<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑240/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CJ0240</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:567">EU:C:2015:567</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAD-<DATE ISO="20150909">9.9.2015</DATE> — KAWŻA C‑240/14</P><P>PRÜLLER-FREY</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20150909">9 ta’ Settembru 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Responsabbiltà tat-trasportaturi bl-ajru f’każ ta’ inċident</KEYWORD><KEYWORD>Kawża għad-danni</KEYWORD><KEYWORD>Konvenzjoni ta’ Montréal</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 2027/97</KEYWORD><KEYWORD>Titjira mingħajr ħlas magħmula mill-proprjetarju ta’ proprjetà immobbli bil-għan li tintwera din il-proprjetà lil akkwirent eventwali</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 864/2007</KEYWORD><KEYWORD>Azzjoni diretta prevista mid-dritt nazzjonali kontra l-assiguratur għal responsabbiltà ċivili</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑240/14,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mil-Landesgericht Korneubourg (l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20140512">12 ta’ Mejju 2014</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20140512">12 ta’ Mejju 2014</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Eleonore Prüller-Frey</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Norbert Brodnig,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Axa Versicherung AG,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn A. Tizzano, President ta’ Awla, S. Rodin (Relatur), A. Borg Barthet, E. Levits u M. Berger, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: V. Tourrès, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20150304">4 ta’ Marzu 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Prüller-Frey, minn A. Weinzierl, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal N. Brodnig u Axa Versicherung AG, minn F. Hörlsberger, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn C. Pesendorfer, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn M. Hours, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Braun, M. Wilderspin, F. Wilman u K.-P. Wojcik, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20150520">20 ta’ Mejju 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Din it-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 1(1), 17, 29 u 33 tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, konkluża f’Montréal fit-<DATE ISO="19990528">28 ta’ Mejju 1999</DATE> u approvata f’isem l-Unjoni Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/539/KE, tal-<DATE ISO="20010405">5 ta’ April 2001</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 491, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Konvenzjoni ta’ Montréal<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), tal-Artikolu 2(1)(a) u (ċ), tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2027/97, tad-<DATE ISO="19971009">9 ta’ Ottubru 1997</DATE>, dwar ir-responsabbiltà tat-trasportaturi bl-ajru fir-rigward tat-trasport ta’ passiġġieri u l-bagalji tagħhom bl-ajru (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 3, p. 489), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 889/2002, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20020513">13 ta’ Mejju 2002</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 6, p. 246, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Regolament Nru 2027/97<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), tal-Artikolu 3(ċ) u (g) kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 785/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-[K]unsill tal-<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE> dwar ir-rekwiżiti ta’ l-assigurazzjoni tat-trasportaturi ta’ l-ajru u l-operaturi ta’ l-ajruplani, (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 160), tal-Artikolu 67 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE> dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42), tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20070711">11 ta’ Lulju 2007</DATE> dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Ruma