemm l-estensjoni tagħhom tħares ir-regoli tal-kompetizzjoni fit-Trattat.

Artikolu 9

Ir-regoli sabiex jiġi implimentat dan it-Titolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27.



Titolu III

L-assistenza

Artikolu 10

1.  Filwaqt li jaġixxu fil-qafas tal-koperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu jfasslu programmi operattivi fl-oqfsa ta' appoġġ Komunitaru għar-reġjuni eliġibbli għalbiex jiddefinixxu l-miżuri li għandhom jidħlu għalihom fis-settur tal-banana sabiex jiksbu mill-inqas tnejn mill-għanijiet li ġejjin:

— strateġija ta' kwalità u kummerċjali għall-prodotti tal-post fid-dawl ta' l-iżviluppi probabbli fl-ispejjeż u fis-swieq;

— l-utilizzazzjoni mtejba tar-risorsi filwaqt li jiġi rrispettat l-ambjent;

— kompetittività akbar.

2.  Filwaqt li jaġixxu bil-koperazzjoni riferita fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, sa fejn hu possibbli, jassoċjaw fit-tħejjija tal-miżuri riferiti fil-paragrafu 1 il-gruppi, l-assoċjazjonijiet u l-organizzazzjonijiet fis-settur tal-banana, kif riferit fl-Artikoli 5, 7 u 8 rispettivament, u ċ-ċentri tar-riċerka teknika u ekonomika.

3.  Rigward il-miżuri fil-programmi tal-ħidma, l-organizzazzjoni, it-teħid tad-deċiżjonijiet u l-implimentazzjoni għandhom jitwettqu skond ir-regolamenti fis-seħħ sabiex jiġu mmaniġġjati l-Fondi strutturali.

Artikolu 11

Fil-qafas tal-koperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet reġjonali u nazzjonali, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazjonijiet u l-gruppi riferiti fl-Artikoli 5, 7 u 8 jistgħu jiġu mitluba jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti l-veduti tagħhom dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri li jridu jiġu proposti.

Artikolu 12

1.  Għandu jingħata kumpens għal kull telf ta' introjtu lill-produtturi Komunitarji li huma membri ta' organizzazzjoni rrikonoxxuta tal-produtturi li tkun qiegħda tqiegħed fis-suq Komunitarju banana li tikkonforma ma' l-istandards komuni stabbiliti. Madankollu, il-kumpens jista' jitħallas lil produttur individwali li, minħabba is-sitwazzjoni speċifika tiegħu, u, b'mod partikolari l-lokazzjoni ġeografika tiegħu, ma jistax jingħaqad ma' organizzazzjoni tal-produtturi.

▼A1

2.  Il-kwantità massima ta' banana prodotta fil-Komunità u mmexxija fis-suq li għaliha jista' jitħallas kumpens għandha tkun iffissta għal 867 500 tunnellata metrika (piż nett) li għandha titqassam kif ġej għal kull reġjun produttur fil-Komunità:

1. 420 000 tunnellata metrika għall-Gzejjer Kanari,

2. 150 000 tunnellata metrika għall-Guadeloupe,

3. 219 000 tunnellata metrika għall-Martinique,

4. 50 000 tunnellata metrika għal Madeira, l-Azores u l-Algarve,

5. 15 000 tunnellta metrika għal Kreta u Lakonia,

6. 13 500 tunnellta metrika għal Ċipru.

Bla ħsara għall-kwantità massima għall-Komunità, il-kwantità għal kull reġjun tista' tiġi aġġustata.

▼B

3.  Il-kumpens għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tad-differenza bejn:

— l-“introjtu ta' referenza b'rata uniformi” għall-banana prodotta u mqiegħda fis-suq fil-Komunità, u

— l-“introjtu medju mill-produzzjoni” miksub fis-suq Komunitarju matul is-sena fil-kwistjoni għall-banana prodotta u mqiegħda fis-suq fil-Komunità.

4.  L-“introjtu ta' referenza b'rata uniformi” għandu jkun:

— il-prezz medju tal-banana prodotta fil-Komunità u mqiegħda fis-suq matul perjodu taż-żmien ta' referenza qabel l-1 ta' Jannar 1993 li jrid jiġi stabbilit skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27;

— imnaqqas bl-ispiża medja tat-trasport u tal-kunsinja bil-frank abbord (f.o.b.).

