<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-291/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017TJ0291</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:534">EU:T:2019:534</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>17</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20190712">12.7.2019</DATE> – Kawża T‑291/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Transdev <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20190712">12 ta’ Lulju 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Skema ta’ għajnuna implimentata minn Franza bejn l-1994 u l-2008</KEYWORD><KEYWORD>Sussidji għall-investiment mogħtija mir-Reġjun ta’ Île-de-France</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq intern</KEYWORD><KEYWORD>Kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>għajnuna eżistenti<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/> u ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>għajnuna ġdida<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/></KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 107 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 108 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu (1)(b)(i) u (v) tar-Regolament (UE) 2015/1589</KEYWORD><KEYWORD>Terminu ta’ preskrizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 17 tar-Regolament 2015/1589</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ motivazzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑291/17,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Transdev</HT>, stabbilita f’Issy-les-Moulineaux (Franza),</P><P><HT TYPE="BOLD">Transdev Île de France</HT>, stabbilita f’Issy-les-Moulineaux (Franza),</P><P><HT TYPE="BOLD">Transports rapides automobiles (TRA)</HT>, stabbilita f’Villepinte (Franza),</P><P>irrappreżentati minn F. Salat-Baroux, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn L. Armati, C. Georgieva-Kecsmar u M. T. Maxian Rusche, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1470 tat‑<DATE ISO="20170202">2 ta’ Frar 2017</DATE> dwar l-iskemi ta’ għajnuna SA.26763 2014/C (eks 2012/NN) implimentata minn Franza favur tal-impriżi ta’ trasport bix-xarabank fir-Reġjun ta’ Île-de-France (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="209" PAGE.FIRST="24" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 209, p. 24</REF.DOC.OJ>),</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn I. Pelikánová, President, V. Valančius u U. Öberg (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: M. Marescaux, Amministratriċi,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tal‑<DATE ISO="20180925">25 ta’ Settembru 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti, Transdev, Transdev Île de France u Transports rapides automobiles (TRA), jitolbu l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017<HT TYPE="ITALIC">/</HT>1470 tat‑<DATE ISO="20170202">2 ta’ Frar 2017</DATE> dwar l-iskemi ta’ għajnuna SA.26763 2014<HT TYPE="ITALIC">/</HT>C (eks 2012<HT TYPE="ITALIC">/</HT>NN) implimentata minn Franza favur tal-impriżi ta’ trasport bix-xarabank fir-Reġjun ta’ Île-de-France (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="209" PAGE.FIRST="24" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 209, p. 24</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti huma impriżi tad-dritt Franċiż ikkostitwiti fil-forma ta’ kumpanniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata u ta’ kumpannija ssemplifikata ta’ responsabbiltà limitata, li jagħmlu parti mill-grupp Transdev u jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom fit-territorju tar-Reġjun ta’ Île-de-France (Franza, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Reġjun<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), fejn huma joperaw netwerks tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="19941020">20 ta’ Ottubru 1994</DATE>, il-Kunsill Reġjonali ta’ Île-de-France adotta d-deliberazzjoni CR 34‑94, dwar l-għajnuna għat-titjib tas-servizzi tat-trasport pubbliku bit-triq operati minn impriżi privati jew impriżi pubbliċi, għall-finijiet ta’ tiġdid ta’ sett ta’ miżuri ta’ għajnuna implimentati preċedentement favur l-imsemmija impriżi. Żewġ deliberazzjonijiet, jiġifieri d-deliberazzjonijiet CR 44‑98 u CR 47‑01 (iktar ’il quddiem, meqjusa mad-deliberazzjoni CR 34‑94, id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>deliberazzjonijiet kontenzjużi<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), ħarġu warajha, rispettivament fl‑1998 u fl‑2001, qabel ma l-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni tħassret fl‑2008.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Bl-applikazzjoni tad-deliberazzjonijiet kontenzjużi, ir-Reġjun ta għajnuniet finanzjarji lill-awtoritajiet pubbliċi tat-territorju tiegħu billi kkonkluda kuntratti tal-operat ta’ linji regolari tax-xarabank ma’ impriżi privati tat-trasport pubbliku regolari bit-triq jew billi opera tali linji direttament permezz ta’ impriża pubblika. L-awtoritajiet pubbliċi sussegwentement ħallsu l-għajnuniet lill-imsemmija impriżi tat-trasport (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>benefiċjarji finali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-għajnuniet ingħataw fil-forma ta’ sussidji għall-investiment u kienu intiżi sabiex jiffavorixxu l-akkwist ta’ vetturi ġodda u l-installazzjoni ta’ tagħmir ġdid mill-benefiċjarji finali, bl-għan li jtejbu l-offerta ta’ trasport pubbliku u jirrimedjaw għall-esternalitajiet negattivi marbuta mat-traffiku fit-triq partikolarment dens tan-netwerk tar-Reġjun.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-awtoritajiet Franċiżi, 135 impriża, fosthom tnejn mit-tliet rikorrenti, ibbenefikaw mill-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni bejn l-1994 u l-2008. L-użu tal-għajnuniet kien irregolat mill-klawżoli għall-ftehimiet tal-operat konklużi bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-benefiċjarji finali. Il-klawżoli kienu kontraffirmati mill-President tal-Kunsill Reġjonali ta’ Île-de-France u kienu jagħtu fid-dettall l-obbligi imposti fuq il-benefiċjarji finali b’korrispettiv tal-ħlas tal-għajnuniet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20081017">17 ta’ Ottubru 2008</DATE>, tressaq ilment quddiem il-Kummissjoni Ewropea dwar l-iskemi ta’ għajnuna mill-Istat allegatament illegali kkostitwiti mill-miżuri ta’ appoġġ implimentati favur ċerti impriżi tat-trasport bix-xarabank, bejn l-1994 u l-2008, mir-Reġjun fit-territorju tiegħu, u sussegwentement, mill‑2008, mis-syndicat des transports d’Île-de-France (is-Sindakat tat-Trasport ta’ Île-de-France (STIF, Franza)).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20140311">11 ta’ Marzu 2014</DATE>, il-Kummissjoni nnotifikat lir-Repubblika Franċiża bid-deċiżjoni tagħha li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE. Permezz tal-pubblikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="141" PAGE.FIRST="38" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, C 141, p. 38</REF.DOC.OJ>), il-Kummissjoni stiednet lill-persuni kkonċernati jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-miżuri inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20140430">30 ta’ April 2014</DATE>, ir-Repubblika Franċiża ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha lill-Kummissjoni. L-osservazzjonijiet kollha ppreżentati mill-partijiet ikkonċernati, fosthom Transdev Île de France, intbagħtu lir-Repubblika Franċiża, li ma għamlet l-ebda kumment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20160621">21 ta’ Ġunju 2016</DATE>, il-Kummissjoni rċeviet nota konġunta min-naħa ta’ erbgħa mis-seba’ partijiet ikkonċernati, intiża sabiex tippreċiża l-pożizzjoni tagħhom wara d-deċiżjoni tas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Andersen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑303/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:647">EU:C:2015:647</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Fid‑<DATE ISO="20161109">9 ta’ Novembru 2016</DATE>, ir-Reġjun, fil-kwalità tiegħu ta’ parti kkonċernata, ikkompleta l-osservazzjonijiet tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20170202">2 ta’ Frar 2017</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kkontestata u għalqet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni qieset b’mod partikolari li s-sussidji għall-investiment mogħtija skont l-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni mir-Reġjun, bejn l-1994 u l-2008, kienu jikkostitwixxu għajnuniet mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, li ma affettwawx il-kummerċ bejn l-Istati Membri b’mod kuntrarju għall-interess komuni u, konsegwentement, kienu kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3) TFUE. Hija min-naħa l-oħra kkonkludiet li, sa fejn dawn l-għajnuniet ma ġewx innotifikati u kellhom jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>għajnuniet ġodda<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, dawn ġew implimentati illegalment, bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Id-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata għandu jinqara kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="001"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Artikolu 1</HT></TI.ART><ALINEA>L-iskema ta’ għajnuna implimentata illegalment [mir-Repubblika Franċiża] bejn is-sena 1994 u s-sena 2008, f’għamla ta’ sussidji għall-investiment mogħtija mir-Reġjun tal-Île-de-France fil-qafas tad-deliberazzjonijiet CR 34‑94, CR 44‑98 u CR 47‑01, hija kompatibbli mas-suq intern.