II<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="199" PAGE.FIRST="40" DATE.PUB="2007">ĠU L 199, p. 40</REF.DOC.OJ>), kif ukoll l-Artikolu 7(1)(f) tat-Tieni Direttiva Tal-Kunsill tat-<DATE ISO="19880622">22 ta’ Ġunju 1988</DATE> dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta ta’ xort’oħra minn assigurazzjoni tal-ħajja u li jistipulaw id-dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li temenda d-Direttiva 73/239/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 198), kif emendata bid-Direttiva Tal-Kunsill 92/49/KEE tat-<DATE ISO="19920618">18 ta’ Ġunju 1992</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 346, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Direttiva 88/357<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn E. Prüller-Frey u N. Brodnig u Axa Versicherung AG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Axa<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), kumpannija tal-assigurazzjoni Ġermaniża, dwar kumpens għal danni attwali u futuri subiti minn E. Prüller-Frey b’riżultat ta’ inċident fl-ajru.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) tal-Konvenzjoni ta’ Montréal jipprevedi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Din il-Konvenzjoni tapplika għat-trasport internazzjonali ta’ persuni, bagalji jew merkanzija kollha mwettqa bl-inġenji ta’ l-ajru għall-ħlas. Tapplika ugwalment għal trasport b’xejn imwettaq minn impriża tat-trasport bl-ajru.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 2027/97:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-obbligazzjonijiet ta’ trasportaturi bl-ajru tal-Komunità fir-rigward tal-responsabbilità fl-eventwalità ta’ inċidenti lejn il-passiġġieri għal danni sostnuti fl-eventwalità ta’ mewt jew korriment ta’ passiġġier jew ta’ xi ferita oħra tal-ġisem sofferta minn passiġġier, jekk l-inċident li kkawża d-danni sostnuti hekk seħħ fuq l-inġenju ta’ l-ajru jew matul ta’ xi waħda mill-ħidmiet ta’ imbarkazzjoni jew żbarkar.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-Regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>trasportatur bl-ajru<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> għandha tfisser impriża tat-trasport ta’ l-ajru b’liċenzja valida ta’ ħidma;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>trasportatur bl-ajru tal-Komunità<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> għandha tfisser dak li jġorr bl-ajru li jkollu liċenzja valida mogħtija minn Stat Membru bi qbil mad-dispożizzjonijiet tar-[Regolament Tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-<DATE ISO="19920723">23 ta’ Lulju 1992</DATE> dwar liċenzjar ta’ air carriers (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 3];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>persuna intitolata għall-kumpens’ għandha tfisser passiġġier jew kull persuna intitolata għal talba fir-rigward ta’ dak il-passiġġier, skond liġijiet applikabbli;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-<DATE ISO="20080924">24 ta’ Settembru 2008</DATE> dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi ta’ l-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="293" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2008">ĠU L 293, p. 3</REF.DOC.OJ>), ħassar, b’effett mill-<DATE ISO="20081101">1 ta’ Novembru 2008</DATE>, ir-Regolament Tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-<DATE ISO="19920723">23 ta’ Lulju 1992</DATE> dwar liċenzjar ta’ air carriers (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 6, Vol. 2, p. 3).</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 huwa redatt hekk:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>servizz ta’ l-ajru<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> tfisser titjira jew serje ta’ titjiriet li jġorru passiġġieri, tagħbija u/jew posta bi ħlas u/jew b’kiri;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>titjira<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> tfisser tluq minn ajruport speċifikat lejn ajruport speċifiku tad-destinazzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>titjira lokali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> tfisser titjira li ma tinvolvix ġarr ta’ passiġġieri, posta u/jew merkanzija bejn ajruporti differenti jew punti ta’ nżul awtorizzati oħrajn;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmi regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-ebda impriża stabbilita fil-Komunità m’għandha titħalla ġġorr bl-ajru passiġġieri, posta u/jew merkanzija għal remunerazzjoni u/jew kiri sakemm hi ma tingħatax l-liċenzja operattiva xierqa.