Dan għandu jiġi rivedut mill-Kummissjoni meta l-għajnuna tiġi ffissata wara tliet snin sabiex iqis b'mod partikolari l-produttività u x-xejriet fil-kategoriji varji ta' kwalità.

5.  L-“introjtu medju tal-produzzjoni” għall-banana tal-Komunità għandu jiġi kkalkolat kull sena minn:

— il-prezz medju tal-banana prodotta fil-Komunità u mqiegħda fis-suq matul is-sena fil-kwistjoni,

— imnaqqas bil-prezz medju tat-trasport u l-kunsinja bil-frank abbord (f.o.b.).

6.  Qabel l-1 ta' Marzu ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-għajnuna kumpensatorja għas-sena ta' qabel skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27.

Għandha tingħata għajnuna supplimentari lil reġjun produttur jew aktar meta l-introjtu mill-produzzjoni jkun iktar baxx b'mod sinifikanti mill-introjtu normali fil-Komunità.

7.  Jistgħu jitħallsu ħlasijiet bil-quddiem, fuq garanzija, fuq il-bażi ta' l-għajnuna kumpensatorja mogħtija fis-sena ta' qabel.

8.  Il-Kummissjoni għandha twettaq fis-sena 1993 eżami interim ta' l-introjtu medju fuq il-produzzjoni għal din is-sena. Fuq il-bażi ta' dan l-eżami, il-Kummissjoni tista' tagħmel ħlasijiet bil-quddiem skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27.

▼M6

9.  Stat Membru jista’ jiġi awtorizzat biex jintroduċi miżura temporanja li biha, ma titħallas l-ebda għajnuna kompensatorja għal prodott mibjugħ minn pjantaġġuni ġodda tal-banana mħawla fl-1 ta’ Ġunju 2002 jew wara, meta, fl-opinjoni ta’l-Istat Membru jkun hemm riskju għall-iżvilupp sostenibbli taż-żoni tal-produzzjoni, b’referenza partikolari għall-konservazzjoni ta’l-ambjent, u l-protezzjoni tal-ħamrija u l-fatturi karatteristiċi tal-kampanja.

Fuq talba ta’l-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha tagħti l-awtorizzazzjoni prevista fil-paragrafu preċedenti b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27.

▼B

Artikolu 13

1.  Għandu jingħata primjum waħdieni lill-produtturi tal-banana fil-Komunità li jieqfu milli jipproduċu l-banana

2.  L-għotja tal-primjum għandha tkun bla ħsara għall-qbil bil-miktub tar-riċevitur:

(a) sabiex jindaħal jew ikun indaħal għal ħidma waħda li sseħħ matul perjodu taż-żmien li jrid jiġi stabbilit fl-1993 jew fl-1994;

— l-għażieq għat-tnaqqija tas-siġar kollha tal-banana fuq l-impriża fejn il-medda miżrugħa bil-banana hija inqas minn ħames ettari;

— l-għażieq għat-tnaqqija ta' nofs is-siġar tal-banana fuq l-impriża fejn il-medda miżrugħa bil-banana hija ta' ħames ettari jew aktar

(b) biex ma jitħawlux siġar tal-banana fuq l-impriża interessata għal perjodu taż-żmien ta' għoxrin sena mis-sena li jkun sar l-għażiq għat-tnaqqija.

L-erji mħawla bil-banana wara li jkun daħal fis-seħħ dan ir-Regolament u l-impriżi ta' inqas minn 0,2 ettari ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-primjum.

3.  Il-primjum għandu jkun ta' 1000 ECU għal kull ettaru. Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27, dan l-ammont jista' jiġi aġġustat sabiex jitqiesu l-kondizzjonijiet speċifiċi f'ċerti erji.

4.  Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27, il-Kummissjoni tista' tawtorizza Stat Membru li jeskludi mill-eliġibilità l-primjum għall-waqfien mill-produzzjoni tal-banana lill-produtturi tal-banana lokati f'erji fejn l-għibien ta' dan il-wiċċ ikollu konsegwenzi negattivi, b'mod partikolari dwar iż-żamma tal-ħamrija miċroklimatika, jew il-kondizzjonijiet ambjentali jew il-pajsaġġ.

