<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑536/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CC0536</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:845">EU:C:2016:845</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONNKLUŻJONIJIET BOT – KAWŻA C‑536/15</P><P>TELE2 (NETHERLANDS) <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Bot</HT></P><P>ippreżentati fid-<DATE ISO="20161109">9 ta’ Novembru 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑536/15</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Tele2 (Netherlands) BV,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ziggo BV,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Vodafone Libertel BV</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Autoriteit Consument en Markt (ACM)</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (qorti tal-appell għal kwistjonijiet amministrattivi fil‑qasam ekonomiku, il-Pajjiżi l-Baxxi)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2002/22/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 25(2)</KEYWORD><KEYWORD>Servizzi ta’ tagħrif dwar it-telefon u ta’ direttorji</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2002/58/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 12</KEYWORD><KEYWORD>Tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ data personali tal-abbonati sabiex tiġi ppubblikata f’direttorju tat-telefon jew sabiex tintuża minn servizz ta’ tagħrif dwar it-telefon</KEYWORD><KEYWORD>Forma u modalitajiet tal-kunsens tal-abbonat</KEYWORD><KEYWORD>Distinzjoni skont l-Istat Membru li fih is-servizz ta’ direttorji u/jew ta’ tagħrif dwar it-telefon huwa mogħti</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Permezz ta’ dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari, il-College van Beroep voor het bedrijfsleven (qorti tal-appell għal kwistjonijiet amministrattivi fil-qasam ekonomiku, il-Pajjiżi l-Baxxi) tistieden għal darb’oħra lill-Qorti tal-Ġustizzja tippreċiża l-kundizzjonijiet li fihom l‑impriżi li jagħtu numri ta’ telefon lill-abbonati għandhom jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ direttorji u/jew ta’ tagħrif dwar it-telefon id-data personali tal-abbonati tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni msemmi fl-Artikolu 25(2) tad‑Direttiva 2002/22/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20020307">7 ta’ Marzu 2002</DATE>, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 367), kif emendata bid‑Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20091125">25 ta’ Novembru 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="337" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 337, p. 11</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> jipprekludix lill‑imsemmija impriżi milli jagħmlu, meta jiġbru l-kunsens tal-abbonati għall‑finijiet tal‑pubblikazzjoni tad-data tagħhom f’direttorju annwali tat-telefon jew tal-użu tagħhom minn servizz ta’ tagħrif dwar it-telefon, distinzjoni skont l-Istat Membru li fih is-servizz tad-direttorji u/jew ta’ tagħrif dwar it-telefon huwa mogħti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari joriġina mit-talba għal tqegħid għad-dispożizzjoni magħmula mill-impriża Belġjana European Directory Assistance (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>EDA<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), li toffri servizzi ta’ direttorji u ta’ tagħrif dwar it‑telefon aċċessibbli fit-territorju Belġjan, lil Tele2 (Netherlands) BV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Tele2<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), Ziggo BV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Ziggo<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u Vodafone Libertel<?PAGE NO="2"?> BV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Vodafone<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), tliet impriżi li jagħtu numri tat-telefon fil-Pajjiżi l-Baxxi. Peress li dawn tal-aħħar irrifjutaw li jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-EDA d-data relatata mal-abbonati tagħhom, din ressqet talba għal riżoluzzjoni ta’ tilwima quddiem l‑Autoriteit Consument en Markt [Awtorità tal-konsumaturi u tas-swieq (ACM)], bħala awtorità regolamentarja nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-ACM, wara li kkonsultat mal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC), talbet b’mod partikolari lil Tele2, Ziggo u Vodafone sabiex iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-EDA d‑data bażika relatata mal-abbonati tagħhom (isem, indirizz, kodiċi postali, post ta’ residenza, numru ta’ telefon) skont termini li jkunu ġusti, oġġettivi, orjentati mal-ispejjeż u mhux diskriminatorji sa fejn EDA timpenja ruħha li tuża din id-data għall‑finijiet tat-tqegħid fis-suq ta’ servizz standard ta’ tagħrif dwar it‑telefon.