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="004"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 4</HT></TI.ART><ALINEA>Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></ARTICLE></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-qrati nazzjonali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>F’Mejju 2004, is-syndicat autonome des transporteurs de voyageurs (is-Sindakat Awtonomu tat-Trasportaturi ta’ Passiġġieri, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>SATV<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) talab lill-President tal-Kunsill Reġjonali ta’ Île-de-France jħassar id-deliberazzjonijiet kontenzjużi. Wara ċ-ċaħda ta’ din it-talba, is-SATV adixxa lit-tribunal administratif de Paris (il-Qorti Amministrattiva ta’ Pariġi, Franza) b’rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni tal-President tal-Kunsill Reġjonali ta’ Île-de-France, fis‑<DATE ISO="20040617">17 ta’ Ġunju 2004</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza Nru 0417015, tal‑<DATE ISO="20080710">10 ta’ Lulju 2008</DATE>, it-tribunal administratif de Paris (il-Qorti Amministrattiva ta’ Pariġi) laqgħet ir-rikors tas-SATV u ordnat lir-Reġjun jissottometti lill-Kunsill Reġjonali ta’ Île-de-France deliberazzjoni ġdida minħabba li d-dispożittiv tal-għajnuna implimentat bl-applikazzjoni tad-deliberazzjonijiet kontenzjużi ma kienx innotifikat lill-Kummissjoni. It-tribunal administratif de Paris (il-Qorti Amministrattiva ta’ Pariġi), barra minn hekk, ordnat lir-Reġjun sabiex jipproċedi għat-tħassir tad-deliberazzjonijiet kontenzjużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Ir-Reġjun, filwaqt li appella minn din id-deċiżjoni, adotta d-deliberazzjoni CR 80‑08, tas‑<DATE ISO="20081016">16 ta’ Ottubru 2008</DATE>, intiża għat-tħassir tad-deliberazzjonijiet kontenzjużi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza Nru 08PA04753, tat‑<DATE ISO="20100712">12 ta’ Lulju 2010</DATE>, il-cour administrative d’appel de Paris (il-Qorti Amministrattiva tal-Appell ta’ Pariġi, Franza) ikkonfermat is-sentenza tat-tribunal administratif de Paris (il-Qorti Amministrattiva ta’ Pariġi) Nru 0417015, tal‑<DATE ISO="20080710">10 ta’ Lulju 2008</DATE>. Ir-Reġjun ippreżenta appell ta’ kassazzjoni minn din id-deċiżjoni quddiem il-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat, Franza). Permezz tas-sentenza Nru 343440, tat‑<DATE ISO="20120723">23 ta’ Lulju 2012</DATE>, il-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat) ċaħad dan l-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20150227">27 ta’ Frar 2015</DATE>, Transdev Île de France u TRA ppreżentaw rikors għal oppożizzjoni minn terzi kontra s-sentenza tal-cour administrative d’appel de Paris (il-Qorti Amministrattiva tal-Appell ta’ Pariġi) tat‑<DATE ISO="20100712">12 ta’ Lulju 2010</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Wara ċ-ċaħda tar-rikors għal oppożizzjoni minn terzi mill-cour administrative d’appel de Paris (il-Qorti Amministrattiva tal-Appell ta’ Pariġi), fis‑<DATE ISO="20151127">27 ta’ Novembru 2015</DATE> (sentenza Nru 15PA00927), Transdev Île de France u TRA ppreżentaw appell ta’ kassazzjoni quddiem il-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat), li kien għadu pendenti fid-data tal-preżentata tar-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Wara rikors ġdid ippreżentat mis-SATV fis‑<DATE ISO="20081027">27 ta’ Ottubru 2008</DATE>, it-tribunal administratif de Paris (il-Qorti Amministrattiva ta’ Pariġi) ordnat lir-Reġjun, permezz tas-sentenza Nru 0817138, tal‑<DATE ISO="20130604">4 ta’ Ġunju 2013</DATE>, joħroġ it-titoli eżekuttivi li jippermettu l-irkupru tal-għajnuna mħallsa fuq il-bażi tad-deliberazzjonijiet ikkontestati. Fis‑<DATE ISO="20151127">27 ta’ Novembru 2015</DATE>, il-cour administrative d’appel de Paris (il-Qorti Amministrattiva tal-Appell ta’ Pariġi) ċaħdet l-appell tar-Reġjun minn din id-deċiżjoni (sentenza Nru 13PA03172). Ir-Reġjun ippreżenta appell ta’ kassazzjoni quddiem il-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat), li kien għadu pendenti fid-data tal-preżentata tar-rikors.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis‑<DATE ISO="20170516">16 ta’ Mejju 2017</DATE>, ir-rikorrenti, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 263 TFUE, ippreżentaw dan ir-rikors, intiż għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiddikjara r-rikors ammissibbli;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn fiha ġie kkonstatat, prinċipalment, li l-iskema ta’ għajnuna implimentata fil-kuntest tad-deliberazzjonijiet CR 34‑94, CR 44‑98 u CR 47‑01 tikkostitwixxi skema ta’ għajnuna ġdida li ġiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>implimentata illegalment<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> u, sussidjarjament, li l-preskrizzjoni tintrabat biss mas-sussidji mħallsa qabel Mejju 1994;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>prinċipalment, tiddikjara r-rikors bħala inammissibbli;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ammissibbiltà</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, mingħajr ma qajmet eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà permezz ta’ att separat fuq il-bażi tal-Artikolu 130(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, talbet l-inammissibbiltà tar-rikors minħabba l-assenza ta’ <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> u ta’ interess ġuridiku tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jsostnu li r-rikors huwa ammissibbli sa fejn huma għandhom kemm <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> kif ukoll interess ġuridiku kontra d-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-qorti tal-Unjoni Ewropea għandha dritt li tevalwa, skont iċ-ċirkustanzi ta’ kull każ ineżami, jekk amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja tiġġustifikax li r-rikors jiġi miċħud fil-mertu, mingħajr deċiżjoni minn qabel dwar l-ammissibbiltà tiegħu (sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020226">26 ta’ Frar 2002</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kunsill vs Boehringer</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑23/00 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:118">EU:C:2002:118</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150914">14 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Brouillard vs Il‑Qorti tal‑Ġustizzja</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑420/13</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:633">EU:T:2015:633</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fiċ-ċirkustanzi tal-każ ineżami, il-Qorti Ġenerali tqis li, għall-finijiet tal-ekonomija tal-ġudizzju, hemm lok li tiġi eżaminata qabel kollox il-fondatezza tar-rikors, mingħajr deċiżjoni minn qabel dwar l-ammissibbiltà tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq il-mertu</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jqajmu, essenzjalment, żewġ motivi. L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur, minn naħa, tal-Artikolu 108(1) TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 1(b)(i) u (v) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat‑<DATE ISO="20150713">13 ta’ Lulju 2015</DATE> li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 TFUE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="248" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 248, p. 9</REF.DOC.OJ>), sa fejn il-Kummissjoni kienet qieset, bi żball, fid-deċiżjoni kkontestata, li l-għajnuna mogħtija taħt l-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni, bejn l-1994 u l-2008, kienet għajnuna ġdida li, fl-assenza ta’ komunikazzjoni, ġiet implimentata illegalment u, min-naħa l-oħra, tal-obbligu ta’ motivazzjoni fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 1(b)(v) tal-imsemmi regolament, sa fejn il-Kummissjoni ma tatx f’dettall suffiċjenti r-raġunijiet għaliex hija kienet tqis li l-imsemmija għajnuna kienet tikkostitwixxi diġà għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, meta ġiet introdotta. It-tieni motiv, invokat sussidjarjament, huwa meħud minn ksur tal-Artikolu 17(2) ta’ dan l-istess regolament, sa fejn il-Kummissjoni kkonkludiet, bi żball, fid-deċiżjoni kkontestata, li l-għajnuna mħallsa taħt l-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni qabel Mejju 1994 biss kienet preskritta.