5.  Dan il-primjum għandu jkun kompattibli ma' l-għotja ta' l-għajnuna skond Titolu III tar-Regolament (KEE) Nru 3763/91 ( 5 ), it-Titolu II tar-Regolament (KEE) Nru 1600/92 ( 6 ) u t-Titolu III tar-Regolament (KEE) Nru 1601/92 ( 7 ) u l-għotja ta' assistenza strutturali skond ir-Regolamenti (KEE) Nru 2052/88 ( 8 ) u (KEE) Nru 4253/88 ( 9 ).

Artikolu 14

Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan it-Titolu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27.

Madankollu, ir-regoli dettaljati sabiex jiġu applikati l-Artikoli 6 u 10 għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29 tar-Regolament (KEE) Nru 4253/88.



TITOLU IV

Il-kummerċ ma' pajjiżi terzi

▼M2

Artikolu 15

1.  Dment li dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni jkunu japplikaw għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(2).

2.  Biex ikunu evitati jew milqugħa effetti avversi fis-suq tal-Komunità li jistgħu jirriżultaw minn importazzjonijiet ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1, importazzjonijiet ta' wieħed jew aktar prodotti bir-rata ta' dazju stipulat fl-Artikolu 10 jkunu suġġetti għal pagament ta'dazju addizzjonali jekk il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż skond l-Artikolu 228 tat-Trattat fl-ambitu tar-Round Urugwajan dwar in-negozjati fuq il-kummerċ multilaterali jkunu ġew esegwiti sakemm l-importazzjonijiet ma jidhrux li se jiddisturbaw s-suq tal-Komunità jew fejn l-effetti jidhru li mhux se jkunu proporzjonati ma' l-oġġettiv intiż.

3.  Il-prezzijiet tal-bidu taħt liema dazju addizzjonali jista' jkun impost ikunu dawk mibgħuta mill-Komunità lill-Organiżazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

Il-volumi tal-bidu li jridu jinqabżu sabiex ikun impost dazju ta'importazzjoni addizzjonali jkunu stabbiliti partikolarment a bażi ta importazzjonijiet fil-Komunità fit-tliet snin ta' qabel is-sena li fiha l-effetti avversi li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 2 jinqalgħu jew ikun hemm ċans li jinqalgħu.

4.  Il-prezzijiet ta' importazzjoni li għandhom jittieħdu in-konsiderazzjoni għall-impożizzjoni ta' dazju ta'importazzjoni jkunu deċiżi a bażi tal-prezz ta'importazzjoni cif tal-konsinja mbarkata in -kwistjoni.

Il-prezz ta'importazzjoni cif ikun ivverifikat għal dan l-iskop a bażi tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott in-kwistjoni fis-suq dinji jew fis-suq ta' importazzjoni tal-Komunità għall-prodott.

5.  Il-Kummissjoni taddotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stipulata f‘Artikolu 27. Tali regoli dettaljati jkunu jispeċifikaw partikolarment:

(a) il-prodotti li magħhom jista' jkun applikat dazju ta'importazzjoni addizzjonali skond Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura;

(b) il-kriterja l-oħra meħtieġa għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 skond Artikolu 5 ta‘ l imsemmi Ftehim.

▼M3 —————

▼M5

Artikolu 16

▼M6

1.  Dan l-Artikolu u l-Artikoli minn 17 sa 20 għandhom jgħoddu għall-importazzjonijiet ta’ prodotti friski li jaqgħu taħt il-kodiċi ĊN 0803 00 19 sakemm tidħol fis-seħħ, mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2006, ir-rata tat-tariffa doganali komuni għal dawk il-prodotti stabbiliti taħt il-proċedura prevista fl-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT).

▼M5

2.  Sakemm tidħol fis-seħħ ir-rata msemmija fil-paragrafu 1, l-importazzjoni msemmija fl-imsemmi paragrafu għandha tkunu taħt il-kwoti tat-tariffi miftuħa minn Artikolu 18.

Artikolu 17

Safejn ikun meħtieġ, l-importazzjoni tal-banana fil-Komunità għandha tkun soġġetta għal sottomissjoni ta’ liċenza tal-importazzjoni, li għandha tinħareġ mill-Istati Membri lil kull parti interessata, irrispettivament mill-post fejn ikunu stabbiliti fil-Komunità u bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi adottati għall-applikazzjoni ta’ Artikoli 18 u 19.

