<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑172/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CJ0172</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:484">EU:C:2015:484</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20150716">16.7.2015</DATE> – KAWŻA C‑172/14</P><P>ING PENSII</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: ir-Rumen.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Akkordji</KEYWORD><KEYWORD>Modalitajiet ta’ tqassim tal-klijenti fuq suq ta’ fondi ta’ pensjoni privati</KEYWORD><KEYWORD>Eżistenza ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Kummerċ bejn l-Istati Membri affettwati</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑172/14,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari abbażi tal-Artikolu 267 TFUE, imressqa minn Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20140213">13 ta’ Frar 2014</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20140407">7 ta’ April 2014</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">ING Pensii – Societate de Administrare a unui Fond de Pensii Administrat Privat SA</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Consiliul Concurenței,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta (Relatur), President tal-Awla, J.-C. Bonichot, A. Arabadjiev, J. L. da Cruz Vilaça u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Wahl,</P><P>Reġistratur: I. Illéssy, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20150211">11 ta’ Frar 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal ING Pensii – Societate de Administrare a unui Fond de Pensii Administrat Privat SA, minn I. Hrisafi u R. Vasilache, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Consiliul Concurenței, minn B. Chirițoiu kif ukoll minn A. Atomi u A. Gunescu, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Rumen, minn R.-H. Radu kif ukoll minn A. Buzoianu u A.-G. Văcaru, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Biolan, M. Kellerbauer u L. Malferrari, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20150423">23 ta’ April 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 101(1)(ċ) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din il-kawża ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn ING Pensii – Societate de Administrare a unui Fond de Pensii Administrat Privat SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>ING Pensii<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), kumpannija li tamministra fondi ta’ pensjoni privati, kontra Consiliul Concurenței (kunsill għall-kompetizzjoni) dwar talba għal annullament ta’ deċiżjoni ta’ dan tal-aħħar li imponiet fuq din il-kumpannija multa għaliex kienet ipparteċipat fi ftehim intiż biex jirrestrinġi l-kompetizzjoni fis-suq rumen tal-fondi ta’ pensjoni privati.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tal-Liġi Nru 21/1996 dwar il-kompetizzjoni, fil-verżjoni tagħha emendata (<HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial al României</HT>, parti I, Nru 240 tat-<DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>liġi Nr 21/1996<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1)</NO.PARAG><ALINEA><P>huwa pprojbit kull akkordju, espress jew taċitu, bejn operaturi ekonomiċi jew assoċjazzjonijiet ta’ operaturi ekonomiċi, kif ukoll kull deċiżjoni meħuda mill-assoċjazzjonijiet ta’ operaturi ekonomiċi u kull prattika miftiehma li għandhom bħala għan jew bħala effett li jirrestrinġu, ifixklu jew joħolqu distorsjoni fil-kompetizzjoni fis-suq Rumen jew f’parti minnu, u b’mod partikolari dawk li jirrigwardaw:</P><P>[...]</P><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>it-tqassim tas-swieq jew tas-sorsi tal-provvista [...]