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 108(1) TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 1(b)(i) u (v) tar-Regolament 2015/1589, u fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà tal-ewwel motiv</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li l-ewwel motiv huwa inammissibbli minħabba li l-argumenti mressqa mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ dan il-motiv ma kinux is-suġġett ta’ appell ta’ kassazzjoni ppreżentat minn Transdev Île de France u TRA quddiem il-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat) u ma tqajmux fil-kuntest ta’ proċeduri oħra quddiem il-qrati nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jikkontestaw l-argumenti tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, għall-kuntrarju ta’ dak li allegat il-Kummissjoni fis-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha kif ukoll matul is-seduta, ma huwiex il-kompitu tal-Qorti Ġenerali li tevalwa jekk il-motivi jew l-argumenti mqajma quddiemha humiex is-suġġett ta’ appell ta’ kassazzjoni jew ta’ kontenzjuż jew le quddiem il-qrati nazzjonali. Fil-fatt, ikun biżżejjed li, bl-eżitu tiegħu, ir-rikors għal annullament ippreżentat quddiem il-qorti tal-Unjoni jkun jista’ jipprovdi benefiċċju lill-parti li tkun ippreżentatu u li l-annullament tal-att ikun jista’, fih innifsu, ikollu konsegwenzi legali fil-konfront tagħha (ara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Mory <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑33/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:609">EU:C:2015:609</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-Artikolu 108(3) TFUE, meta għajnuna tingħata illegalment, il-qrati nazzjonali jkunu marbuta jiddeterminaw il-konsegwenzi legali ta’ din l-illegalità, konformement mad-dritt nazzjonali tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050721">21 ta’ Lulju 2005</DATE>, <NAME.CASE>Xunta de Galicia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑71/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:493">EU:C:2005:493</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, minkejja li l-kwistjoni tal-karattru ġdid jew eżistenti tal-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni ma kinitx tqajmet fil-kuntest ta’ proċeduri pendenti quddiem il-qrati nazzjonali, l-annullament parzjali tad-deċiżjoni kkontestata fuq il-bażi ta’ dan il-motiv ikun jista’ jkollu konsegwenzi legali fil-konfront tar-rikorrenti u jagħtihom benefiċċju, sa fejn dan ikollu bħala effett il-ħelsien tal-qrati nazzjonali mill-obbligu impost fuqhom skont l-Artikolu 108(3) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għaldaqstant, dan il-motiv għandu jiġi ddikjarat ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-fondatezza tal-ewwel motiv</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni, essenzjalment, li l-Kummissjoni kklassifikat, bi żball, fid-deċiżjoni kkontestata, is-sussidji għall-investiment mogħtija mir-Reġjun bejn l-1994 u l-2008 bħala skema ta’ għajnuna ġdida u li hija ma mmotivatx biżżejjed l-evalwazzjoni tagħha f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Insostenn tal-allegazzjonijiet tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet ilmenti prinċipali. L-ewwel nett, huma jaffermaw li l-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni għandha tiġi kklassifikata bħala skema ta’ għajnuna eżistenti, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 1(b)(i) tar-Regolament 2015/1589, minħabba li l-possibbiltà għall-awtoritajiet territorjali li jagħtu sussidji lill-impriżi tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri bit-triq kienet introdotta mill-Artikolu 19 tad-décret n<HT TYPE="SUP">o</HT> 49‑1473, du <DATE ISO="19491114">14 novembre 1949</DATE>, relatif à la coordination et à l’harmonisation des transports ferroviaires et routiers (id-Digriet Nru 49‑1473 tal‑<DATE ISO="19491114">14 ta’ Novembru 1949</DATE> dwar il-koordinazzjoni u l-armonizzazzjoni tat-trasport bil-ferrovija u bit-triq, JORF tal‑<DATE ISO="19491115">15 ta’ Novembru 1949</DATE>, p. 11104, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Digriet tal‑1949<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), qabel id-dħul fis-seħħ fi Franza tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea (li sar it-Trattat FUE), fl‑<DATE ISO="19580101">1 ta’ Jannar 1958</DATE>. It-tieni nett, huma jqisu li, sa fejn is-swieq tat-trasport pubbliku tal-Istati Membri tal-Unjoni kienu magħluqa għall-kompetizzjoni qabel l-1995, data miżmuma fis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030724">24 ta’ Lulju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑280/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:415">EU:C:2003:415</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), dwar il-ftuħ tal-imsemmija swieq, il-Kummissjoni ma setgħetx tqis li l-għajnuna mogħtija taħt l-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni kienet tikkostitwixxi diġà għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, meta ġiet introdotta u ma setgħetx, għalhekk, tikkostitwixxi għajnuna eżistenti skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament 2015/1589. It-tielet nett, huma jsostnu li l-analiżi mwettqa mill-Kummissjoni fir-rigward tal-karattru ġdid jew eżistenti tal-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni fir-rigward tal-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament 2015/1589 ma tippermettilhomx li jkunu jafu r-raġunijiet għaliex il-Kummissjoni qieset li s-sussidji għall-investiment mogħtija mir-Reġjun kienu jikkostitwixxu, sa mill-ewwel implimentazzjoni tagħhom, skema ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li n-nuqqas jew l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni għandhom l-għan li jiġi stabbilit il-ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali u jeħtieġu, għalhekk, eżami distint, bħala tali, tal-evalwazzjoni tal-ineżattezza tal-motivi tad-deċiżjoni kkontestata, fejn l-istħarriġ jaqa’ taħt l-eżami<?PAGE NO="7"?> tal-fondatezza ta’ din id-deċiżjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980402">2 ta’ April 1998</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑367/95 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:154">EU:C:1998:154</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051215">15 ta’ Diċembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>L‑Italja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑66/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:768">EU:C:2005:768</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għalhekk għandu jiġi eżaminat l-ilment ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament 2015/1589, qabel l-ilmenti l-oħra mqajma fil-kuntest ta’ dan il-motiv, li jirrigwardaw il-legalità fil-mertu tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ilment ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, essenzjalment, jikkritikaw lill-Kummissjoni li ma tatx f’dettall suffiċjenti, fid-deċiżjoni kkontestata, ir-raġunijiet għaliex hija kienet tqis li s-sussidji għall-investiment tar-Reġjun kienu jikkostitwixxu skema ta’ għajnuna mill-Istat sa mill-introduzzjoni tagħhom u, konsegwentement, kellhom jiġu kklassifikati bħala għajnuna ġdida, bl-applikazzjoni tat-tieni sentenza tal-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament 2015/1589.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, l-atti legali għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom ikunu bbażati. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, id-dritt għal amministrazzjoni tajba jinkludi l-obbligu għall-amministrazzjoni li tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, il-portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni tiddependi min-natura tal-att inkwistjoni u mill-kuntest li fih jiġi adottat. Il-motivazzjoni għandha turi b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament tal-istituzzjoni, b’tali mod, minn naħa waħda, li l-qorti tal-Unjoni tkun tista’ twettaq l-istħarriġ tagħha tal-legalità u, min-naħa l-oħra, sabiex il-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jsiru jafu l-ġustifikazzjonijiet għall-miżura meħuda, biex b’hekk ikunu jistgħu jiddefendu d-drittijiet tagħhom u jivverifikaw jekk id-deċiżjoni hijiex fondata jew le (ara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030306">6 ta’ Marzu 2003</DATE>, <NAME.CASE>Westdeutsche Landesbank Girozentrale u Land Nordrhein‑Westfalen vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑228/99 u T‑233/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2003:57">EU:T:2003:57</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0278">278</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Ma huwiex meħtieġ li l-motivazzjoni tispeċifika l-elementi rilevanti kollha ta’ fatt u ta’ liġi, inkwantu l-kwistjoni jekk il-motivazzjoni ta’ att tissodisfax ir-rekwiżiti tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE għandha tiġi evalwata mhux biss fir-rigward tal-formulazzjoni tiegħu, iżda wkoll fir-rigward tal-kuntest tiegħu kif ukoll tar-regoli ġuridiċi kollha li jirregolaw il-kwistjoni (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030306">6 ta’ Marzu 2003</DATE>, <NAME.CASE>Westdeutsche Landesbank Girozentrale u Land Nordrhein‑Westfalen vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑228/99 u T‑233/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2003:57">EU:T:2003:57</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0279">279</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Madankollu, għalkemm il-Kummissjoni ma hijiex meħtieġa li tieħu pożizzjoni fuq l-argumenti kollha invokati quddiemha mill-partijiet ikkonċernati, hija għandha ssemmi l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet ġuridiċi li huma ta’ importanza essenzjali fil-kuntest tad-deċiżjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030306">6 ta’ Marzu 2003</DATE>, <NAME.CASE>Westdeutsche Landesbank Girozentrale u Land Nordrhein‑Westfalen vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑228/99 u T‑233/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2003:57">EU:T:2003:57</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0280">280</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-klassifikazzjoni ta’ miżura ta’ għajnuna, l-obbligu ta’ motivazzjoni jeħtieġ li jiġu indikati r-raġunijiet għalfejn il-Kummissjoni tikkunsidra li l-miżura inkwistjoni taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000613">13 ta’ Ġunju 2000</DATE>, <NAME.CASE>EPAC vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑204/97 u T‑270/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2000:148">EU:T:2000:148</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Barra minn hekk, anki fil-każijiet fejn jirriżulta miċ-ċirkustanzi li fihom tkun ingħatat l-għajnuna li din hija ta’ tali natura li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u li toħloq distorsjoni jew thedded li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni għandha, mill-inqas, issemmi dawk iċ-ċirkustanzi<?PAGE NO="8"?> fil-motivi tad-deċiżjoni tagħha (sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19880607">7 ta’ Ġunju 1988</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>57/86</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:284">EU:C:1988:284</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19961024">24 ta’ Ottubru 1996</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Ġermanja <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑329/93, C‑62/95 u C‑63/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:394">EU:C:1996:394</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980430">30 ta’ April 1998</DATE>, <NAME.CASE>Vlaamse Gewest vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑214/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1998:77">EU:T:1998:77</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fil-fatt, ħlief sabiex iċaħħad lill-Artikolu 107(1) TFUE mis-sustanza tiegħu, l-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri ma jistax ikun purament ipotetiku jew preżunt. B’hekk, għandha tiġi ddeterminata r-raġuni għaliex il-miżura inkwistjoni twassal għal distorsjoni jew għal theddida ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u għaliex hija ta’ natura tali li tista’, permezz tal-effetti prevedibbli tagħha, tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170518">18 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Fondul Proprietatea</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑150/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:388">EU:C:2017:388</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament 2015/1589, titqies bħala eżistenti kull għajnuna li jista’ jiġi stabbilit li meta daħlet fis-seħħ ma kinitx għajnuna, u sussegwentement saret għajnuna, minħabba l-evoluzzjoni tas-suq intern u mingħajr ma l-Istat Membru jkun għamel tibdil fiha. Min-naħa l-oħra, fejn ċerti miżuri jsiru għajnuna wara l-liberalizzazzjoni ta’ attività mid-dritt tal-Unjoni, dawk il-miżuri ma għandhomx jitqiesu li jkunu għajnuna eżistenti wara d-data stabbilita għal-liberalizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni kkonkludiet, fil-premessi 226 u 237 tad-deċiżjoni kkontestata, li, sa fejn il-benefiċjarji finali setgħu jużaw il-materjal issussidjat fil-kuntest ta’ attività tat-trasport okkażjonali jew fi swieq oħra tat-trasport regolari miftuħa għall-kompetizzjoni fi Franza jew fit-territorju tal-Unjoni, l-għajnuna mogħtija taħt l-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni setgħet toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u, konsegwentement, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, sa mill-ewwel implimentazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Insostenn ta’ din il-konklużjoni, il-Kummissjoni ċċitat is-sentenza Nru 0417015, tal‑<DATE ISO="20080710">10 ta’ Lulju 2008</DATE>, tat-tribunal administratif de Paris (il-Qorti Amministrattiva ta’ Pariġi) u s-sentenza Nru 08PA 04753, tat‑<DATE ISO="20100712">12 ta’ Lulju 2010</DATE>, tal-cour administrative d’appel de Paris (il-Qorti Amministrattiva tal-Appell ta’ Pariġi), li jikkonkludu dwar l-implimentazzjoni illegali tal-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Barra minn hekk, wara li indikat li l-għoti tal-għajnuna reġjonali kienet irregolata mid-deliberazzjonijiet kontenzjużi li kienu jmorru lura, għall-ewwel waħda, għall‑1994 u kienu jikkostitwixxu l-bażi legali tal-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni, il-Kummissjoni ħadet inkusiderazzjoni kif xieraq l-argumenti tal-partijiet għall-proċedura amministrattiva intiżi sabiex jistabbilixxu li l-imsemmija skema kienet introdotta kemm f’data qabel id-dħul fis-seħħ fi Franza tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, kif ukoll f’data qabel l-1994, li fiha s-suq tat-trasport pubbliku regolari bit-triq ma kienx għadu miftuħ għall-kompetizzjoni, jiġifieri fl‑1984 jew, l-iktar kmieni, fl‑1979.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-premessi 234 u 237 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li l-Kummissjoni eżaminat il-kwistjoni jekk l-eżistenza ta’ skema ta’ għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, setgħetx tiġi kkonstatata diġà fir-rigward tal-għajnuna possibbli mogħtija qabel l-1994 għall-finijiet biss sabiex twieġeb għall-argumenti tar-Reġjun u ta’ ċerti partijiet ikkonċernati mressqa matul il-proċedura amministrattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Konsegwentement, mill-premessi 234 sa 237 tad-deċiżjoni kkontestata ma jistax jiġi dedott li l-Kummissjoni qieset hija stess li l-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni setgħet bdiet fi kwalunkwe mument bejn l-1979 u l-2008. Għall-kuntrarju, hija qieset li l-perijodu 1979-1994 kien preċedenti għall-introduzzjoni tal-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni. F’dawn il-kundizzjonijiet, ma tistax tiġi kkritikata li ma spjegatx kif is-sussidji mħallsa matul dan il-perijodu setgħu jiġu kklassifikati bħala għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata li ma tatx f’dettall suffiċjenti r-raġunijiet għaliex hija kienet tqis li kellhom jiġu miċħuda l-argumenti tal-partijiet ikkonċernati intiżi biex jaffermaw li l-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni kienet ġiet introdotta f’data qabel l-1994 u kellha tiġi kklassifikata bħala skema ta’ għajnuna eżistenti minħabba li s-suq tat-trasport regolari tal-passiġġieri ma kienx għadu miftuħ għall-kompetizzjoni f’dik id-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Kummissjoni spjegat, fil-premessi 226 u 237 tad-deċiżjoni kkontestata, li, minkejja li l-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni kienet bdiet f’data qabel l-1994, setgħet toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u, konsegwentement, tissodisfa l-kriterji previsti fl-Artikolu 107(1) TFUE sa mill-introduzzjoni tagħha, b’kunsiderazzjoni tal-preżenza tal-benefiċjarji finali fis-suq tat-trasport okkażjonali tal-passiġġieri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Kummissjoni pprovdiet motivazzjoni ċertament sommarja iżda, fil-każ ineżami, suffiċjenti, biex tippermetti lir-rikorrenti jifhmu r-raġunijiet għaliex hija kienet tqis li, sa mill-ħolqien tal-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni, l-għajnuna mogħtija taħt l-imsemmija skema setgħet toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u għalhekk tikkostitwixxi għajnuna ġdida fis-sens tal-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament 2015/1589.