Dawn il-liċenzi tal-importazzjoni għandhom ikunu validi fil-Komunità kollha. Ħlief fejn jiġu adottati derogi taħt il-proċedura stabbilita f’Artikolu 27, il-ħruġ tal-liċenzi għandu jkun soġġett għad-depożitu ta’ garanzija kontra rabta għall-importazzjoni skond it-termini ta’ dan ir-Regolament waqt il-perjodu tal-validità tal-liċenza. Ħlief fil-każijiet ta’ force majeure, il-garanzija għandha tintilef kollha jew parti minnha jekk l-operazzjoni ma titwettaqx jew titwettaq parti biss minnha fiż-żmien preskritt.

▼M6

Artikolu 18

1.  Kull sena mill-1 ta’ Jannar għandhom jinfetħu l-kwoti ta’ tariffi li ġejjin:

(a) kwota ta’ tariffa ta 2 200 000 tunnellata metrika piż nett, imsejħa “il-kwota A”;

(b) kwota ta’ tariffa addizzjonali ta’ 453 000 tunnellata metrika piż nett, imsejħa “il-kwota B”;

(ċ) kwota ta’ tariffa awtonoma ta’ 750 000 tunnellata metrika piż nett, imsejħa “il-kwota Ċ”.

Il-Kwoti A u B għandhom ikunu miftuħa għall-importazzjoni ta’ prodotti li joriġinaw fil-pajjiżi terzi kollha.

Il-Kwota Ċ għandha tkun miftuħa għall-importazzjoni ta’ prodotti li joriġinaw fil-pajjiżi ACP.

Il-Kummissjoni tista’ abbażi ta’ ftehim mal-membri ta’l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ b’interess sostanzjali fil-provvista tal-banana, talloka l-kwoti A u B fost il-pajjiżi fornituri.

2.  Importazzjoni taħt il-kwoti A u B u importazzjoni ta’ banana minn pajjiżi terzi li ma jkunux il-pajjiżi ACP għandhom ikunu soġġetti għal dazju doganali ta’ EUR 75 għal kull tunnellata metrika. Importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw fil-pajjiżi ACP għandhom ikunu suġġetti għal dazju ta’ żero.

3.  Importazzjonijiet taħt il-kwota Ċ għandhom ikunu suġġetti għal dazju ta’ żero.

4.  Għandha tapplika tariffa ta’ preferenza ta’ EUR 300 għal kull tunnellata metrika fuq l-importazzjoni li toriġina f’pajjiżi ACP.

5.  Ir-rati ta’ dazju doganali stabbiliti f’dan l-Artikolu għandhom jinqalbu għall-valuta nazzjonali skond ir-rati applikabbli għall-prodotti in kwistjoni għall-finijiet tat-tariffa doganali komuni.

6.  Il-Kwota B tista’ tiġi awmentata jekk id-domanda fil-Komunità tiżdied kif inhu indikat minn balace sheet tal-produzzjoni, tal-konsum, ta’l-importazzjoni u l-esportazzjoni.

Il-balance sheet għandha tiġi adottata u l-kwota tat-tariffa awmentata taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27.

7.  Fejn il-provvista tas-suq tal-Komunità tkun soġġetta għal ċirkostanzi eċċezzjonali li jeffettwaw il-produzzjoni jew l-importazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri speċifiċi meħtieġa skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27.

F’dawn il-każijiet, il-kwota B tista’ tiġi aġġustata abbażi tal-balance sheet imsemmija fil-paragrafu 6. Il-miżuri speċifiċi jistgħu jidderogaw mir-regoli adottati taħt l-Artikolu 19(1). Dawn m’għandhomx jiddiskriminaw bejn pajjiżi terzi.

8.  Il-banana li terġa’ tiġi esportata mill-Komunità m’għandhiex tinqata’ mill-kwoti korrispondenti tat-tariffa.

▼M5

Artikolu 19

1.  Il-kwoti tat-tariffa jistgħu jiġu amministrati b’konformità mal-metodu bażat fuq il-konsiderazzjoni tal-flussi kummerċjali tradizzjonali (“dawk tradizzjonali/dawk ġodda”) u/jew skond metodi oħra.

2.  Il-metodu adottat għandu jikkunsidra kif ikun approprjat il-ħtieġa li jinżamm l-ekwilibriju fil-provvista tas-s-suq tal-Komunità.