</ALINEA><?PAGE NO="4"?><ALINEA>Kull impriża li tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu għandha tkun intitolata li tirċievi liċenzja operattiva.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra applikabbli tal-liġi Komunitarja, nazzjonali jew internazzjonali, il-kategorji li ġejjin ta’ servizzi ta’ l-ajru m’għandhomx ikunu suġġetti għar-rekwiżit ta’ liċenzja operattiva valida:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>servizzi ta’ l-ajru mwettqa minn inġenji ta’ l-ajru li ma jkunux power driven u/jew inġenji ta’ l-ajru ultralight power driven, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>titjiriet lokali.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(2)(a) u (b) tar-Regolament Nru 785/2004 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-Regolment ma japplikax għal:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>g)</NO.P><TXT>inġenji ta’ l-ajru, inklużi gliders, b’MTOM ta’ inqas minn 500 kg u microlights, li:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>li huma użati għal skopijiet mhux kummerċjali, jew</P></ITEM><ITEM><P>li huma użati għal-korsijiet tat-titjir lokali li ma jinkludux il-qsim tal-fruntieri internazzjonali,</P></ITEM></LIST></P><P>safejn l-obbligi ta’ l-assigurazzjoni taħt dan ir-Regolament li għandhom x’jaqsmu mar-riskju tal-gwerra u t-terroriżmu huma kkonċernati.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 864/2007 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament, il-liġi applikabbli għal obbligazzjoni [obbligi] mhux kuntrattwali li tirriżulta minn delitt jew kważi-delitt ċivili għandha tkun il-liġi tal-pajjiż fejn iseħħ id-dannu irrispettivament mill-pajjiż fejn seħħ l-avveniment li wassal għad-dannu u irrispettivament mill-pajjiż jew pajjiżi fejn iseħħu l-konsegwenzi indiretti ta’ dak l-avveniment.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Madankollu, fejn kemm l-persuna allegatament responsabbli kif ukoll il-persuna li ssofri d-dannu ikollhom ir-residenza abitwali tagħhom fl-istess pajjiż fil-mument meta jseħħ id-dannu, il-liġi applikabbli għandha tkun il-liġi ta’ dak il-pajjiż.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn ikun jidher ċar miċ-ċirkustanzi kollha tal-każ li d-delitt jew kważi-delitt ċivili huwa manifestament konness aktar mill-qrib ma’ pajjiż divers minn dak indikat fil-paragrafi 1 jew 2, għandha tapplika l-liġi ta’ dak il-pajjiż l-ieħor. Konnessjoni manifestament aktar mill-qrib ma’ pajjiż ieħor tista’ tkun ibbażata b’mod partikolari fuq relazzjoni pre-eżistenti bejn il-partijiet, bħal kuntratt, li tkun konnessa mill-qrib mad-delitt jew kważi-delitt ċivili inkwistjoni.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 18 tal-imsemmi regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Il-persuna li tkun sofriet id-dannu tista’ tressaq it-talba tagħha direttament kontra l-assiguratur tal-persuna responsabbli sabiex jipprovdi l-kumpens jekk hekk ikun previst mill-liġi applikabbli għall-obbligazzjoni mhux kuntrattwali jew mill-liġi applikabbli għall-kuntratt ta’ assigurazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tal-Ewwel Direttiva Tal-Kunsill ta’ l-<DATE ISO="19730724">24 ta’ Lulju 1973</DATE> dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju ta’ l-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 14), kif emendata bid-Direttiva 88/357, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Direttiva 73/239<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva tikkonċerna il-bidu u t-twettiq ta’ l-attività għal rasha ta’ assigurazzjoni diretta mwettqa minn impriżi ta’ l-assigurazzjoni li huma stabbiliti fi Stat Membru jew li jixtiequ li jkunu stabbiliti hemmhekk fil-klassijiet ta’ assigurazzjoni definiti fl-Anness ma’ din id-Direttiva.