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-liġi Nru 411/2004 dwar fondi ta’ pensjoni privati, fil-verżjoni tagħha emendata (<HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial al României</HT>, parti I, Nru 482 tat-<DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>il-liġi Nru 411/2004<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), tirregola l-kostituzzjoni, l-organizzazzjoni, il-funzjonament u s-sorveljanza ta’ dawn il-fondi ta’ pensjoni. L-adeżjoni f’fondi ta’ pensjoni privati, meta din tkun obbligatorja, titwettaq taħt il-kontroll tal-Casa Națională de Pensii și alte Drepturi de Asigurări Sociale (Uffiċċju nazzjonali tal-pensjonijiet u drittijiet oħra ta’ assigurazzjoni soċjali, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>CNPAS<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont il-Liġi Nru 411/2004, 18-il kumpannija li għandhom bħala l-għan tagħhom l-amministrazzjoni ta’ fondi ta’ pensjoni privati ġew approvati mill-Comisia de Supraveghere a Sistemului de Pensii Private (Kummissjoni ta’ sorveljanza tal-iskema tal-pensjonijiet privati) matul il-perijodu ta’ bejn il-<DATE ISO="20070725">25 ta’ Lulju 2007</DATE> u d-<DATE ISO="20071009">9 ta’ Ottubru 2007</DATE>, b’mod li kull waħda minn dawn il-kumpanniji setgħet tiġġestixxi fond ta’ pensjoni privat wieħed fir-Rumanija.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 30 tal-Liġi Nru 411/2004 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="030.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuni li għandhom inqas minn 35 sena [...] li jikkontribwixxu għall-iskema tal-irtirar, għandhom jissieħbu f’fond ta’ pensjoni.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 31 ta’ din il-liġi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Persuna ma tistax tipparteċipa, fl-istess ħin, f’diversi fondi ta’ pensjoni rregolati minn din il-liġi u tista’ żżomm biss kont wieħed mal-fond ta’ pensjoni li tkun msieħba fih [...]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 32 tal-imsemmija liġi jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="032.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Persuna takkwista l-kwalità ta’ parteċipant f’fond ta’ pensjoni permezz tal-iffirmar ta’ att ta’ adeżjoni individwali, fuq inizjattiva proprja tagħha jew wara l-affiljazzjoni tagħha mill-istituzzjoni inkarigata mir-reġistrazzjonijiet.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="032.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Waqt l-iffirmar tal-att ta’ adeżjoni, il-parteċipanti jiġu informati dwar il-kundizzjonijiet tal-iskema ta’ pensjonijiet privati, b’mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet involuti fl-imsemmja skema, ir-riskji finanzjarji, tekniċi u ta’ natura oħra, kif ukoll in-natura u t-tqassim ta’ dawn ir-riskji.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 33 tal-istess liġi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="033.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Kull persuna li ma tkunx aderixxiet f’wieħed mill-fondi ta’ pensjoni f’terminu ta’ erba’ xhur mid-data li tkun fiha hija tkun obbligata legalment li taderixxi tiġi msieħba b’mod każwali f’wieħed mill-fondi mill-istituzzjoni inkarigata mir-reġistrazzjonijiet.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="033.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>It-tqassim b’mod każwali tal-persuni għandu jsir b’mod proporzjonali għan-numru ta’ parteċipanti f’fondi ta’ pensjonijiet fid-data tat-tqassim.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tad-Digriet Nru 18/2007 dwar l-adeżjoni inizjali u r-reġistrazzjoni ta’ parteċipanti fil-fondi ta’ pensjoni privati, fil-verżjoni tiegħu emendata (<HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial al României</HT>, parti I, Nru 746 tat-<DATE ISO="20071102">2 ta’ Novembru 2007</DATE>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>digriet Nru 18/2007<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>L-għażla ta’ fond ta’ pensjoni privat hija għażla individwali tal-parteċipant.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>L-adeżjoni f’fondi ta’ pensjoni privat issir jew fuq l-inizjattiva tal-parteċipant jew wara l-affiljazzjoni tiegħu fuq bażi każwali mis-CNPAS, meta l-adeżjoni f’fond ta’ pensjoni privat tkun obbligatorja.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="005.006"><NO.PARAG>(6)</NO.PARAG><ALINEA>Il-proċedura inizjali ta’ adeżjoni fil-fondi ta’ pensjoni privati tibda fis-<DATE ISO="20070917">17 ta’ Settembru 2007</DATE> u tintemm fis-<DATE ISO="20080117">17 ta’ Jannar 2008</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 21 tad-digriet Nru 18/2007 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="021.