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-ACM iddeċidiet ukoll li l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni ma jippermettix, kuntrarjament għall-opinjoni mogħtija mill-Awtorità tal-Pajjiżi l-Baxxi għall-protezzjoni tad-data personali, li ssir distinzjoni skont jekk it-talba sabiex l-informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni saritx minn fornitur mill-Pajjiżi l-Baxxi jew minn operatur stabbilit fi Stat Membru ieħor u għalhekk ċaħdet l-idea li kien meħtieġ li jintalab il-kunsens speċifiku tal-abbonati mill-Pajjiżi l-Baxxi meta d-data tiġi inkluża f’direttorji tat-telefon standard barranin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Tele2, Ziggo u Vodafone għalhekk ressqu rikors kontra d‑deċiżjonijiet tal-ACM quddiem il-College van Beroep voor het bedrijfsleven (qorti tal-appell għal kwistjonijiet amministrattivi fil‑qasam ekonomiku).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Din tistaqsi, b’mod partikolari, dwar jekk l-Artikolu 25(2) tad‑Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> u, b’mod partikolari, il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni msemmi fl-imsemmija dispożizzjoni, jippermettix li ssir distinzjoni, fit-talba għal kunsens, bejn it-talbiet sabiex l‑informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni magħmula mill-fornituri mill-Pajjiżi l-Baxxi u dawk magħmula mill-fornituri stabbiliti fl-Istati Membri l-oħra tal‑Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Il-College van Beroep voor het bedrijfsleven (qorti tal-appell għal kwistjonijiet amministrattivi fil-qasam ekonomiku) għalhekk iddeċidiet li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 25(2) tad-Direttiva [Servizz Universali] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>talbiet<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> jinkludi wkoll it-talba magħmula minn impriża stabbilita fi Stat Membru ieħor li titlob informazzjoni għall-finijiet ta’ servizzi ta’ tagħrif dwar it-telefon aċċessibbli għall-pubbliku u ta’ direttorji tat-telefon disponibbli għall-pubbliku offruti f’dan l-Istat Membru u/jew fi Stati Membri oħra?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv, il‑prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni jippermetti lill-fornitur li jipprovdi l-użu ta’ numri tat-telefon, marbut bil-leġiżlazzjoni interna li jitlob il-kunsens tal-abbonat sabiex ikun inkluż f’direttorji tat-telefon standard u f’servizzi standard ta’ tagħrif dwar it-telefon, li jagħmel, fit-talba għal kunsens, distinzjoni abbażi tal-Istat Membru li fih l-impriża, li titlob informazzjoni skont l-Artikolu 25(2) tad-Direttiva [Servizz Universali], toffri d‑direttorju tat-telefon u s-servizz ta’ tagħrif dwar it-telefon?<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>F’dawn il-Konklużjonijiet, ser nillimita l-analiżi tiegħi għat-tieni domanda. Fil-fatt, hija biss toffri diffikultà ġuridika li tirrikjedi eżami fil-fond, filwaqt li l-punti ta’ risposta għall-ewwel domanda jistgħu jinstabu fil-kliem tal-Artikoli 5 u 25(2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-analiżi tiegħi, għalhekk ser niżviluppa r-raġunijiet li għalihom nikkunsidra li l-Artikolu 25(2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> u l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/58/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20020712">12 ta’ Lulju 2002</DATE>, dwar l‑ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal‑komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 514), kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20091125">25 ta’ Novembru 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="337" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 337, p. 11</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, li bilfors għandu jissemma, jipprekludu, fil-prinċipju, li impriża li saritilha talba sabiex tqiegħed għad-dispożizzjoni data personali tal-abbonati tagħha tagħmel, meta hija tiġbor il-kunsens ta’ dawn tal-aħħar, distinzjoni skont l-Istat Membru li fih is-servizzi ta’ direttorji u/jew ta’ tagħrif dwar it-telefon huma offruti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Id-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Il-premessa 11 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> tistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>(11)</NO.P><TXT>Is-servizzi ta’ informazzjoni tad-direttorju u ta’ konsultazzjoni tad-direttorju jikkostitwixxu għodda essenzjali għall-aċċess għal servizzi tat-telefon disponibbli pubblikament u jiffurmaw parti mill-obbligu ta’ servizz universali. L-utenti u l-konsumaturi jixtiequ direttorji komprensivi u servizz ta’ konsultazzjoni tad‑direttorju li jkopru l-abbonati kollha elenkati tat-telefon u n‑numri tagħhom […]. Id‑Direttiva 97/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="19971215">15 ta’ Diċembru 1997</DATE> dwar l‑ipproċessar ta’ data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis‑settur tat-telekomunikazzjonijiet […] tassigura d-dritt ta’ l‑abbonati għall-privatezza fir-rigward ta’ l-inklużjoni ta’ l‑informazzjoni personali tagħhom f’direttorju pubbliku.