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ilment ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ilment ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 1(b)(i) tar-Regolament 2015/1589</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jsostnu li l-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni hija skema ta’ għajnuna eżistenti peress li ġiet introdotta mid-Digriet tal‑1949, f’data qabel dik tad-dħul fis-seħħ fi Franza tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, fl‑<DATE ISO="19580101">1 ta’ Jannar 1958</DATE>. Huma jfakkru li, konformement mal-Artikolu 1(b)(i) tar-Regolament 2015/1589, l-għajnuna introdotta qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat FUE fl-Istat Membru kkonċernat titqies bħala eżistenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti. Hija tfakkar li kkonkludiet, fil-premessa 236 tad-deċiżjoni kkontestata, li d-Digriet tal‑1949 ma ddefinixxa l-ebda wieħed mill-parametri ewlenin tal-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni, jiġifieri d-durata tagħha, il-baġit tagħha, il-benefiċjarji tagħha, in-natura tal-oġġetti eliġibbli għas-sussidju u r-rata tas-sussidju, u li dan ma kien joħloq l-ebda dritt għall-issussidjar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Id-Digriet tal‑1949 kien jipprevedi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="002"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Artikolu 2</HT></TI.ART><ALINEA><P>Is-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri li huma suġġetti għal miżuri ta’ koordinazzjoni u ta’ armonizzazzjoni bl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tal-liġi tal‑<DATE ISO="19490705">5 ta’ Lulju 1949</DATE> huma:</P><P>[…]</P><P>2. Is-servizzi bit-triq tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri elenkati iktar ’il quddiem […]:</P><P>Is-servizzi regolari, inklużi s-servizzi staġjonali u perijodiċi […];</P><P>Is-servizzi okkażjonali, jiġifieri dawk li, minkejja li jsiru fuq talba, jissodisfaw bżonnijiet ġenerali tal-pubbliku, billi jerġgħu jiġu offruti f’ċerti żminijiet ta’ kull sena […]</P></ALINEA></ARTICLE><?PAGE NO="10"?><ARTICLE IDENTIFIER="019"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 19</HT></TI.ART><ALINEA>Awtorità territorjali tista’ tissussidja servizz bit-triq billi tikkonkludi kuntratt ma’ impriża li jiffissa l-obbligi imposti fuqha apparti dawk li jirriżultaw mir-regoli tal-operat tagħha.</ALINEA><ALINEA>It-tariffa stabbilita konformement ma’ dan il-kuntratt għandha tosserva r-regoli kollha li jinsabu fl-artikoli preċedenti.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></ARTICLE></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni jekk l-għajnuna mogħtija taħt l-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni toriġinax fid-Digriet tal‑1949, l-ewwel nett, għandu jiġi ppreċiżat li l-modalitajiet tal-għoti ta’ sussidji previsti mid-Digriet tal‑1949 kienu differenti minn dawk tal-għajnuna mogħtija skont id-deliberazzjoni CR 34‑94. Bħalma tafferma, ġustament, il-Kummissjoni, fil-kuntest tad-deliberazzjoni CR 34‑94, is-sussidji għall-investiment ingħataw mir-Reġjun lill-awtoritajiet pubbliċi qabel ma tħallsu lill-benefiċjarji finali. Tali mekkaniżmu ta’ ħlas ma kienx jeżisti fil-kuntest tad-Digriet tal‑1949.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, jirriżulta mis-sentenza Nru 343440, tat‑<DATE ISO="20120723">23 ta’ Lulju 2012</DATE>, tal-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat) li s-sussidji mogħtija skont id-deliberazzjoni CR 34‑94 kienu intiżi biss sabiex jiffaċilitaw l-akkwist ta’ materjal mill-impriżi tat-trasport pubbliku ta’ Île-de-France, mingħajr ma l-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni jkollha l-għan jew l-effett li timponi, bħala korrispettiv, obbligi tariffarji fuq il-benefiċjarji finali. Dan ma kienx il-każ tal-Artikolu 19 tad-Digriet tal‑1949 li, filwaqt li kien jipprevedi, b’mod ġenerali, il-possibbiltà għall-awtoritajiet territorjali Franċiżi li jikkonkludu kuntratti ta’ sussidji ma’ dawn l-istess impriżi, kellu l-għan li jikkontrolla t-tariffi applikati. L-Artikolu 11 ta’ dan id-digriet kien jipprovdi għalhekk li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>għas-servizzi li għandhom kuntratt ma’ awtorità territorjali, it-tariffi huma ffissati […] konformement mal-kuntratt konkluż bejn l-impriża u l-awtorità li tħallas is-sussidju<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, id-deliberazzjonijiet kontenzjużi ma kienu jinkludu l-ebda riferiment għad-Digriet tal‑1949. Dawn id-deliberazzjonijiet kienu jsemmu biss il-kodiċi ġenerali tal-awtoritajiet territorjali, il-loi n<HT TYPE="SUP">o</HT> 82‑1153, du <DATE ISO="19821230">30 décembre 1982</DATE>, d’orientation des transports intérieurs (il-Liġi Nru 82‑1153 tat‑<DATE ISO="19821230">30 ta’ Diċembru 1982</DATE> ta’ Gwida tat-Trasport Intern, JORF tal‑<DATE ISO="19821231">31 ta’ Diċembru 1982</DATE>, p. 4004) u diversi deliberazzjonijiet preċedenti u digrieti adottati konformement mad-dritt nazzjonali, li fosthom ma kienx hemm id-Digriet tal‑1949.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, id-deliberazzjonijiet kontenzjużi kienu jidħlu f’kuntest leġiżlattiv speċifiku, relatat mal-organizzazzjoni tat-trasport fl-Île-de-France, li kien ippreċiżat, għall-ewwel darba, fl-ordonnance n<HT TYPE="SUP">o</HT> 59‑151, du <DATE ISO="19590107">7 janvier 1959</DATE>, relative à l’organisation des transports de voyageurs dans la région parisienne (id-Digriet Nru 59‑151 tas‑<DATE ISO="19590107">7 ta’ Jannar 1959</DATE> dwar l-organizzazzjoni tat-trasport tal-passiġġieri fir-reġjun ta’ Pariġi, JORF tal‑<DATE ISO="19590110">10 ta’ Jannar 1959</DATE>, p. 696), kważi għaxar snin wara l-adozzjoni tad-Digriet tal‑1949.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha jirriżulta li d-Digriet tal‑1949 ma kienx jikkostitwixxi bażi legali tal-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ma pproduċewx quddiem il-Qorti Ġenerali l-provi suffiċjenti sabiex jiġi stabbilit li l-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni għandha tiġi kklassifikata bħala skema ta’ għajnuna eżistenti skont l-Artikolu 1(b)(i) tar-Regolament 2015/1589.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ilment ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 1(b)(i) tar-Regolament 2015/1589 għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ilment ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament 2015/1589</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jsostnu, essenzjalment, li l-Kummissjoni wettqet ksur tal-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament 2015/1589 sa fejn hija ma qisitx, fid-deċiżjoni kkontestata, li l-għajnuna mogħtija mir-Reġjun kienet tikkostitwixxi skema ta’ għajnuna eżistenti skont din id-dispożizzjoni. F’dan ir-rigward, huma jqisu, b’mod partikolari, li, sa fejn is-swieq tat-trasport pubbliku tal-Istati Membri tal-Unjoni kienu miftuħa għall-kompetizzjoni biss mill‑1995, data miżmuma fis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030724">24 ta’ Lulju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑280/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:415">EU:C:2003:415</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), dwar il-ftuħ tal-imsemmija swieq, is-sussidji mogħtija skont id-deliberazzjonijiet kontenzjużi ma setgħux jikkostitwixxu skema ta’ għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE meta dawn ingħataw għall-ewwel darba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li, bħalma stabbilixxiet t-tribunal administratif de Paris (il-Qorti Amministrattiva ta’ Pariġi) fis-sentenza Nru 0417015, tal‑<DATE ISO="20080710">10 ta’ Lulju 2008</DATE>, il-benefiċjarji finali kienu joperaw kemm fis-suq tat-trasport regolari tal-passiġġieri kif ukoll fis-suq tat-trasport okkażjonali tal-passiġġieri. Madankollu, is-suq tat-trasport okkażjonali tal-passiġġieri kien diġà ġie lliberalizzat fl‑1979. Minn dan isegwi li l-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni setgħet taffettwa l-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri f’dan is-suq, irrispettivament mid-data tal-introduzzjoni tagħha, sa fejn din kienet tinsab bejn l-1979 u l-2008.