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Jekk, fil-kuntest ta’ rapport ta’ darbtejn fix-xahar, persuna tiġi identifikata minn amministratur wieħed jew iktar bħala li ffirmat diversi dokumenti individwali ta’ adeżjoni jew jekk jiġi kkonstatat li l-adeżjoni tagħha hija vvalidata temporanjament fil-kuntest ta’ rapport preċedenti, is-CNPAS għandha tiskrivi l-persuna kkonċernata fit-tabella elettronika ta’ doppji.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="021.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Is-CNPAS għandha tittrażmetti t-tabella elettronika ta’ doppji lill-amministraturi u lill-Kummissjoni fi tlett’ijiem ta’ xogħol wara li tkun irċeviet ir-rapport ta’ darbtejn fix-xahar.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 23 ta’ dan id-digriet jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>[...]</ALINEA><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="023.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuni li, waqt il-finalizzazzjoni tal-proċess ta’ adeżjoni inizjali, ikunu jidhru lis-CNPAS bħala li ffirmaw iktar minn dokument individwali ta’ adeżjoni wieħed għandhom jiġu iskritti fir-reġistru tal-parteċipanti bħala <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>invalidati<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/>, u għandhom jiġi mqassma b’mod każwali skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 29 tal-imsemmi digriet jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Waqt il-finalizzazzjoni tal-proċess ta’ tqassim każwali, is-CNPAS għandu jivvalida l-adeżjoni tal-persuni għal kull fond ta’ pensjoni privat b’mod separat u jaġġorna l-informazzjoni li tkun tinsab fir-reġistru tal-parteċipanti.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 30 tal-istess digriet jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="030.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>F’terminu ta’ ħamest’ijiem tax-xogħol mill-iskrizzjoni fir-reġistru tal-parteċipanti tal-persuni mqassma b’mod każwali, is-CNPAS għandu jinnotifika b’mod separat lil kull amministratur bil-lista tal-persuni mqassma mill-ġdid b’mod każwali, li l-adeżjoni tagħhom fil-fondi ta’ pensjoni ġestit minnu tkun ġiet ivvalidata.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 31 tad-digriet Nru 18/2007 jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Kull amministratur li jkun ingħata parteċipanti mis-CNPAS b’mod każwali huwa obbligat li jinnotifika lil dan tal-aħħar, f’terminu ta’ ħamest’ijiem mid-data tar-reġistrazzjoni tagħhom bħala parteċipanti fil-fondi ta’ pensjoni privati, l-isem ta’ fondi ta’ pensjoni privati u l-isem tal-amministratur tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>ING Pensii hija kumpannija li teżerċita attività ta’ amministrazzjoni ta’ fondi ta’ pensjoni, partikolarment fis-suq tal-pensjonijiet privati obbligatorji fir-Rumanija. F’din il-kwalità, din ġiet suġġetta għal investigazzjoni mmexxija mill-Consiliul Concurenţei, dwar il-ksur possibbli tal-Artikolu 5(1) tal-liġi Nru 21/1996 u tal-Artikolu 101 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni Nru 39/2010, tas-<DATE ISO="20100907">7 ta’ Settembru 2010</DATE>, il-Consiliul Concurenței impona multi fuq erbatax-il kumpannija li jamministraw fondi ta’ pensjoni privati, fosthom fuq ING Pensii, minħabba ftehimiet konklużi bejn dawn il-kumpanniji, maħsuba sabiex iqassmu l-klijenti. Dawn il-ftehimiet kienu jikkonċernaw persuni li ffirmaw żewġ atti ta’ adeżjoni f’fondi ta’ pensjoni privati differenti, matul il-perijodu ta’ adeżjoni inizjali ta’ dawn il-fondi. Skont il-Consiliul Concurenței, billi kkonkludew tali ftehimiet, il-fondi ta’ pensjoni kkonċernati qassmu dawn il-persuni (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>doppji<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>) f’partijiet ugwali bejniethom u, għalhekk, ipprovaw jevitaw it-tqassim ta’ dawn tal-aħħar minn CNPAS.