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-klassifika skond il-klassijiet ta’ l-attività imsemmija f’dan l-Artikolu tidher fl-Anness 3.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tad-Direttiva 73/239/KEE jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>riskji kbar<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/> ifissru:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>riskji kklassifikati taħt il-klassijiet 4, 5, 6, 7, 11 u 12 tal-punt A ta’ l‑Anness;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Anness tal-imsemmija direttiva jispeċifika:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>A.</NO.P><TXT>Klassifika tar-riskji skond il-klassijiet ta’ assigurazzjoni</TXT><P>[...]</P></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Inġenji tal-ajru</HT></TXT><P>Il-ħsarat kollha jew it-telf tal-inġenji tal-ajru.</P></NP></TI></TITLE></GR.SEQ><P>[...]</P><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Ir-responsabbiltà għal inġenji tal-ajru</TXT><P>Ir-responsabbiltà kollha kkawżata mill-użu ta’ inġenji tal-ajru (inkluża ir-responsabbiltà tat-trasportatur).</P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></P></NP></TI></TITLE></GR.SEQ></GR.SEQ></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 88/357/KE jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Il-liġi applikabbli għal kuntratti ta’ assigurazzjoni msemmija f’din id-Direttiva u li jkopru riskji li jinstabu fl-Istati Membri hija determinata skond id-dispożizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>fil-każ tar-riskji msemmija fl-Artikolu 5(d) tad-Direttiva 73/239/KEE, il-partijiet għall-kuntratt jistgħu jagħżlu kwalunkwe liġi.</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="6"?><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20100830">30 ta’ Awwissu 2010</DATE>, E. Prüller-Frey, dak iż-żmien iddomiċiljata u residenti abitwalment fl-Awstrija, taret abbord ta’ gyroplane, mudell <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Calidus<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, b’toqol massimu fil-mument tad-dekoll (MMD) ta’ 450 kg u ppilotat minn F. Preiss, minn fuq pjantaġġjun tal-aloe vera, bil-għan eventwali li tixtriha.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Qabel din it-titjira, F. Preiss, li huwa l-proprjetarju ta’ dan il-gyroplane, talab lil N. Brodnig jassistih fil-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni bi prezz attraenti. Peress li N. Brodnig kien għamel numru ta’ sigħat ta’ titjir ikbar minn F. Preiss u li l-ammont tal-premium tal-assigurazzjoni jiġi kkalkolat skont in-numru ta’ sigħat ta’ titjir, N. Brodnig, li ddikjara li huwa residenti kemm fi Spanja, fejn kien jgħix sa mill-2007, u kif ukoll jirrisjedi fl-Awstrija, fis-6 ta’ Mejju aċċetta li jikkonkludi, bħala detentur tal-gyroplane inkwistjoni fil-kawża prinċipali, kuntratt ta’ assigurazzjoni ma’ Axa, li għandu bħala suġġett il-kopertura multiriskju tar-responsabbiltà ċivili tad-detentur ta’ dan il-gyroplane u tal-passiġġieri tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Din il-poliza ta’ assigurazzjoni tal-Axa tiddefinixxi għalhekk l-allokazzjoni tal-gyroplane inkwistjoni fil-kawża prinċipali bħala: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>titjir kummerċjali, titjir privat, titjir dimostrattiv bil-għan ta’ bejgħ<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>. Il-kliem tal-imsemmija poliza ta’ assigurazzjoni jispeċifika li hija suġġetta għad-dritt Ġermaniż u li l-qrati li għandhom ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu fuq ir-rikorsi bbażati fuq din tal-aħħar huma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>dawk tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>. Madankollu, din l-istess poliza ta’ assigurazzjoni ma teskludix, kif jispeċifika wkoll il-kliem tagħha, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>kapi oħra ta’ ġurisdizzjoni ġudizzjarja obligatorji skont id-dritt Ġermaniż<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-gyroplane inkwistjoni fil-kawża prinċipali ddekolla minn Medina Sidonia (Spanja) u kien involut f’inċident viċin Jerez de la Frontera (Spanja).