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni żżid li d-data li għandha titqies għall-ftuħ tas-suq tat-trasport regolari tal-passiġġieri hija dik tad-dħul fis-seħħ tal-loi n<HT TYPE="SUP">o</HT> 93‑122, du <DATE ISO="19930129">29 janvier 1993</DATE>, relative à la prévention de la corruption et à la transparence de la vie économique et des procédures publiques (il-Liġi Nru 93‑122 tad‑<DATE ISO="19930129">29 ta’ Jannar 1993</DATE> dwar il-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni u dwar it-Trasparenza tal-Ħajja Ekonomika u tal-Proċeduri Pubbliċi, JORF tat‑<DATE ISO="19930130">30 ta’ Jannar 1993</DATE>, p. 1588, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Liġi Sapin<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), li ppermettiet id-dħul tal-investituri u l-operaturi fis-suq Franċiż u ttrasponiet fid-dritt Franċiż id-Direttiva tal-Kunsill 93/38/KEE tal‑<DATE ISO="19930614">14 ta’ Ġunju 1993</DATE> li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku għal entitajiet li joperaw fis-setturi ta’ l-ilma, ta’ l-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 194).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, il-fatt li mis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030724">24 ta’ Lulju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑280/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:415">EU:C:2003:415</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jirriżulta li ċerti Stati Membri fetħu s-suq tagħhom għall-kompetizzjoni fl‑1995 ma jeskludix il-fatt li Franza setgħet fetħet tagħha mill‑1993.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>evoluzzjoni tas-suq intern<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> li jinsab fl-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament 2015/1589 jista’ jinftiehem bħala li jirreferi għal bidla fil-kuntest ekonomiku u ġuridiku fis-settur ikkonċernat mill-miżura inkwistjoni. Tali bidla tista’, b’mod partikolari, tirriżulta mil-liberalizzazzjoni ta’ suq inizjalment magħluq għall-kompetizzjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110324">24 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Freistaat Sachsen u Land Sachsen‑Anhalt vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑443/08 u T‑455/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:117">EU:T:2011:117</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0188">188</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament 2015/1589, id-data tal-liberalizzazzjoni ta’ attività mid-dritt tal-Unjoni għandha tittieħed inkunsiderazzjoni għall-iskopijiet biss biex jiġi eskluż li, wara dik id-data, miżura li ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna qabel il-liberalizzazzjoni tkun ikklassifikata bħala għajnuna eżistenti (ara, b’analoġija, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180116">16 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>EDF vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑747/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:6">EU:T:2018:6</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0369">369</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, mid-deċiżjoni kkontestata, u b’mod iktar partikolari mill-premessa 18(a) u mill-premessi 19, 183 u 186 ta’ din id-deċiżjoni, jirriżulta li l-Kummissjoni qieset li l-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni kienet bdiet fl‑1994 u tħassret fl‑2008, bil-konsegwenza li d-dispożittiv tal-għajnuna inizjali tal‑1979 għandu jitqies bħala skema ta’ għajnuna distinta minn dik implimentata mid-deliberazzjonijiet CR 34‑94 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni jekk l-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni għandhiex tiġi kklassifikata bħala skema ta’ għajnuna eżistenti skont l-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament 2015/1589 jew konformement mal-ġurisprudenza li skontha skema ta’ għajnuna mibdija f’suq li inizjalment kien magħluq għall-kompetizzjoni għandha titqies, wara l-liberalizzazzjoni ta’ dan is-suq, bħala skema ta’ għajnuna eżistenti (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000615">15 ta’ Ġunju 2000</DATE>, <NAME.CASE>Alzetta <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑298/97, T‑312/97, T‑313/97, T‑315/97, T‑600/97 sa T‑607/97, T‑1/98, T‑3/98 sa T‑6/98 u T‑23/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2000:151">EU:T:2000:151</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0143">143</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), għandu jitfakkar li l-Liġi Sapin, li lliberalizzat is-suq tat-trasport regolari tal-passiġġieri fit-territorju Franċiż kollu, bl-eċċezzjoni tal-Île-de-France, ġiet adottata fl‑1993, jiġifieri qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tad-deliberazzjoni CR 34‑94, u li din id-data tal-aħħar tikkoinċidi, skont l-analiżi mwettqa mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata, kif imfakkar fil-punt 74 iktar ’il fuq, mad-data tal-introduzzjoni tal-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>B’kunsiderazzjoni ta’ dawn l-elementi, il-Kummissjoni qieset ġustament, fid-deċiżjoni kkontestata, li l-benefiċjarji finali setgħu, mill‑1994, jużaw it-tagħmir iffinanzjat mill-għajnuna mogħtija taħt l-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni fi swieq oħra tat-trasport regolari tal-passiġġieri miftuħa għall-kompetizzjoni u, konsegwentement, li l-imsemmija għajnuna setgħet taffettwa l-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri u tikkostitwixxi għajnuna ġdida minn din id-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma tistax titqiegħed f’dubju mill-affermazzjoni tar-rikorrenti li skontha l-Liġi Sapin ġiet qabel kwalunkwe liberalizzazzjoni formali tas-suq tat-trasport regolari mid-dritt tal-Unjoni. Fil-fatt, l-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament 2015/1589 għandu jinqara fis-sens li s-sempliċi preżenza ta’ data tal-liberalizzazzjoni, li tirriżulta mid-dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni Ewropea, ma hijiex biżżejjed sabiex teskludi l-fatt li miżura tkun tista’ tiġi kklassifikata bħala għajnuna ġdida jekk, abbażi tal-kriterju tal-evoluzzjoni tas-suq, tista’ tingħata prova li l-miżura kienet ġiet adottata f’suq li diġà kien, kollu jew parti minnu, miftuħ għall-kompetizzjoni qabel id-data tal-liberalizzazzjoni tal-attività kkonċernata mid-dritt tal-Unjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180116">16 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>EDF vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑747/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:6">EU:T:2018:6</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0369">369</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li r-rikorrenti ma kkontestawx il-klassifikazzjoni tas-sussidji mogħtija skont id-deliberazzjonijiet kontenzjużi bħala għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE għall-perijodu 1994‑2008. Barra minn hekk, il-konklużjoni tal-Kummissjoni li skontha l-kriterji kollha previsti fl-Artikolu 107(1) TFUE kienu ssodisfatti għal dan il-perijodu hija konformi mal-analiżi li tinsab fid-deċiżjonijiet tal-qrati nazzjonali, jiġifieri, b’mod partikolari, is-sentenza Nru 0417015, tal‑<DATE ISO="20080710">10 ta’ Lulju 2008</DATE>, tat-tribunal administratif de Paris (il-Qorti Amministrattiva ta’ Pariġi) u s-sentenza Nru 08PA04753, tat‑<DATE ISO="20100712">12 ta’ Lulju 2010</DATE>, tal-cour administrative d’appel de Paris (il-Qorti Amministrattiva tal-Appell ta’ Pariġi), iċċitati notevolment fil-premessa 226 tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Iktar minn hekk, minkejja li l-Kummissjoni setgħet wettqet, bħalma jallegaw ir-rikorrenti, żball meta qieset li l-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni ġiet introdotta biss fl‑1994, dan l-uniku żball ma jkunx suffiċjenti biex tiġi invalidata l-konklużjoni li skontha din għandha titqies bħala skema ta’ għajnuna ġdida. Fil-fatt, bħalma ġie rrilevat diġà fil-punt 55 iktar ’il fuq, mill-premessi 226 u 237 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li, anki jekk tiġi aċċettata l-ipoteżi li skontha l-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni kellha titqies bħala li nbdiet mill‑1979 jew l-iktar tard fl‑1994, f’data li fiha s-suq tat-trasport regolari tal-passiġġieri kien għadu magħluq għall-kompetizzjoni, il-benefiċjarji finali setgħu jużaw il-materjal iffinanzjat parzjalment mir-Reġjun fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ trasport okkażjonali miftuħa għall-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, ir-rikorrenti ma pproduċew l-ebda prova sabiex jiġi stabbilit li s-suq tat-trasport okkażjonali ma kienx is-suġġett ta’ kummerċ bejn l-Istati Membri matul il-perijodu li ppreċeda l-introduzzjoni tal-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni jew mal-introduzzjoni tagħha. Huma kkuntentaw ruħhom li jaffermaw, bħalma qieset il-Kummissjoni fil-premessa 248 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-effett tal-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri fis-suq tat-trasport<?PAGE NO="13"?