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20101004">4 ta’ Ottubru 2010</DATE>, quddiem il-Curtea de Apel București (il-Qorti tal-Appell ta’ Bukarest), ING Pensii talbet, prinċipalment, l-annullament tad-Deċiżjoni Nru 39/2010 u, sussidjarjament, l-annullament parzjali ta’ dik id-deċiżjoni, sabiex jitnaqqas l-ammont tal-multa imposta. Din il-kumpannija sostniet li l-ftehimiet inkwistjoni ma kinux kuntrarju għall-Artikolu 5(1) tal-liġi Nru 21/1996 u li l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE ma kinux ġew issodisfatti.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>ING Pensii sostniet b’mod partikolari li t-tqassim tal-parteċipanti rreġistrati bħala doppji ma kienx jaqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>ftehim<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>. Għalhekk, ma seta’ jiġi kkonstatat l-ebda effett li jikkonsisti fir-restrizzjoni, il-prevenzjoni jew id-distorzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq rumen tal-fondi ta’ pensjoni<?PAGE NO="5"?> privati obbligatorji jew f’parti sinjifikattiva minnu. ING Pensii sostniet ukoll li l-kompetizzjoni bejn dawk li jiġġestixxu l-fondi ta’ pensjoni privati ma kinitx ġiet eliminata billi dawn kienu f’kompetizzjoni matul il-perijodu inizjali ta’ adeżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-Consiliul Concurenței osserva li biex tiġi stabbilita n-natura antikompetittiva tal-arranġament li kien ġie konkluż fost il-fondi ta’ pensjoni kkonċernati, fosthom ING Pensii, kellu jitqies il-kuntest ġuridiku li stabbilixxa t-twaqqif u l-funzjonament tas-suq tal-amministrazzjoni privata tal-fondi ta’ pensjoni obbligatorji kif ukoll l-elementi speċifiċi tas-suq li fuqhom ġew konklużi dawn l-arranġamenti.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tas-<DATE ISO="20120206">6 ta’ Frar 2012</DATE>, il-Curtea de Apel Bucureşti ċaħdet ir-rikors ta’ ING Pensii. Din tal-aħħar ippreżentat appell quddiem il-qorti tar-rinviju. Hija sostniet b’mod partikolari li l-għażla ta’ algoritmu ta’ kalkolu ta’ doppji minbarra dak stabbilit mil-liġi kien jikkostitwixxi mhux ksur tal-liġi Nru 21/1996, imma l-iktar, ksur tal-leġiżlazzjoni speċifika fir-rigward ta’ pensjonijiet privati obbligatorji. Barra minn hekk, billi l-ftehim inkwistjoni kien limitat għat-tqassim ta’ doppji, hija ma setgħetx taffettwa l-kompetizzjoni fis-suq inkwistjoni peress li d-doppji, li kienu jirrappreżentaw inqas minn 1.5 % ta’ dan is-suq, ma kinux is-suġġett ta’ kompetizzjoni bejn il-fondi ta’ pensjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>ING Pensii osservat ukoll, quddiem il-qorti tar-rinviju, li hija ma kellha l-ebda interess ta’ natura prattika jew ekonomika li jsir tqassim tad-doppji f’partijiet ugwali, peress li fil-<DATE ISO="20071015">15 ta’ Ottubru 2007</DATE>, hija diġà kellha l-maġġoranza tal-partijiet mis-suq. Barra minn hekk, il-ftehimiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali kellhom effetti pożittivi billi jwasslu għal effikaċja ikbar tal-proċess ta’ adeżjoni fil-fondi ta’ pensjoni privati obbligatorji, peress li l-parteċipanti kien ikollhom iktar u iktar l-opportunità li jaraw li l-għażla tagħhom tiġi osservata, meta mqabbla mas-sitwazzjoni li kienet tirriżulta li kieku sar tqassim b’mod każwali.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett ING Pensii sostniet li, f’dan il-każ, ma ntwera li ma kien hemm l-ebda kompartimentalizzazzjoni tas-suq nazzjonali ta’ fondi ta’ pensjoni privati obbligatorji li kienet dovuta għall-għażla ta’ algoritmu ieħor ta’ kalkolu ta’ doppji. Fir-rigward tal-ftehimiet li jkopru perċentwal marġinali tas-suq rumen ikkonċernat, huwa evidenti li l-effetti reali jew potenzjali ta’ dawn tal-aħħar huma negliġibbli u, bl-ebda mod, ta’ natura li jwasslu għal effetti fis-suq ikkonċernat fil-livell tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-Consiliul Concurenței talab iċ-ċaħda tal-appell ta’ ING Pensii billi sostna, essenzjalment, li l-ftehimiet maħsuba għat-tqassim ta’ doppji kienu ta’ natura li joħolqu distorsjoni fil-kompetizzjoni fis-suq tal-fondi ta’ pensjoni privati obbligatorji u, bħala tali, kellhom għan antikompetittiv. Fil-fehma tiegħu, il-kapaċità ta’ ftehim li jipproduċi effetti negattivi u l-konstatazzjoni ta’ ksur li jikkonsisti fit-tqassim ta’ suq u tas-sorsi ta’ provvista ma humiex ikkundizzjonati min-numru ta’ klijenti effettivament imqassmin, b’dan l-aspett jirrigwarda l-effetti konkreti ta’ akkordju. Fil-fatt, il-kapaċità ta’ ftehim li jipproduċi effetti negattivi u l-konstatazzjoni ta’ ksur li tikkonsisti fit-tqassim tas-swieq u ta’ sorsi ta’ provvista ma humiex ikkundizzjonati min-numru ta’ klijenti effettivament imqassma, peress li dan l-aspett jaqa’ taħt l-effetti konkreti ta’ investigazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi l-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (Qorti superjuri ta’ kassazzjoni u tal-ġustizzja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>F’każ ta’ prattika ta’ tqassim tal-klijenti, in-numru finali konkret ta’ dawn tal-aħħar huwa rilevanti fir-rigward tat-twettiq tal-kundizzjoni ta’ distorsjoni sinjifikattiva tal-kompetizzjoni, fis-sens tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 101(1)(ċ) TFUE?<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Preliminarjament, hemm lok li jiġi rrilevat li l-qorti tar-rinviju tqajjem il-kwistjoni tar-rilevanza tan-numru ta’ persuni kkonċernati minn ftehimiet ta’ tqassim ta’ klijenti fir-rigward ta’ waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 101(1) TFUE, li ftehim, sabiex jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, għandu, b’mod partikolari, jkun kapaċi jirrestrinġi l-kompetizzjoni fis-suq intern.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fid-dawl taċ-ċirkustanzi fattwali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jeħtieġ li d-domanda magħmula tinftiehem bħala li tirrigwarda l-punt dwar jekk l-Artikolu 101(1) TFUE għandux jiġi interpretat fis-sens li, ftehimiet ta’ tqassim ta’ klijenti, bħal dawk konklużi bejn il-fondi ta’ pensjoni privati fil-kawża prinċipali, jikkostitwixxu akkordju li għandu għan antikompetittiv, u jekk in-numru ta’ klijenti previst minn dawn il-ftehimiet huwiex rilevanti fir-rigward tal-kundizzjoni marbuta mal-eżistenza ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jitfakkar li sabiex jaqa’ taħt il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 101(1) TFUE, ftehim, deċiżjoni ta’ assoċjazzjoni ta’ impriżi jew prattika miftiehma għandhom ikunu jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri u jkollhom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>bħala għan jew riżultat<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-delimitazzjoni li jeħtieġ li tiġi stabbilita bejn il-prattiki miftiehma li għandhom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>għan<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> antikompetittiv u dawk li għandhom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>riżultat<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> antikompetittiv, hemm lok li jitfakkar li dawn tal-aħħar ma jikkostitwixxux kundizzjonijiet kumulattivi iżda biss alternattivi.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita wara l-intervent tas-sentenza LTM (56/65, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1966:38">EU:C:1966:38</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), in-natura alternattiva ta’ din il-kundizzjoni, enfasizzata mill-użu tal-konġunzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>jew<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, għandha twassal sabiex qabel kollox jiġi kkunsidrat l-għan innifsu tal-prattika miftiehma, fid-dawl tal-kuntest ekonomiku li fih dan għandu jiġi applikat. Madankollu, fil-każ fejn mill-eżami tal-kontenut tal-prattika miftiehma ma jirriżultax livell suffiċjenti ta’ ħsara fir-rigward tal-kompetizzjoni, għandhom jiġu eżaminati l-effetti tagħha u, sabiex din tkun ipprojbita, għandha tkun tissodisfa l-elementi li jistabbilixxu li l-kompetizzjoni tkun effettivament ġiet jew ostakolata, jew ristretta jew inkella distorta b’mod kunsiderevoli (ara s-sentenzi Beef Industry Development Society u Barry Brothers, C‑209/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:643">EU:C:2008:643</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 15, kif ukoll T-Mobile Netherlands <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑8/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:343">EU:C:2009:343</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 28).