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>E. Prüller-Frey, li ġarrbet feriti fiżiċi waqt dan l-inċident, ressqet kawża quddiem il-Landesgericht Korneubourg (Qorti reġjonali ta’ Korneubourg) bil-għan li l-konvenuti jiġu kkundannati jħallsuha s-somma ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">142946.40</FT>, miżjuda bl-interessi bir-rata ta’ 4 % li bdew jiddekorru mit-<DATE ISO="20121002">2 ta’ Ottubru 2012</DATE>, kif ukoll li tiġi kkonstatata r-responsabbiltà <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> ta’ dawn tal-aħħar għad-danni kollha futuri li għandhom relazzjoni kawżali mal-imsemmi inċident, madankollu r-responsabbiltà għandha tiġi llimitata għal-limitu statutorju fir-rigward ta’ N. Brodnig u għall-ammont assigurat mill-kuntratt ta’ assigurazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fir-rigward ta’ Axa.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-proċedura quddiem il-Landesgericht Korneubourg, il-konvenuti jikkontestaw il-ġurisdizzjoni tal-qrati Awstrijaċi sabiex jieħdu konjizzjoni tal-kawża prinċipali u jżidu li d-dritt Spanjol, u mhux dak Awstrijaku, huwa applikabbli għaliha. Huma jikkunsidraw li l-possibbiltà għal E. Prüller-Frey li tibda azzjoni diretta kontra Axa tiddependi mill-poliza ta’ assigurazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Madankollu, peress li din hija suġġetta għad-dritt Ġermaniż, li jipprojbixxi tali azzjoni, u li s-sitwazzjoni fil-kawża prinċipali hija rregolata mid-dritt Spanjol, li ma jikkontemplax il-proċedura tal-azzjoni diretta, ir-rikors ta’ E. Prüller-Frey ser ikollu jiġi miċħud. Madankollu, il-partijiet fil-kawża prinċipali jaqblu li l-assigurazzjoni inkwistjoni hija obbligatorja u li l-Konvenzjoni ta’ Montréal ma hijiex applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju esprimiet dubji f’dak li jirrigwarda l-inapplikabbiltà tal-Konvenzjoni ta’ Montréal għall-fatti fil-kawża prinċipali, minħabba l-estensjoni tal-applikazzjoni tagħha għat-titjiriet interni skont ir-Regolament Nru 2027/97. F’dan ir-rigward, din il-qorti trid tiddetermina s-sistema ta’ responsabbiltà li għaliha huma suġġetti dawn il-fatti, kif ukoll, fl-ipoteżi fejn din il-konvenzjoni ma tapplikax, jekk l-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 864/2007 għandux jiġi interpretat li jawtorizza lil E. Prüller-Frey li<?PAGE NO="7"?> tressaq azzjoni diretta kontra Axa skont il-liġi applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali, indipendentement mil-liġi applikabbli għall-kuntratt ta’ assigurazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, magħżul minn N. Brodnig u Axa.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Landesgericht Korneubourg iddeċidiet, inkunsiderazzjoni tad-dubji li kellha fir-rigward tal-interpretazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni, li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tressaq lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1)(a) u (ċ) tar-Regolament [Nru 2027/97], l-Artikolu 3(ċ) u (g) tar-Regolament [Nru 785/2004] kif ukoll l-Artikolu 1(1) tal-Konvenzjoni [ta’ Montréal] għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-talba għal kumpens tal-persuna leża</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>li kienet tinsab fuq inġenju tal-ajru li kellu bħala postijiet ta’ tluq u ta’ nżul l-istess post li jinsab fi Stat Membru,</P></ITEM><ITEM><P>li ġiet ittrasportata b’xejn mill-pilota,</P></ITEM><ITEM><P>għal titjira ta’ osservazzjoni mill-ajru ta’ proprjetà immobbli, fil-kuntest ta’ proġett ta’ tranżazzjoni ta’ immobbli mal-pilota, u</P></ITEM><ITEM><P>li sostniet feriti minħabba l-waqgħa tal-inġenju tal-ajru,</P></ITEM></LIST></P><P>għandha tiġi eżaminata biss abbażi tal-Artikolu 17 tal-Konvenzjoni [ta’ Montréal] u fis-sens li d-dritt nazzjonali ma huwiex applikabbli?</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 33 tal-Konvenzjoni [ta’ Montréal] u l-Artikolu 67 tar-Regolament [Nru 44/2001], għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-ġurisdizzjoni għall-istruttorja u għad-deċiżjoni fuq it-talba għal kumpens imsemmija fl-ewwel domanda għandha tiġi eżaminata biss abbażi tal-Artikolu 33 tal-Konvenzjoni [ta’ Montréal]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 29 tal-Konvenzjoni [ta’ Montréal] u l-Artikolu 18 tar-Regolament [Nru 864/2007] għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprevedu l-azzjoni diretta tal-persuna leża msemmija fl-ewwel domanda kontra l-assiguratur għar-responsabbiltà ċivili tal-awtur tad-dannu?