Artikolu 20

Il-Kummissjoni għandha tadotta dispożizzjonijeit biex timplimenta dan it-Titolu taħt il-proċedura spjegata f’Artikolu 27. L-iskop tagħhom għandu jinkludi:

(a) regoli dwar l-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffa msemmija f’Artikolu 18;

(b) meta tkun meħtieġa, garanzija tan-natura u l-oriġini tal-prodotti;

(ċ) miżuri meħtieġa biex jiżguraw ir-rispett lejn l-obbligazzjonijiet li joħorġu minn ftehim konkluż mill-Komunità taħt Artikolu 300 tat-Trattat.

▼B



Titolu V

Disposizzjonijiet ġenerali

Artikolu 21

1.  Għajr fejn ipprovdut xorta oħra f'dan ir-Regolament,

— l-impożizzjoni ta' kull imposta li jkollha effett ekwivalenti għal dazju tad-dwana,

— l-applikazzjoni ta' kull restrizzjoni kwantitativa jew miżura li jkollha effett ekwivalenti,

għandhom jiġu pprojbiti rigward l-importazzjoni tal-prodotti riferiti fl-Artikolu 1.

2.  Il-kwota tat-tariffa stabbilita fil-Protokoll dwar il-kwota tat-tariffa għall-importazzjonijiet tal-banana annessa mal-Konvenzjoni ta' Implimentazzjoni dwar l-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u t-Territorji Lil Hemm mill-Baħar ipprovduti fl-Artikolu 136 tat-Trattat ma għandhiex tibqa' fis-seħħ.

▼M2

Artikolu 22

Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kombinata u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha jkunu japplikaw għall-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun inkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni.

Artikolu 23

1.  Jekk, minħabba l-importazzjoni jew l-esportazzjoni, s-suq tal-Komunità f'wieħed jew iktar mill-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 ikun effettwat minn, jew mhedded b'disturb serju li jista' jtellef l-akkwist ta‘ l-oġġettivi stipulati f‘Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri neċessarji jistgħu jkunu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunità sakemm tali disturb jew theddida ta' disturb ikunu eliminati.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura tal-votazzjoni stipulata fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jadotta r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu u jiddetermina l-każi u l-limiti li fihom l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri protettivi temporanji.

2.  Jekk is-sitwazzjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 tinqala', l-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; l-Istati Membri jkunu notifikati b'tali miżuri, li jkunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba.

3.  Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill jiltaqa' bla dewmien. Huwa jista, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżura in-kwistjoni.

4.  Ir-regoli dettaljati ghall-implementazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 27.

5.  Dan l-Artikolu jkun japplika waqt li jqis l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat.

▼B

Artikolu 24

Għajr fejn ipprovvdut xorta oħra f'dan ir-Regolament, l-Artikoli 92 sa 94 tat-Trattat għandhom japplikaw għall-produzzjoni u l-kummerċ tal-prodotti riferiti fl-Artikolu 1.

▼M6

Artikolu 25

1.  Il-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 12 u 13 għandhom jikkostitwixxu intervent maħsub biex jistabbilizza s-swieq agrikoli fis-sens ta’l-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika agrarja komuni ( 10 ).

2.  In-nefqa relatata ma’l-għajnuna mogħtija mill-Istati Membri f’konformità ma’ l-Artikolu 6 għandha titqies bħala intervent biex jiġu stabbiliti s-swieq agrikoli fis-sens ta’l-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999.

Din in-nefqa għandha tkun eliġibbli fil-każ ta’l-organizzazzjonijiet produtturi kollha stabbiliti sal-31 ta’ Diċembru 2006.

Din għandha tkun is-soġġett ta’ kontribuzzjoni Komunitarja ta’ 75 % tan-nefqa pubblika eliġibbli.

3.  Il-miżuri previsti fl-Artikolu 10 għandhom ikunu parzjalment iffinanzjati mit-Taqsima ta’l-Iggwidar ta’l-EAGGF.

4.  Regoli dettaljati għall-appliakzzjoni ta’ dan l-Artikolu, u b’mod partikolari definizzjoni tal-kondizzjonijiet li għandhom jintlaħqu qabel ma tista’ titħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità, għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 27.

▼M6 —————

▼M6

Artikolu 27

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat ta’l-Amministrazzjoni tal-Banana (minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”).

2.  Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, għandhom jgħoddu l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/46/KE.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/46/KE għandu jiġi ffissat bħala xahar.