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Artikolu 25 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Servizzi ta’ konsultazzjoni tad-direttorju tat-telefon<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jipprovdi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="025.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jassigiraw li l-impriżi kollha li jassenjaw numri tat-telefon lill-abbonati jissodisfaw it-talbiet raġonevoli kollha li jagħmlu disponibbli għall-iskopijiet tal-forniment ta’ konsultazzjoni tad-direttorji pubblikament disponibbli u direttorji, l‑informazzjoni kollha relevanti f’format miftiehem fuq termini li jkunu ġusti, oġġettivi, orjentati ma’ l-ispejjeż u mhux diskriminatorji.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="025.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri m’għandhomx iżommu xi restrizzjonijiet regolatorji li jipprevjenu lill-utenti finali fi Stat Membru wieħed milli jaċċessaw direttament is-servizz ta’ konsultazzjoni tad-direttorju fi Stat Membru ieħor, permezz ta’ sejħiet bil-vuċi jew SMS, u għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw tali aċċess f’konformità mal-Artikolu 28.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="025.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Il-paragrafi 1 sa 4 għandhom japplikaw suġġett għar-rekwiżiti tal-leġislazzjoni Komunitarja dwar il-ħarsien tad-data personali u l‑privatezza u, b’mod partikolari, l-Artikolu 12 tad-[Direttiva dwar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>il‑privatezza u l-komunikazzjoni elettronika<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>].<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-Direttiva dwar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>il‑privatezza u l-komunikazzjoni elettronika<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Il-premessi 38 u 39 tad-Direttiva dwar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>il‑privatezza u l‑komunikazzjoni elettronika<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> jipprovdu dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>(38)</NO.P><TXT>Id-direttorji ta’ abbonati ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi huma distribwiti b’mod wiesa’ u pubbliku. Id-dritt ta’ privatezza ta’ persuni naturali u l-interess leġittimu ta’ persuni legali jitolbu li l-abbonati jistgħu jiddeterminaw jekk id-data personali tagħhom jiġux ippubblikati f’direttorju u jekk iva, liema. Providituri ta’ direttorji pubbliċi għandhom jinfurmaw lill‑abbonati li ser jiġu inklużi f’tali direttorji dwar l-iskop tad‑direttorju u dwar kull użu partikolari li jista jsir minn verżjonijiet elettroniċi ta’ direttorji pubbliċi, partikolarment permezz ta’ funzjonijiet ta’ tfittxija inkorporati fis-software, bħal funzjonijiet ta’ tfittxija b’lura li jippermettu lil utenti tad‑direttorji li jiskopru l-isem u l-indirizz ta’ l-abbonat fuq il‑bażi ta’ numru tat-telefon biss.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(39)</NO.P><TXT>L-obbligu li abbonat jiġi infurmat dwar l-iskop(ijiet) ta’ direttorji pubbliċi li fihom għandhom jiġu inklużi d-data personali tagħhom għandu jiġi impost fuq il-persuna li qed tiġbor id-data għal din l-inklużjoni. Fejn id-data jistgħu jiġu trasmessi lil terza persuna jew aktar, l-abbonat għandu jiġi infurmat dwar din il‑possibbilità u dwar ir-riċevent jew il-kategoriji ta’ riċeventi possibbli. Kull trasmissjoni għandha tkun soġġetta għall‑kondizzjoni li d-data ma tistax tintuża għal skopijiet oħrajn minbarra dawk li għalihom ġiet miġbura. Jekk il-persuna li tiġbor id-data mill-abbonat jew kwalunkwe terza persuna li lilha ġew trasmessi d-data, jixtieq juża d-data għal skop addizzjonali, għandu jinkiseb il-kunsens imġedded ta’ l-abbonat jew mill-parti inizjali li tiġbor id-data jew mit-terza persuna li lilha tkun ġiet trasmessa id-data<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 12 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Direttorji ta’ l-abbonati<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, jipprovdi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-abbonati huma infurmati, mingħajr ħlas u qabel ma jiġu inklużi f’direttorji, dwar l‑iskop(ijiet) ta’ direttorju stampat jew elettroniku ta’ l-abbonati disponibbli għall-pubbliku jew li jista’ jiġi akkwistat minn servizz ta’ talbiet tad-direttorju, li fihom id-data personali tagħhom jistgħu jiġu inklużi u dwar possibilitajiet ta’ użu ulterjuri bbażati fuq funzjonijiet ta’ tfittxija inkorporati fil-verżjonijiet elettroniċi tad-direttorju.