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 7(1)(f) tad-Direttiva [88/357/KEE] u l-Artikolu 18 tar-Regolament [Nru 864/2007] għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kundizzjonijiet tal-azzjoni diretta tal-persuna leża msemmija fl-ewwel domanda kontra l-kumpannija ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili tal-awtur tad-dannu għandhom jiġu eżaminati abbażi tad-dritt ta’ tielet Stat, meta</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>il-<HT TYPE="ITALIC">lex loci delicti</HT> tipprevedi l-azzjoni diretta fil-liġi tagħha dwar il-kuntratt ta’ assigurazzjoni,</P></ITEM><ITEM><P>il-partijiet fil-kuntratt ta’ assigurazzjoni jagħżlu d-dritt applikabbli, billi jindikaw l-ordinament ġuridiku ta’ tielet Stat,</P></ITEM><ITEM><P>u minn din l-għażla jirriżulta li d-dritt applikabbli huwa dak tal-Istat tas-sede tal-assiguratur, u meta</P></ITEM><ITEM><P>l-ordinament ġuridiku ta’ dan l-Istat jipprevedi wkoll l-azzjoni diretta fil-liġi tiegħu dwar il-kuntratt ta’ assigurazzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 2(1)(a) u (ċ) tar-Regolament Nru 2027/97 kif ukoll l-Artikolu 1(1) tal-Konvenzjoni ta’ Montréal għandhomx jiġu interpretati fis-sens li talba għal kumpens minn persuna li, peress li tkun qiegħda abbord ta’ inġenju tal-ajru li kellu bħala punti ta’ tluq u ta’ nżul l-istess ajruport li jinsab fi Stat Membru, u li tkun ġiet ittrasportata b’xejn b’titjira ta’ osservazzjoni mill-ajru minn fuq proprjetà immobiljari fil-kuntest ta’ proġett ta’ tranżazzjoni ta’ immobbli mal-pilota tal-inġenju tal-ajru, tkun ġarrbet feriti fiżiċi minħabba l-waqgħa tal-inġenju tal-ajru, u li għandha tiġi eżaminata biss abbażi tal-Artikolu 17 tal-Konvenzjoni ta’ Montréal, fis-sens li d-dritt nazzjonali ma huwiex applikabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Preliminarjament, sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jiġi ddeterminat jekk il-Konvenzjoni ta’ Montréal hijiex applikabbli għall-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li, skont l-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 2027/97, jimplementa d-dispożizzjonijiet rilevanti għall-Konvenzjoni ta’ Montréal dwar it-trasport bl-ajru ta’ passiġġieri u l-bagalji tagħhom, u jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet addizzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Għalhekk, bil-għan li jiġi ddeterminat jekk il-Konvenzjoni ta’ Montréal hijiex applikabbli għall-kawża prinċipali, għandu jiġi stabbilit jekk din taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 2027/97.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, għandu jitfakkar li l-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament daħħal fis-seħħ l-imsemmija konvenzjoni għat-trasport bl-ajru fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Madankollu, dan l-istess regolament japplika biss għat-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>trasportaturi bl-ajru<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> fis-sens tal-Artikolu 2(1)(a) tiegħu, jiġifieri għall-impriżi tat-trasport tal-ajru, proprjetarji ta’ liċenzja għall-operar validu, kif ukoll għat-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>trasportaturi bl-ajru Komunitarji<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> fis-sens tal-Artikolu 2(1)(b) tiegħu, jiġifieri għat-trasportaturi bl-ajru proprjetarji ta’ liċenzja tal-operar valida maħruġa minn Stat Membru konformement mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 2407/92.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-konvenuti ma jaqawx taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>trasportatur bl-ajru<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> fis-sens tal-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament Nru 2027/97, peress li ma humiex impriżi ta’ trasport bl-ajru, proprjetarji ta’ liċenzja tal-operar valida.