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>restrizzjoni permezz tal-għan<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, hemm lok li jiġi rrilevat li ċerti tipi ta’ koordinazzjoni bejn impriżi juru, min-natura stess tagħhom, grad suffiċjenti ta’ dannu għall-funzjonament korrett tal-kompetizzjoni b’mod li jkun jista’ jitqies li l-eżami tal-effetti tagħhom ma huwiex neċessarju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza CB vs Il-Kummissjoni, C‑67/13 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2204">EU:C:2014:2204</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 49 u 50 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jirriżulta mill-ġurisprudenza li jikkostitwixxu forom ta’ kollużjoni li huma partikolarment ta’ ħsara għall-funzjonament korrett tal-kompetizzjoni, il-ftehimiet li jkollhom, min-natura tagħhom, l-għan li jwasslu għal tqassim tal-klijenti ta’ servizzi. Għalhekk, il-ftehimiet dwar it-tqassim tal-klijenti jaqgħu manifestament, bħal kull ftehim ieħor fuq il-prezz, taħt il-kategorija tar-restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni l-iktar serji (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il-Kummissjoni vs Stichting Administratiekantoor Portielje, C‑440/11 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:514">EU:C:2013:514</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 95 u 111).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat ukoll li, sabiex jiġi evalwat jekk ftehim bejn impriżi jew deċiżjoni ta’ assoċjazzjoni ta’ impriżi jippreżentax dawn il-karatteristiċi, jeħtieġ li jiġi kkunsidrat il-kontenut tad-dispożizzjonijiet tiegħu, l-għanijiet li huwa maħsub li jikseb kif ukoll il-kuntest ekonomiku u ġuridiku li jkun jeżisti fih. Fil-kuntest tal-evalwazzjoni ta’ dan il-kuntest għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni n-natura tal-beni u tas-servizzi affettwati kif ukoll il-kundizzjonijiet reali tal-funzjonament u tal-istruttura tas-suq jew tas-swieq inkwistjoni (ara s-sentenza CB vs Il-Kummissjoni, C‑67/13 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2204">EU:C:2014:2204</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 53 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Isegwi li, sabiex jiġi ddeterminat jekk, fil-kawża prinċipali, il-prattiċi inkwistjoni jistgħux jikkostitwixxu tali restrizzjoni minħabba l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>għan<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> tagħhom, hemm lok li dawn jiġu evalwati fid-dawl ta’ dawn l-elementi tal-ġurisprudenza.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-kontenut tal-akkordju inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huwa stabbilit li ING Pensii ftehmet ma’ kumpanniji oħra bil-għan li jqassmu f’partijiet ugwali numru indeterminat ta’ persuni kkonċernati, jiġifieri doppji, bejn il-fondi ta’ pensjoni privati parteċipanti f’dawn il-ftehimiet.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Kif ikkonstata il-Consiliul Concurenței u kif jirriżulta mill-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja, il-ftehimiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali ġew ifformulati u konklużi qabel l-implementazzjoni tal-proċess ta’ adeżjoni tal-persuni kkonċernati f’wieħed mill-fondi ta’ pensjoni privati. Fil-fatt, dawn il-kumpanniji pprevedew li diversi persuni kienu ser jaffiljaw ruħhom mhux biss f’fond wieħed iżda f’diversi fondi tal-pensjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-għan segwit mill-fondi ta’ pensjoni privati kkonċernati, jeħtieġ li jiġi rrilevat li l-ftehimiet bilaterali ta’ tqassim tad-doppji kellhom l-għan li jaffiljaw il-persuni kkonċernati f’ċirku limitat ta’ operaturi, b’mod kuntrarju għar-regoli legali applikabbli u, għaldaqstant, b’detriment għall-kumpanniji oħra attivi fis-settur ekonomiku inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-akkordju kkonstatat kien intiż sabiex isaħħaħ il-pożizzjoni, fis-suq ikkonċernat, ta’ kull wieħed minn dawn il-fondi ta’ pensjoni privati meta mqabbla ma’ dik tal-kompetituri tagħhom li ma pparteċipawx fil-ftehimiet inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Għaldaqstant, b’mod konformi mal-kunsiderazzjonijiet inklużi fil-punt 32 ta’ din is-sentenza, dawn il-ftehimiet isegwu għan li jmur manifestament kontra l-funzjonament korrett tal-kompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward tal-kuntest ekonomiku u legali li jaqgħu fih il-ftehimiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jeħtieġ li jitfakkar, qabel xejn, li l-istabbiliment ta’ dan is-suq il-ġdid ta’ fondi ta’ pensjoni privati obbligatorji sar matul perijodu relattivament qasir, jiġifieri erba’ xhur, li fi tmiemu ġiet iddeterminata l-parti tas-suq ta’ kull wieħed minn dawn il-fondi.