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-abbonati jingħataw l‑opportunità li jiddeterminaw jekk id-data personali tagħhom humiex inklużi f’direttorju pubbliku, u jekk iva, sa fejn tali data huma rilevanti għall-iskopijiet tad-direttorju kif determinat mill-provditur tad‑direttorju, u li jivverifikaw, jikkoreġu jew jirtiraw din id-data. Għandu jkun mingħajr ħlas li wieħed ma jkunx inkluż f’direttorju ta’ l‑abbonati, kif ukoll, li tkun ivverifikata, ikkoreġuta jew irtirata d-data personali minnu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li għal kull skop ta’ direttorju pubbliku minbarra t-tfittxija ta’ dettalji tal-kuntatt ta’ persuni fuq il-bażi ta’ isimhom u, fejn meħtieġ, minimu ta’ identifikaturi oħrajn, jista’ jintalab kunsens ulterjuri ta’ l-abbonati.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1.1(e) tal-Besluit universele dienstverlening en eindgebruikersbelangen (digriet dwar is-servizz universali u l-interessi tal-utenti finali), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Staatsblad 2004, nru 203, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Bude<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</P></NOTE>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>[S]ervizz standard ta’ tagħrif dwar it-telefon huwa servizz ta’ tagħrif dwar it-telefon aċċessibbli għall-pubbliku li ma jippermettix li jsir tiftix ta’ numri tat-telefon ħlief jekk data dwar l-isem titqabbel ma’ data dwar l-indirizz, in-numru tad-dar, il-kodiċi postali jew il-post ta’ residenza tal-abbonat.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3.1 tal-Bude, li jittrasponi l-Artikolu 25(2) tad‑Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, jipprovdi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Fornitur li jassenja numri tat-telefon għandu jissodisfa t-talbiet raġonevoli kollha li jagħmel disponibbli, għall-iskopijiet tal-provvista ta’ direttorji tat-telefon disponibbli għall-pubbliku u ta’ servizzi ta’ tagħrif fuq l-abbonati disponibbli għall-pubbliku, informazzjoni rilevanti, f’format miftiehem u skont termini li jkunu ġusti, oġġettivi, orjentati mal-ispejjeż u mhux diskriminatorji.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3.2 tal-Bude:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fornitur tas-servizz telefoniku disponibbli għall-pubbliku li, qabel jew fil-mument ta’ konklużjoni ta’ kuntratt ma’ utent, jitolbu ismu u l-indirizz tiegħu (triq u numru, kodiċi postali u lokalità), għandu jitolbu wkoll jekk jagħtix il-kunsens tiegħu sabiex din it-tip ta’ data personali u n‑numri tat-telefon li jkun assenja jidhru f’kull direttorju tat-telefon standard u f’kull bażi ta’ abbonati użat għall-finijiet ta’ servizz standard ta’ tagħrif fuq l-abbonati. Il-kunsens imsemmi fil-frażi preċedenti jintalab separatament għal kull tip ta’ data personali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-imsemmi kunsens jikkostitwixxi informazzjoni rilevanti fis‑sens tal-Artikolu 3.1.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fornitur tas-servizz telefoniku disponibbli għall-pubbliku li jitlob ukoll kunsens għall-inklużjoni f’direttorju tat-telefon ieħor minbarra d-direttorju tat-telefon standard jew f’bażi ta’ abbonati mhux esklużivament użat għall-finijiet tas-servizz standard ta’ tagħrif dwar l‑abbonati għandu jiżgura li l-mod li bih il-kunsens imsemmi fil‑paragrafu 1 huwa mitlub u fil-forma li fih jintalab ikunu tal-inqas ekwivalenti għall-mod li bih il-kunsens inizjali msemmi f’dan il‑paragrafu huwa mitlub u fil-forma li fih jintalab.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk l-Artikolu 25(2) tad‑Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, u, b’mod partikolari, il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni li għalih jagħmel riferiment, jipprekludix li impriża adita minn talba sabiex tqiegħed għad-dispożizzjoni data personali tal-abbonati tagħha, tagħmel, waqt li tiġbor il-kunsens ta’ dawn tal-aħħar, distinzjoni skont l-Istat Membru li fih huwa mogħti s-servizz ta’ direttorji u/jew ta’ tagħrif dwar it-telefon.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, meta t-talba ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni msemmija fl-Artikolu 25(2) tad‑Direttiva Servizz Universali ssir minn operatur ta’ tagħrif u/jew ta’ direttorji tat-telefon li joffri s-servizzi tiegħu fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru li fih jirrisjedi l-abbonat, huwa possibbli li wieħed jissuġġetta din it-talba għall-għoti ta’ kunsens speċifiku tal-abbonat?