> okkażjonali kien limitat minħabba l-fatt li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>l-vetturi maħsuba għat-trasport regolari tal-passiġġieri ma kinux adatti għas-servizzi ta’ trasport okkażjonali li kienu jeħtieġu li l-passiġġieri jiġu ttrasportati bilqiegħda b’ċinturin ta’ sigurtà<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Barra minn hekk, bħalma enfasizzat il-Kummissjoni matul is-seduta, il-cour administrative d’appel de Paris (il-Qorti Amministrattiva tal-Appell ta’ Pariġi) kienet diġà enfasizzat ir-rilevanza tas-suq tat-trasport okkażjonali tal-passiġġieri fis-sentenza tagħha Nru 15PA00385, tas‑<DATE ISO="20151127">27 ta’ Novembru 2015</DATE>. Għalhekk, huwa billi bbażat fuq id-deċiżjonijiet tal-qrati nazzjonali li l-Kummissjoni kkonstatat li l-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni kellha titqies bħala li affettwat, sa mill-introduzzjoni tagħha, il-kummerċ bejn l-Istati Membri u l-kompetizzjoni, inkluż fl-ipoteżi fejn din kienet bdiet fl‑1979.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, l-ilment ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament 2015/1589 għandu jiġi miċħud, l-istess bħall-ewwel motiv kollu kemm hu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament 2015/1589</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jikkontestaw, essenzjalment, il-konklużjoni, fil-premessa 239 tad-deċiżjoni kkontestata, li skontha, peress li l-ewwel rikors kien ippreżentat quddiem qrati nazzjonali f’Mejju 2004, l-għajnuna mogħtija taħt l-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni qabel Mejju 1994 biss hija preskritta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, ir-rikorrenti jsostnu li, għall-kuntrarju ta’ dak li tqis il-Kummissjoni fil-premessa 239 tad-deċiżjoni kkontestata, f’Mejju 2004 ma ġie ppreżentat l-ebda rikors li jista’ jinterrompi t-terminu ta’ preskrizzjoni skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament 2015/1589 quddiem il-qrati nazzjonali. L-<DATE ISO="20040504">4 ta’ Mejju 2004</DATE> jikkorrispondi għad-data li fiha s-SATV talab lir-Reġjun jipproċedi bit-tħassir tal-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni, talba li t-tribunal administratif de Paris (il-Qorti Amministrattiva ta’ Pariġi) ġiet adita biha biss fit‑<DATE ISO="20040723">23 ta’ Lulju 2004</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrenti, il-kawża mressqa quddiem qrati nazzjonali minn persuna ġuridika tad-dritt privat ma tistax tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>azzjoni meħuda mill-Istat Membru fuq talba tal-Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> li tista’ tinterrompi t-terminu ta’ preskrizzjoni skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament 2015/1589. Bil-konklużjoni, fid-deċiżjoni kkontestata, li t-terminu ta’ preskrizzjoni seta’ jiġi interrott mill-ewwel rikors ippreżentat quddiem il-qrati nazzjonali minn kompetitur tar-rikorrenti, il-Kummissjoni wessgħet il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni u, għalhekk, kisret il-prinċipju ta’ ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni allegatament ippreġudikat l-eżerċizzju tad-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti u l-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, sa fejn hija ma informathomx bil-modifika tat-terminu ta’ preskrizzjoni li hija kienet iffissat preċedentement fid-deċiżjoni ta’ ftuħ tal‑<DATE ISO="20140311">11 ta’ Marzu 2014</DATE> u li wasslet sabiex l-għajnuna mogħtija taħt l-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni qabel l-1998 biss tkun preskritta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tafferma li t-tieni motiv huwa inammissibbli. Hija tqis li l-analiżi tagħha tal-preskrizzjoni tal-għajnuna mogħtija taħt l-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni fir-rigward tal-kontenzjuż nazzjonali ma taqax taħt l-interpretazzjoni tal-Artikolu 17 tar-Regolament 2015/1589, iżda taħt dik tal-Artikolu 108(3) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, l-Artikolu 108(3) TFUE huwa intiż sabiex il-qrati nazzjonali jżommu l-ġurisdizzjoni esklużiva tagħhom għall-awtorizzazzjoni tal-għajnuna u s-setgħa tagħhom ta’ rkupru. It-terminu ta’ preskrizzjoni għandu jkun iddeterminat mid-dritt nazzjonali u jkun jista’ jiġi interrott mill-ewwel kawża mressqa quddiem il-qrati nazzjonali minn kompetitur tal-benefiċjarji finali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-Artikolu 17(2) tar-Regolament 2015/1589 jiffissa l-modalitajiet ta’ kalkolu tat-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ għaxar snin li huma suġġetti għalih is-setgħat tal-Kummissjoni fil-qasam tal-irkupru tal-għajnuna, filwaqt li l-Artikolu 17(3) tal-imsemmi regolament jipprevedi li<?PAGE NO="14"?> <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>[k]ull għajnuna li fir-rigward tagħha jkun skada l-perjodu ta’ preskrizzjoni, għandha titqies li hi għajnuna eżistenti<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>. L-Artikolu 1(b)(iv) ta’ dan l-istess regolament jippreċiża li l-għajnuna eżistenti tinkludi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>għajnuna meqjusa għajnuna eżistenti skont l-Artikolu 17<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-premessi 238 sa 240 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li l-kwistjoni tal-preskrizzjoni tal-għajnuna kontenzjuża ġiet eżaminata mill-Kummissjoni għall-finijiet biss sabiex jiġi vverifikat jekk il-konklużjoni milħuqa preċedentement, f’din id-deċiżjoni, fir-rigward tal-karattru ġdid tal-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni, setgħetx titqiegħed f’dubju minħabba l-preskrizzjoni ta’ parti minn din l-għajnuna. B’mod partikolari, il-premessa 239 tad-deċiżjoni kkontestata għandha l-għan li tikkonferma li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>[l]-għajnuna kollha mogħtija lir-Reġjun [mir-Reġjun] wara Mejju 1994 […] trid għalhekk titqies bħala għajnuna ġdida skont din il-proċedura<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-kunsiderazzjonijiet spjegati fil-premessa 239 tad-deċiżjoni kkontestata għandhom rabta espliċita mal-analiżi magħmula f’din id-deċiżjoni dwar il-karattru ġdid jew eżistenti tal-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni, b’tali mod li, għall-kuntrarju ta’ dak li tallega l-Kummissjoni, hija kellha l-għan, f’din il-premessa, li tapplika l-Artikolu 1(b)(iv) tar-Regolament 2015/1589, moqri flimkien mal-Artikolu 17 ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li r-regoli fil-qasam tal-preskrizzjoni ddefiniti fl-Artikolu 17 tar-Regolament 2015/1589 huma marbuta biss mas-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>setgħat tal-Kummissjoni biex tirkupra l-għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>. Din id-dispożizzjoni fil-fatt għandha tinqara wara l-Artikolu 16(1) tal-imsemmi regolament, li jipprevedi, essenzjalment, li huwa biss fil-każ ta’ deċiżjoni negattiva dwar l-għajnuna illegali, jiġifieri wara li tiġi kkonstatata l-inkompatibbiltà tal-għajnuna kontenzjuża mas-suq intern, li l-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni ta’ rkupru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li r-regoli fil-qasam tal-preskrizzjoni previsti fl-Artikolu 17 tar-Regolament 2015/1589, l-istess bħall-Artikolu 1(b)(iv) tal-imsemmi regolament, ma għandhomx l-għan li jiġu applikati fil-każ fejn, bħal fil-każ ineżami, il-Kummissjoni rrikonoxxiet il-kompatibbiltà tal-għajnuna illegali mas-suq intern qabel l-għoti tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Bl-istess mod, it-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ għaxar snin previst fl-Artikolu 17 tar-Regolament 2015/1589 ma jistax jiġi interpretat bħala li jiġi estiż għas-setgħat tal-awtoritajiet nazzjonali li jirkupraw l-interessi skont il-perijodu li matulu l-għajnuna inkwistjoni tħallset illegalment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-formulazzjoni stess tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament 2015/1589 jirriżulta li din id-dispożizzjoni għandha l-għan li tirregola kompletament il-kwistjoni tal-preskrizzjoni applikabbli fil-każ ta’ deċiżjoni mill-Kummissjoni dwar l-irkupru tal-għajnuna. Il-preżentata ta’ rikors fil-livell tal-qrati nazzjonali minn kompetitur ma tistax, għaldaqstant, tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>azzjoni meħuda mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru, li jaġixxi fuq talba tal-Kummissjoni, fir-rigward tal-għajnuna kontra l-liġi<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, fis-sens tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament 2015/1589.