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Sussegwentement, jeħtieġ li jiġi rrilevat li l-leġiżlazzjoni nazzjonali kienet tirrendi obbligatorja l-adeżjoni tal-persuni kkonċernati f’wieħed minn dawn it-18-il fond ta’ pensjoni privat approvati għal dan l-għan u li din l-adeżjoni issir valida legalment biss waqt ir-reġistrazzjoni tagħha mas-CNPAS.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Barra minn hekk, b’mod konformi ma’ din il-leġiżlazzjoni, il-persuni skritti ma’ diversi amministraturi ta’ tali fondi jiġu kkunsidrati bħala li ma wettqux adeżjoni valida u jkollhom jiġu mqassma fost dawn il-fondi, b’mod direttament proporzjonali man-numru ta’ persuni li l-adeżjoni tagħhom kienet ġiet ivvalidata għal kull wieħed mill-imsemmija fondi.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-imsemmija leġiżlazzjoni kienet tipprevedi li persuna li tkun validament aderixxiet f’wieħed mill-fondi ta’ pensjoni privati approvati ma setgħetx, mingħajr ma tesponi ruħha għal spejjeż sostanzjali, temenda l-adeżjoni tagħha qabel l-iskadenza ta’ perijodu ta’ sentejn.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Fl-aħħar, bil-ftehimiet li organizzaw, il-fondi ta’ pensjoni privati kkonċernati b’mod intenzjonat kisru d-dispożizzjonijiet legali, li kienu jipprevedu affiljazzjoni ta’ doppji wara intervent mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u skont tqassim każwali ta’ dawn tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għall-evalwazzjoni tal-kuntest ekonomiku u legali li jaqa’ fih akkordju, b’mod konformi mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 33 ta’ din is-sentenza, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni n-natura tas-servizzi affettwati kif ukoll il-kundizzjonijiet reali tal-funzjonament tas-suq ikkonċernat u l-istruttura ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan il-każ, in-natura tas-servizz ikkonċernat, ikkaratterizzata b’mod partikolari mill-obbligu legali, għall-persuni msemmija, li jaderixxu f’fondi ta’ pensjoni privat, kienet iddefinita mil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Għalhekk, il-prodott ta’ assigurazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali kien identifikabbli faċilment mill-klijenti potenzjali, peress li dawn tal-aħħar kienu fil-preżenza ta’ kompetizzjoni qawwija bejn il-fondi differenti ta’ pensjoni privati approvati sabiex joffru dan il-prodott.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Isegwi li l-ftehimiet organizzati mill-fondi ta’ pensjoni privati kkonċernati kellhom l-għan li jippermettu lil dawn tal-aħħar li jeżerċitaw influwenza fuq l-istruttura u fuq il-kundizzjonijiet reali tal-funzjonament tas-suq il-ġdid tal-assigurazzjoni privata obbligatorja, fi stadju importanti tal-formazzjoni ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Fl-aħħar, sabiex tiġi ssodisfatta il-kundizzjoni li ftehim, fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE, għandu jkun jista’ jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, huwa neċessarju li dan il-ftehim jippermetti li jiġi previst b’livell ta’ probabbiltà suffiċjenti, abbażi ta’ numru ta’ punti ta’ liġi u ta’ fatt, li dan jista’ jeżerċita influwenza diretta jew indiretta, attwali jew potenzjali, fuq it-tendenzi tal-kummerċ bejn l-Istati Membri, u dan b’mod li jagħti x’jifhem li jista’ jostakola t-twettiq ta’ suq wieħed bejn l-Istati Membri. Barra minn hekk, jeħtieġ, li din l-influwenza ma tkunx insinjifikattiva (ara s-sentenzi Javico, C‑306/96, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:173">EU:C:1998:173</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 16; Bagnasco <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑215/96 u C‑216/96, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:12">EU:C:1999:12</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 47, kif ukoll Dalmine vs Il-Kummissjoni, C‑407/04 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:53">EU:C:2007:53</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 90).