</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandhom jiġu evalwati mhux biss it-termini tal-Artikolu 25(2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> iżda wkoll dawk tal-Artikolu 12(2) tad-Direttiva dwar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>il‑privatezza u l-komunikazzjoni elettronika<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Fil-fatt, minkejja li l-qorti tar-rinviju ma tirreferix għal din l-aħħar dispożizzjoni fil-kuntest tad-domanda preliminari tagħha, huwa indispensabbli li tissemma mhux biss għaliex għandha tingħatalha risposta utli, iżda wkoll għaliex, skont l-Artikolu 25(5) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, il-paragrafu 2 tal-imsemmi artikolu japplika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>suġġett għar-rekwiżiti tal-leġislazzjoni Komunitarja dwar il-ħarsien tad-data personali u l-privatezza u, b’mod partikolari, l-Artikolu 12 tad‑Direttiva [dwar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>]<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, infakkar li, skont l-Artikolu 25(2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi kollha li jassenjaw numri tat-telefon lil abbonati jissodisfaw it-talbiet raġonevoli kollha ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni, għall-iskopijiet tal-provvista ta’ servizzi ta’ tagħrif u ta’ direttorji tat-telefon, skont kundizzjonijiet li għandhom ikunu ġusti, oġġettivi, orjentati mal-ispejjeż u mhux diskriminatorji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma jagħmilx distinzjoni skont jekk it-talba sabiex informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni titressaqx minn operatur stabbilit fit-territorju nazzjonali jew fi Stat Membru ieħor, peress li l-impriżi li jassenjaw numri tat-telefon huma obbligati jissodisfaw <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>it-talbiet raġonevoli <HT TYPE="ITALIC">kollha</HT> li jagħmlu disponibbli<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Korsiv miżjud minni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-leġiżlatur joqgħod attent li jippreċiża b’mod espress li l-kundizzjonijiet li fihom dawn it-talbiet għandhom jiġu ssodisfatti għandhom ikunu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>ġusti<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>mhux diskriminatorji<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, li neċessarjament ifisser li ma jista’ jkun hemm l-ebda differenza ta’ trattament skont jekk it-talba hijiex magħmula minn operatur nazzjonali jew operatur barrani, sakemm, tabilħaqq, ma jkunx ovvju li ma hijiex iġġustifikata kif suppost.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jkun hemm riferiment għat-termini tal‑Artikolu 12 tad-Direttiva dwar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, li jsemmi espressament il-kundizzjonijiet u l-modalitajiet li fihom id-data personali tal-abbonati, miġbura mill-impriża li tassenja n‑numri tat-telefon, jistgħu jiġu kkomunikati għall-finijiet tal‑pubblikazzjoni ta’ direttorju pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat din id-dispożizzjoni fis-sentenza tagħha tal-<DATE ISO="20110505">5 ta’ Mejju 2011</DATE>, Deutsche Telekom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑543/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:279">EU:C:2011:279</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, u din l-interpretazzjoni tippermetti, fl-opinjoni tiegħi, sabiex tingħata r-risposta li għandha tingħata, f’dan il-każ, lill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet interrogata dwar sa fejn Deutsche Telekom, inkarigata mis-servizz universali fil-Ġermanja, kienet obbligata, sabiex jitħejja direttorju pubbliku, li tittrażmetti d-data relatata mal-abbonati ta’ impriżi terzi lil żewġ kumpanniji kompetituri fis-suq Ġermaniż tas-servizzi ta’ tagħrif dwar it-telefon, GoYellow GmbH u Telix AG. F’dan il-każ, l-awtorità regolatorja obbligat lil Deutsche Telekom sabiex tittrażmetti tali informazzjoni, inkluż id-data li għaliha l-abbonat jew il-fornitur tagħha aċċetta biss il-pubblikazzjoni minn Deutsche Telekom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Waħda mid-domandi magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja kienet dik dwar jekk tali trażmissjoni kellhiex tkun suġġetta mill-ġdid għal kunsens tal-abbonat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja rrispondiet b’mod negattiv għal din id‑domanda, billi ddeċidiet li l-impriża li tassenja numri tat-telefon ma hijiex obbligata tiġbor kunsens mill-ġdid jew speċifiku tal-abbonat meta d-data ta’ dan tal-aħħar tiġi trażmessa lil fornitur ta’ direttorju telefoniku kompetitur, għall-finijiet ta’ pubblikazzjoni ta’ direttorju <HT TYPE="ITALIC">simili</HT>. Il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk ibbażat l-analiżi tagħha fuq il-fatt li l-kunsens tal-abbonat jikkonċerna l-għan tal-pubblikazzjoni tad-data personali u mhux l-identità tal-fornitur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Huwa interessanti li dan ir-raġunament jintuża wkoll għall‑finijiet tal-analiżi tiegħi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, il-Qorti tal-Ġustizzja bbażat il-konklużjoni