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-konvenuti inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jaqawx taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>trasportatur bl-ajru Komunitarju<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> skont l-Artikolu 2(1)(b) tar-Regolament Nru 2027/97, peress li ma humiex trasportaturi bl-ajru proprjetarji ta’ liċenzja tal-operar valida maħruġa minn Stat Membru konformement mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 2407/92.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, din il-konstatazzjoni hija kkorroborata mill-fatt li t-titjira inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, saret mingħajr ħlas u fit-territorju ta’ Stat Membru, li kellha bħala għan il-konklużjoni eventwali ta’ tranżazzjoni ta’ immobbli u ma kinitx timplika trasport ta’ passiġġieri bejn ajruporti differenti jew punti ta’ nżul awtorizzati li jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>titjira lokali<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> fis-sens tal-Artikolu 2(6) tar-Regolament Nru 1008/2008 u li, skont l-Artikolu 3(3)(b) ta’ dan ir-regolament, titjira ta’ dan it-tip ma hijiex suġġetta għall-obbligu ta’ detenzjoni ta’ liċenzja tal-operar.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, peress li l-konvenuti fil-kawża prinċipali ma jitqisux li huma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>trasportaturi bl-ajru<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> u <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> li huma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>trasportaturi bl-ajru Komunitarji<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, skont l-Artikolu 2(1)(a) u (b) tar-Regolament Nru 2027/97, il-kawża prinċipali ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Konvenzjoni ta’ Montréal, li tapplika għat-titjiriet interni fi Stat Membru wieħed bil-kundizzjoni biss li dawn ikunu jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 2027/97, ma tapplikax fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-Artikolu 2(1)(a) u (ċ) tar-Regolament Nru 2027/97 u l-Artikolu 1(1) tal-Konvenzjoni ta’ Montréal għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu milli tiġi eżaminata abbażi tal-Artikolu 17 ta’ din il-konvenzjoni t-talba għal kumpens imressqa minn persuna li, filwaqt li hija tkun abbord inġenju tal-ajru li kellu bħala punti ta’ tluq u ta’ nżul l-istess ajruport li jinsab fi Stat Membru, u li ġiet ittrasportata b’xejn b’titjira ta’ osservazzjoni mill-ajru minn fuq proprjetà immobiljari fil-kuntest ta’ proġett ta’ tranżazzjoni ta’ immobbli mal-pilota ta’ dan l-inġenju tal-ajru, tkun ġarrbet feriti fiżiċi minħabba l-waqgħa tal-imsemmi inġenju tal-ajru.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta negattiva mogħtija għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni u għat-tielet domandi.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba</HT><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 864/2007 f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, għandux jiġi interpretat bħala li jippermetti l-eżerċizzju, minn persuna leża, ta’ azzjoni diretta kontra l-assiguratur tal-persuna responsabbli għall-kumpens, meta din l-azzjoni hija prevista mil-liġi applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali, li hija l-bażi tat-talba għal kumpens, indipendentement minn dak previst mil-liġi applikabbli għall-kuntratt ta’ assigurazzjoni magħżula mill-partijiet ta’ dan il-kuntratt.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jitfakkar li ma huwiex eskluż li, f’ċerti ċirkustanzi, ir-responsabbiltà għad-dannu kkawżat mill-waqgħa ta’ inġenju tal-ajru jaqa’ taħt il-kategorija ta’ obbligi mhux kuntrattwali fis-sens tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 864/2007.