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, minkejja li l-qrati nazzjonali kienu ddeċidew, fir-rigward tal-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni, li l-għajnuna mogħtija taħt din l-iskema kienet preskritta sa mill-preżentata tal-ewwel rikors quddiemhom minn kompetitur tal-benefiċjarji finali, din id-deċiżjoni ma setgħetx tiġi imposta fuq il-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>B’mod reċiproku, hemm lok li jitqies li s-setgħat tal-awtoritajiet nazzjonali dwar irkupru possibbli tal-għajnuna inkwistjoni jew tal-interessi skont il-perijodu li matulu l-għajnuna inkwistjoni tħallset illegalment huma suġġetti għar-regoli ta’ preskrizzjoni biss tad-dritt nazzjonali applikabbli quddiem il-qorti nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat, fil-punti 34 u 35 tas-sentenza tagħha tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061005">5 ta’ Ottubru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Transalpine Ölleitung in Österreich</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑368/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:644">EU:C:2006:644</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li, sa fejn ir-Regolament [2015/1589] fih regoli ta’ natura proċedurali li japplikaw għall-proċeduri amministrattivi kollha fil-qasam<?PAGE NO="15"?> tal-għajnuna mill-Istat li kienu pendenti quddiem il-Kummissjoni, dan jikkodifika u jsaħħaħ il-prassi tal-Kummissjoni fil-qasam tal-eżami tal-għajnuna mill-Istat u ma fih l-ebda dispożizzjoni dwar is-setgħat u l-obbligi tal-qrati nazzjonali, li jibqgħu rregolati mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, hemm lok li jitfakkar, minn naħa, li l-Kummissjoni ma setgħetx teżerċita s-setgħat tagħha ta’ rkupru fil-konfront tal-benefiċjarji finali tal-għajnuna mogħtija taħt l-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni, peress li hija kienet ikkonkludiet, fl-Artikolu 1 tad-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata, li l-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni kienet kompatibbli mas-suq intern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar, min-naħa l-oħra, li, meta l-Kummissjoni tikkonkludi, bħal fid-deċiżjoni kkontestata, dwar l-illegalità ta’ għajnuna, id-dritt tal-Unjoni jimponi lill-qrati nazzjonali jordnaw lill-benefiċjarju tagħha l-pagament tal-interessi skont il-perijodu li matulu l-għajnuna inkwistjoni tħallset illegalment (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>CELF u Ministre de la Culture et de la Communication</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑199/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:79">EU:C:2008:79</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141016">16 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Alpiq RomIndustries u Alpiq RomEnergie vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑129/13</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:895">EU:T:2014:895</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Madankollu, anki fl-assenza ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali, ma jiġix impost fuqhom l-irkupru wkoll tal-għajnuna illegali, meta din tkun kompatibbli mas-suq intern. Jekk ikun il-każ, huwa għalhekk biss bis-saħħa tad-dritt nazzjonali li, konformement mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 32 iktar ’il fuq, il-qorti nazzjonali jkollha eventwalment is-setgħa li tordna l-irkupru tal-għajnuna illegali, bla ħsara għad-dritt tal-Istat Membru kkonċernat li jerġa’ jimplimenta din l-għajnuna, sussegwentement, jew li tilqa’ talba għal kumpens għad-dannu kkawżat minħabba n-natura illegali tal-għajnuna (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>CELF u Ministre de la Culture et de la Communication</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑199/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:79">EU:C:2008:79</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Konsegwentement, li kieku kellu jitqies li l-Kummissjoni wettqet żball fl-applikazzjoni tal-Artikolu 1(b)(iv) u tal-Artikolu 17 tar-Regolament 2015/1589, fil-premessa 239 tad-deċiżjoni kkontestata, tali ċirkustanza ma tistax tipproduċi effetti legali fil-konfront tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, it-tieni motiv għandu jiġi ddikjarat ineffettiv, minħabba li l-Artikolu 17(2) tar-Regolament 2015/1589 ma kienx japplika fil-każ ineżami, b’kunsiderazzjoni tal-kompatibbiltà tal-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni mas-suq intern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Peress li l-motivi kollha invokati insostenn ta’ dan ir-rikors ġew miċħuda, hemm lok li l-imsemmi rikors jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, peress li r-rikorrenti tilfu, hemm lok li jiġu kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż proprji tagħhom, dawk tal-Kummissjoni, konformement mat-talbiet ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="16"?><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Transdev, Transdev Île de France u Transports rapides automobiles (TRA) għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Pelikánová</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Valančius</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Öberg</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit-<DATE ISO="20190712">12 ta’ Lulju 2019</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE><?PAGE NO="17"?><TOC><TITLE><TI><P>Werrej</P></TI></TITLE><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>I.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Il-fatti li wasslu għall-kawża</ITEM.CONT><ITEM.REF>2</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>II.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Il-proċedura quddiem il-qrati nazzjonali</ITEM.CONT><ITEM.REF>3</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>III.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</ITEM.CONT><ITEM.REF>4</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>IV.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Id-dritt</ITEM.CONT><ITEM.REF>5</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>A.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ammissibbiltà</ITEM.CONT><ITEM.REF>5</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>B.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-mertu</ITEM.CONT><ITEM.REF>5</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>1.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 108(1) TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 1(b)(i) u (v) tar-Regolament 2015/1589, u fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>5</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>a)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ammissibbiltà tal-ewwel motiv</ITEM.CONT><ITEM.REF>5</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>b)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-fondatezza tal-ewwel motiv</ITEM.CONT><ITEM.REF>6</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>1)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ilment ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>7</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>2)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ilment ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 1(b)(i) tar-Regolament 2015/1589</ITEM.CONT><ITEM.REF>9</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>3)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ilment ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament 2015/1589</ITEM.CONT><ITEM.REF>11</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>2.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament 2015/1589</ITEM.CONT><ITEM.REF>13</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>V.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ispejjeż</ITEM.CONT><ITEM.REF>15</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC></JUDGMENT>