31993L0111



Official Journal L 310 , 14/12/1993 P. 0041 - 0041
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 25 P. 0092
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 25 P. 0092


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/111/KE

ta' fl-10 ta' Diċembru 1993

li temenda d-Direttiva 93/10/KEE dwar il-materjali u l-oġġetti magħmula minn pellikola taċ-ċellulosi riċiklata intiża biex tiġi f'kuntatt mal-oġġetti ta' l-ikel

IL-KUMMISJONMI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/109/KEE tal-21 ta' Diċembru 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardjaw il-materjali u l-oġġetti intiżi li jiġu f'kuntatt mal-oġġetti ta' l-ikel [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Billi l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 92/15/KEE [2] jipprojbixxi, mill-1 ta' Lulju 1994, il-kummerċ fi u l-użu ta' pellikola taċ-ċellulosi riċiklata li hija ntiża li tiġi f'kuntatt mal-oġġetti ta' l-ikel u li mhix konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 83/229/KEE [3];

Billi l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 93/10/KEE [4] jipprojbixxi, mill-1 ta' Jannar 1994, il-kummerċ fi u l-użu ta' l-istess prodotti li la huma konformi ma' din id-Direttiva u l-anqas mad-Direttiva 83/229/KEE;

Billi l-Artikolu 5 tad-Direttiva 93/10/KEE għandu għaldaqstant jiġi emendat biex jelimina l-inkonsistenza bejn id-dati speċifikati fid-Direttivi 92/15/KEE u 93/10/KEE;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Direttiva huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Oġġetti ta' l-Ikel,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

It-tieni inċiż ta' l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 93/10/KEE huwa mibdul b'dan li ġej:

"- ipprojbixxi, mill-1 ta' Jannar 1994, il-kummerċ fi u l-użu ta' pellikola taċ-ċellulosi riċiklata li hija ntiża li tiġi f'kuntatt mal-oġġetti ta' l-ikel u li la hija konformi ma' din id-Dierttiva u lanqas mad-Direttiva 83/229/KEE, apparti minn pellikola li d-Direttiva 92/15/KEE tipprojbixxi mill-1 ta' Lulju 1994."

L-Artikolu 2

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fl-10 ta' Diċembru 1993.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 38.

[2] ĠU L 102, tas-16.4.1992, p. 44.

[3] ĠU L 123, tal-11.5.1983, p. 31.

[4] ĠU L 93, tas-17.4.1993, p. 27.

--------------------------------------------------