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan il-każ, persuna leża għandha l-possibbiltà li taġixxi kontra l-assiguratur tal-persuna responsabbli għall-kumpens meta, kif jirriżulta mill-kliem tal-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 864/2007, ikun previst mil-liġi applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali jew mil-liġi applikabbli għall-kuntratt ta’ assigurazzjoni kkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 75 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 864/2007 ma jikkostitwixxix regola ta’ kunflitt ta’ liġijiet fir-rigward tad-dritt sostantiv applikabbli għad-determinazzjoni tal-obbligu li għandu l-assiguratur jew il-persuna assigurata skont kuntratt ta’ assigurazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Dan l-artikolu jillimita ruħu li jippermetti t-tressiq ta’ azzjoni diretta fil-każ fejn waħda mil-liġijiet elenkati tawtorizza din il-possibbiltà.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Madankollu, id-dritt għall-persuna leża li taġixxi direttament kontra l-assiguratur jew il-persuna li hija responsabbli għall-kumpens ma għandu l-ebda effett fuq l-obbligi kuntrattwali tal-partijiet fil-kuntratt ta’ assigurazzjoni kkonċernat. Bl-istess mod, l-għażla magħmula mill-partijiet, tal-liġi applikabbli għal dan il-kuntratt, ma għandhiex effett fuq id-dritt ta’ din il-persuna leża li tressaq azzjoni diretta skont il-liġi applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Konsegwentement, bil-għan li jiġi ddeterminat, jekk, f’dan il-każ, E. Prüller-Frey tistax taġixxi direttament kontra Axa, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tinvestiga jekk il-liġi applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, iddeterminata konformement għall-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 864/2007, jew l-liġi applikabbli għal-kuntratt ta’ assigurazzjoni konkluż bejn Axa u N. Brodnig, tippermettix it-tressiq ta’ tali azzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-liġi applikabbli għall-kuntratt ta’ assigurazzjoni kkonċernat ma għandux ikun ta’ ostakolu sabiex titressaq azzjoni diretta, jekk ikun il-każ, abbażi tal-liġi applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li l-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 864/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, l-eżerċizzju, minn persuna leża, ta’ azzjoni diretta kontra l-assiguratur tal-persuna responsabbli għall-kumpens, meta din l-azzjoni tkun prevista mil-liġi applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali, indipendentement minn dak previst mil-liġi applikabbli għall-kuntratt ta’ assigurazzjoni magħżul mill-partijiet f’dan il-kuntratt.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 2(1)(a) u (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="19971009">9 ta’ Ottubru 1997</DATE>, dwar ir-responsabbiltà tat-trasportaturi bl-ajru fir-rigward tat-trasport ta’ passiġġieri u l-bagalji tagħhom bl-ajru, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 889/2002, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20020513">13 ta’ Mejju 2002</DATE>, kif ukoll l-Artikolu 1(1) Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, konkluża f’Montréal fit-<DATE ISO="19990528">28 ta’ Mejju 1999</DATE> u approvata f’isem l-Unjoni Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/539/KE, tal-<DATE ISO="20010405">5 ta’ April 2001</DATE>, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu milli tiġi eżaminata abbażi tal-Artikolu 17 tal-Konvenzjoni ta’ Montréal, it-talba għal kumpens imressqa minn persuna li, filwaqt li hija tkun abbord inġenju tal-ajru li kellu bħala punti ta’ tluq u ta’ nżul l-istess ajruport li jinsab fi Stat Membru, u li ġiet ittrasportata b’xejn b’titjira ta’ osservazzjoni mill-ajru minn fuq proprjetà immobiljari fil-kuntest ta’ proġett ta’ tranżazzjoni ta’ immobbli mal-pilota ta’ dan l-inġenju tal-ajru, ġarrbet feriti fiżiċi minħabba l-waqgħa tal-imsemmi inġenju tal-ajru.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20070711">11 ta’ Lulju 2007</DATE> dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>Ruma II<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>), għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, l-eżerċizzju, minn persuna leża, ta’ azzjoni diretta kontra l-assiguratur tal-persuna responsabbli għall-kumpens, meta din l-azzjoni tkun prevista mil-liġi applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali, indipendentement minn dak previst mil-liġi applikabbli għall-kuntratt ta’ assigurazzjoni magħżul mill-partijiet f’dan il-kuntratt.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>