</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kapaċità ta’ akkordju, li jkun mifrux fuq it-territorju kollu ta’ Stat Membru, li jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilta li tali akkordju għandu, min-natura tiegħu stess, l-effett li jikkonsolida d-diviżjonijiet ta’ natura nazzjonali, u b’hekk jostakola l-interpretazzjoni ekonomika mixtieqa mit-Trattat FUE (ara s-sentenzi Vereeniging van Cementhandelaren vs Il-Kummissjoni, 8/72, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1972:84">EU:C:1972:84</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 29; Il-Kummissjoni vs L-Italja, C‑35/96, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:303">EU:C:1998:303</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 48, kif ukoll Wouters <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑309/99, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:98">EU:C:2002:98</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 95).</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li s-servizzi inkwistjoni setgħu jkunu ta’ natura transkonfinali, peress li l-persuni suġġetti għall-obbligu tal-adeżjoni f’wieħed mill-fondi approvati u l-persuni li jimpjegawhom jistgħu jkunu stabbiliti fi Stati Membri oħra, u li l-fondi ta’ pensjoni stabbiliti fir-Rumanija jistgħu jkunu jappartjenu lil kumpanniji fi Stati Membri oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Fil-fatt, għalkemm huwa veru li l-aċċess għal dan is-suq ġdid tal-fondi ta’ pensjoni provati obbligatorji kien limitat għall-kumpanniji approvati għal dan l-għan fir-Rumanija, l-akkordju inkwistjoni fil-kawża prinċipali rrendiet iktar diffiċli l-penetrazzjoni fis-suq Rumen minn kumpanniji stabbiliti barra t-territorju Rumen, iżda li mħajjrin joffru wkoll servizzi fis-settur ekonomiku kkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Din is-sitwazzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala li tista’ taffettwa l-kummerċ fi ħdan is-suq intern tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Isegwi li l-ftehimiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali setgħu jiġu kklassifikati bħala li jirrestrinġu l-kompetizzjoni minħabba l-għan stess tagħhom, fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, in-numru ta’ persuni kkonċernati b’mod konkret mill-ftehimiet ta’ tqassim inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa irrilevanti għall-finijiet tal-konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ tali restrizzjoni tal-kompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 83 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-għan antikompetittiv ta’ ftehim ta’ tqassim, b’mod partikolari l-kapaċità ta’ dak il-ftehim li jipproduċi effetti negattivi fis-suq, ma jiddipendix fuq in-numru konkret ta’ klijenti mqassmin effettivament, imma biss fuq it-termini u l-għanijiet oġġettivi ta’ dan il-ftehim evalwati fid-dawl tal-kuntest ekonomiku u ġuridiku tal-konklużjoni tiegħu.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha jirriżulta li l-Artikolu 101(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ftehimiet ta’ tqassim tal-klijenti, bħal dawk konklużi bejn fondi ta’ pensjoni privati fil-kawża prinċipali, jikkostitwixxi akkordju b’għan antikompetittiv, u n-numru ta’ klijenti previsti minn dawn il-ftehimiet ma jistax ikun rilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kundizzjoni marbuta mar-restrizzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 101(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ftehimiet ta’ tqassim tal-klijenti, bħal dawk konklużi bejn fondi ta’ pensjoni privati fil-kawża prinċipali, jikkostitwixxi akkordju b’għan antikompetittiv, u n-numru ta’ klijenti previsti minn dawn il-ftehimiet ma jistax ikun rilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kundizzjoni marbuta mar-restrizzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>