tagħha fuq it-termini u l-għan tal-Artikolu 12(2) tad-Direttiva dwar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>il‑privatezza u l-komunikazzjoni elettronika<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110505">5 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Telekom</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑543/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:279">EU:C:2011:279</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Wara interpretazzjoni kuntestwali u sistematika ta’ din id-dispożizzjoni, hija ddeċidiet li l‑kunsens tal-abbonati ma jirrigwardax l-identità ta’ fornitur ta’ direttorju b’mod partikolari, iżda <HT TYPE="ITALIC">l-għan tal-pubblikazzjoni tad-data f’direttorju pubbliku</HT>. Il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk ċaħdet l‑interpretazzjoni li l-abbonat għandu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>dritt selettiv li jiddeċiedi<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> favur ċerti fornituri ta’ servizzi ta’ tagħrif u/jew ta’ direttorji tat-telefon.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Fil-punti 65 u 66 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk iddeċidiet dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>65.</NO.P><TXT>[…] [M]eta abbonat ikun ġie informat mill-impriża li tassenjalu numru tat-telefon bil-possibbiltà li d-data personali li tikkonċernah tista’ tiġi trażmessa lil impriża terza, [bħal] Deutsche Telekom, sabiex hija tiġi ppubblikata f’direttorju pubbliku, u […] huwa kkonsenta għall‑pubblikazzjoni tal-imsemmija data f’tali direttorju, f’dan il-każ ta’ din il-kumpannija, it-trażmissjoni ta’ din l-istess data lil impriża oħra intiża sabiex tippubblika direttorju pubbliku stampat jew elettroniku, jew li tagħmel tali direttorji disponibbli għal konsultazzjoni permezz ta’ servizzi ta’ konsultazzjoni tad-direttorju, ma għandhiex tiġi suġġett mill-ġdid għal kunsens mill-abbonat, sakemm huwa ggarantit li d-data kkonċernata ma tiġix użata għal skopijiet oħrajn ħlief dawk li għalihom hija nġabret għall-ewwel pubblikazzjoni tagħha. <HT TYPE="ITALIC">Fil-fatt, il-kunsens, skont l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva dwar il-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>privatezza u l‑komunikazzjoni elettronika<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="2019" ID="QE0041"/>, ta’ abbonat debitament informat meta ssir il-pubblikazzjoni f’direttorju pubbliku ta’ data personali li tikkonċernah jirrilata mal-għan ta’ din il-pubblikazzjoni u għaldaqstant jestendi għal kull proċessar sussugwenti tal-imsemmija data mill‑impriżi terzi ta’ servizzi ta’ konsultazzjoni tad-direttorju aċċessibbli għall-pubbliku u ta’ direttorji, sa fejn tali proċessar ikollu dan l-istess għan</HT> […].<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Korsiv miżjud minni.</P></NOTE></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ladarba abbonat ikkonsenta għat-trażmissjoni ta’ data personali li tikkonċernah lil impriża speċifika bil-għan tal‑pubblikazzjoni tagħha f’direttorju pubbliku ta’ din l-impriża, it‑trażmissjoni ta’ din l-istess data lil impriża oħra intiża li tippubblika direttorju pubbliku mingħajr ma kunsens ġdid ikun ingħata mingħand dan l-abbonat ma tistax tikkawża preġudizzju għall-istess sustanza tad‑dritt għall-protezzjoni ta’ data personali, kif irrikonoxxut mill‑Artikolu 8 tal-Karta [tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea].<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Qorti tal-Ġustizzja rreferiet għat-termini ċari ferm tal-premessa 39 tad-Direttiva dwar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110505">5 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Telekom</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑543/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:279">EU:C:2011:279</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Infakkar li, f’din il-premessa, il-leġiżlatur tal-Unjoni indika dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>L-obbligu li abbonat jiġi infurmat dwar l-iskop(ijiet) ta’ direttorji pubbliċi li fihom għandhom jiġu inklużi d-data personali tagħhom għandu jiġi impost fuq il-persuna li qed tiġbor id-data għal din l‑inklużjoni. Fejn id-data jistgħu jiġu trasmessi lil terza persuna jew aktar, l-abbonat għandu jiġi infurmat dwar din il-possibbilità u dwar ir‑riċevent jew il-kategoriji ta’ riċeventi possibbli. <HT TYPE="ITALIC">Kull<?PAGE NO="8"?> trasmissjoni għandha tkun soġġetta għall-kondizzjoni li d-data ma tistax tintuża għal skopijiet oħrajn minbarra dawk li għalihom ġiet miġbura</HT>. Jekk il‑persuna li tiġbor id-data mill-abbonat jew kwalunkwe terza persuna li lilha ġew trasmessi d-data, jixtieq <HT TYPE="ITALIC">juża d-data għal skop addizzjonali, għandu jinkiseb il-kunsens imġedded ta’ l-abbonat jew mill-parti inizjali li tiġbor id-data jew mit-terza persuna li lilha tkun ġiet trasmessa id‑data</HT><QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Korsiv miżjud minni.