3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

▼B

Artikolu 28

Il-Kumitat jista' jikkunsidra kull kwistjoni oħra riferita lilu mill-President jew fuq l-inizjattiva tiegħu nnifsu jew fuq it-talba tar-rappreżentant ta' Stat Membru.

Artikolu 29

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bit-tagħrif li teħtieġ sabiex timplimenta dan ir-Regolament, b'mod partikolari dawk li għandhom x'jaqsmu ma';

— il-miżuri meħuda sabiex jiġu applikati u kkontrollati standards komuni tal-kwalità,

— l-organizzazzjonijiet tal-produtturi,

— il-kontenut u l-implimentazzjoni tal-qafas tal-programmi reġjonali dwar il-banana,

— id-disposizzjonijiet għall-maniġġjar ta' l-għajnuna kompensatorja,

— il-listi ta' l-operaturi,

— l-informazzjoni dwar il-produzzjoni u l-prezzijiet,

▼M5

— il-kwantitajiet ta’ banana tal-Komunità u ta’ l-ACP u banana ġejja minn pajjiżi terzi li ma jkunux pajjiżi ACP, mqiegħda fis-suq fit-territorju tagħhom,

▼B

— il-peviżjonijiet dwar il-produzzjoni u l-konsum fis-sena ta' wara.

Artikolu 30

Jekk ikunu meħtieġa miżuri speċifiċi wara Lulju 1993 sabiex jassistu t-transizzjoni mill-arranġamenti eżistenti qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għal dawk stabbiliti b'dan ir-Regolament u, b'mod partikolari sabiex jegħlbu d-diffikultajiet ta' natura sensittiva, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri transitorji li tħoss li huma meħtieġa filwaqt li taġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27.

Artikolu 31

Fl-Artikolu 1 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 1319/85:

1. It-tieni inċiż jiġi mibdul b'dan li ġej:

“— spezzjoni dwar il-konformità ma' l-istandards tal-kwalità, jew ċerti ħtiġiet ta' kwalità

(a) tal-prodotti mniżżla fil-lista fl-Anness II mar-Regolament (KEE) Nru 1035/72 li jiġu rtirati mis-suq skond l-Artikoli 15 u 15a jew mixtrija skond l-Artikoli 19 u 19a ta' dan ir-Regolament u

(b) il-prodotti fis-settur tal-banana koperti bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 ( 11 );

2. Ir-raba' inċiż għandu jiġi mibdul bi:

“— il-verifika tar-reġistrazzjoni tal-prezzijiet riferiti fl-Artikoli 17 u 24 tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72”

.

▼M3

Artikolu 32

1.  Mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2004, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport, flimkien ma’ proposti jekk ikun approrjat, fuq it-tħaddim ta’ dan ir-Regolament u fuq alternattivi possibli, b’mod partikolari fir-rigward ta’l-arranġamenti ta’l-importazzjoni.

2.  Ir-rapport għandu b’mod partikolari janalizza l-flussi kummerċjali għall-banana tal-Komunità, ta’ l-AKP u ta’ Stati terzi u jagħmel stima dwar kif ħadmu l-arranġamenti ta’l-importazzjoni. F’dan il kuntest, attenzjoni speċjali għandha ssir safejn il-fornituri l-aktar dgħajfa ta’ l-AKP ikun irnexxielhom iżommu l-pożizzjoni tagħhom fis-suq tal-Komunità.

▼B

Artikolu 33

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Lulju 1993.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M5 —————



( 1 ) ĠU Nru C 232, ta’ l-10. 9. 1992, pġ. 3.

( 2 ) ĠU Nru C 21, tal-25. 1. 1993.

( 3 ) ĠU Nru C 19, tal-25. 1. 1993, pġ. 99.

( 4 ) ĠU Nru L 137, tas-27. 5. 1985, pġ. 39.

( 5 ) ĠU Nru L 356, ta’ l-24. 12. 1991, pġ. 1.

( 6 ) ĠU Nru L 173, tas-27. 6. 1992, pġ. 1.

( 7 ) ĠU Nru L 173, tas-27. 6. 1992, pġ. 13.

( 8 ) ĠU Nru L 185, tal-15. 7. 1988, pġ. 9.

( 9 ) ĠU Nru L 374, tal-31. 12. 1988, pġ. 1.

( 10 ) ĠU L 160, tas-26.06.1999, p. 103.

( 11 ) ĠU Nru L 47, tal-25. 2. 1993, pġ. 1.”