</P></NOTE>.</P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Fil-punt 63 tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110505">5 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Telekom</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑543/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:279">EU:C:2011:279</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja dakinhar iddeċidiet li t-trażmissjoni ta’ data personali lil terzi hija permessa jekk <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>tkun soġġetta għall-kondizzjoni li d-data ma tistax tintuża għal skopijiet oħrajn minbarra dawk li għalihom ġiet miġbura<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-Qorti tal-Ġustizzja invokat l-eċċezzjoni għal dan il-prinċipju, imsemmija speċifikament fl-Artikolu 12(3) tad-Direttiva dwar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Skont din id-dispożizzjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>[l]-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li għal kull skop ta’ direttorju pubbliku minbarra t-tfittxija ta’ dettalji tal‑kuntatt ta’ persuni fuq il-bażi ta’ isimhom u, fejn meħtieġ, minimu ta’ identifikaturi oħrajn, jista’ jintalab kunsens ulterjuri ta’ l-abbonati<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, il-kunsens mill-ġdid tal‑abbonat għandu għalhekk jinkiseb <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>[j]ekk il-persuna li tiġbor id-data mill-abbonat jew kwalunkwe terza persuna li lilha ġew trasmessi d-data, jixtieq juża d-data għal skop addizzjonali<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110505">5 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Telekom</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑543/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:279">EU:C:2011:279</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Minkejja li l-imsemmija sentenza Deutsche Telekom kienet tikkonċerna sitwazzjoni purament nazzjonali, nikkunsidra li s-soluzzjoni użata mill‑Qorti tal-Ġustizzja f’dik is-sentenza għandha tkun trasposta b’analoġija għal sitwazzjoni transkonfinali bħal dik inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Fil-fatt, fl-opinjoni tiegħi, ma hemm l-ebda raġuni partikolari li tiġġustifika differenza ta’ trattament skont jekk l-operatur huwiex stabbilit fit-territorju nazzjonali jew fi Stat Membru ieħor, mill-mument li fih dan l-operatur jiġbor id-data personali tal-abbonati għal finijiet preċiżament identiċi għal dawk li għalihom ġiet miġbura għall-ewwel pubblikazzjoni. Fil-fatt, ikun x’ikun il-lok ta’ stabbiliment tiegħu fl‑Unjoni, dan jagħti s-servizz tiegħu ta’ direttorji u/jew ta’ tagħrif dwar it-telefon f’qafas regolatorju fil-parti l-kbira armonizzat li jippermetti li tiġi żgurata l-osservanza tar-rekwiżiti fil-qasam ta’ protezzjoni ta’ data personali tal-abbonati, kif dan jirriżulta b’mod partikolari u b’mod ċar ħafna mill-Artikolu 25(5) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> u mill-Artikolu 12 tad-Direttiva dwar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Fin-nuqqas ta’ tali ġustifikazzjoni bbażata fuq il-protezzjoni tad‑data personali tal-abbonati, tali differenza ta’ trattament twassal sabiex toħloq diskriminazzjoni diretta bejn operaturi li jeżerċitaw fl‑istess settur ta’ attività, ibbażata fuq in-nazzjonalità. Dan ikun jikkostitwixxi ksur gravi tal-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni jinsab fl-Artikolu 21(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li jipprovdi li fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattati kull diskriminazzjoni minħabba n‑nazzjonalità hi pprojbita.</P></NOTE> u ostakolu għall-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Kuntrarjament għal dak li ssostni Vodafone, l-offerta ta’ servizz ta’ direttorji u/jew ta’ tagħrif dwar it-telefon b’mod ċar jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tad‑dispożizzjonijiet tat-Trattat li jiżguraw il-libertà li jiġu pprovduti servizzi.</P></NOTE> żgurati bl‑Artikolu 56 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l‑Artikolu 56 TFUE jirrikjedi l-eliminazzjoni ta’ kull diskriminazzjoni fir-rigward tal-fornitur ta’ servizzi minħabba n-nazzjonalità tiegħu (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>X-Steuerberatungsgesellschaft</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑342/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:827">EU:C:2015:827</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, dan jinvolvi li jiġi żgurat it-twettiq sħiħ tal‑għanijiet imsemmija fil-kuntest tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>. Fl-Artikolu 25 ta’ din id-direttiva, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma jaħbix l-ambizzjoni tiegħu li jasal sabiex jiżgura servizz ta’ tagħrif dwar it-telefon li ma għadux biss nazzjonali iżda verament transkonfinali, u dan sabiex jiżgura, skont l-Artikolu 28(1)(b) tal-imsemmija direttiva, l‑aċċess ta’ kull utent finali għan-numri kollha mogħtija fl-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Fil-fatt, jekk l-Artikolu 25(2) ta’ din id-direttiva għandu jippermetti lill-operaturi ta’ servizzi ta’ tagħrif dwar it-telefon li jkollhom aċċess għad-data personali tal-abbonati barranin, l‑Artikolu 25(4) tal-imsemmija direttiva, għandu, minn naħa tiegħu, jippermetti lill-utenti finali li jaċċedu għas-servizzi ta’ tagħrif dwar it‑telefon ta’ Stat Membru ieħor. Kull waħda minn dawn id‑dispożizzjonijiet jiffurmaw ħaġa waħda li tippermetti li jkun żgurat aċċess effettiv tal-utenti finali kollha għan-numri kollha fl-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-punti, jiena konvint, minn naħa waħda, li differenza ta’ trattament tat-talba, jekk din tkun magħmula minn operatur stabbilit fi Stat Membru differenti minn dak li fih jirrisjedi l‑abbonat, ma hijiex kompatibbli mat-termini tal-Artikolu 25(2) tad‑Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> u tal-Artikolu 12(2) tad-Direttiva dwar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>il‑privatezza u l-komunikazzjoni elettronika<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> meta dan jiġbor id‑data personali tal-abbonati għal finijiet preċiżament identiċi għal dawk li għalihom hija ġiet miġbura minħabba l-ewwel pubblikazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, impriża bħal Tele2, adita minn talba sabiex informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni, ma tistax għalhekk teżiġi li jkun hemm kunsens distint u speċifiku tal-abbonat, u lanqas li tifformula, kif tissuġġerixxi Vodafone, dan il-kunsens skont l-Istati Membri differenti tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, fil-mument tal-iffirmar tal-kuntratt ta’ abbonament, din l-impriża għandha tiżgura, b’konformità mad‑dispożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 12(1) tad-Direttiva dwar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>il‑privatezza u l-komunikazzjoni elettronika<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>, moqri flimkien mal‑premessi 38 u 39 tal-imsemmija direttiva, li l-abbonat jirċievi informazzjoni ċara u preċiża fir-rigward tal-għan u tal-aspetti differenti tat-trattament tad-data personali tiegħu u, b’mod partikolari, tal‑possibbiltà li dawn tal-aħħar ikunu mqiegħda għad-dispożizzjoni għal fornitur ta’ direttorji u/jew ta’ tagħrif dwar it-telefon li jagħti s-servizzi tiegħu fi Stat Membru differenti minn dak li fih jirrisjedi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Minn naħa l-oħra, huwa ċar li fir-rigward b’mod partikolari tal‑interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-imsemmija dispożizzjonijiet fis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110505">5 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Telekom</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑543/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:279">EU:C:2011:279</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li differenza ta’ trattament tat-talba, skont jekk hijiex magħmula minn operatur nazzjonali jew minn operatur barrani, tista’ tiġi ġġustifikata biss fl-ipoteżi fejn id-data kkonċernata tkun intiża li tintuża għal finijiet oħra, b’mod partikolari meta dan l-operatur jipproponi s-servizz ta’ riċerka bil-maqlub tal-identità li tibda min-numru tat-telefon.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, u abbażi tal-informazzjoni li tinsab fuq is-sit internet tal-EDA, din tidher li qed tipproponi tabilħaqq dan is-servizz. F’dawn iċ-ċirkustanzi, fejn id-data kkonċernata hija effettivament intiża sabiex tintuża għal finijiet oħra minbarra dawk li għalihom ġiet miġbura għall-ewwel pubblikazzjoni tagħha, Tele2 tista’, fl-opinjoni tiegħi, b’mod qawwi leġittimament titlob il-kunsens speċifiku tal-abbonati għal tali trattament tad-data tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, jiena nikkunsidra għalhekk li l-Artikolu 25(2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> u l‑Artikolu 12 tad-Direttiva dwar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li impriża adita minn talba sabiex tqiegħed għad-dispożizzjoni data personali tal-abbonati tagħha tagħmel, meta tiġbor il-kunsens ta’ dawn tal-aħħar, distinzjoni skont l-Istat Membru li fih is-servizz ta’ direttorji u/jew ta’ tagħrif dwar it-telefon jingħata, sa fejn, madankollu, din id-data hija intiża sabiex tintuża għal finijiet identiċi għal dawk li għalihom ġiet miġbura għall‑ewwel pubblikazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Din l-impriża għandha għalhekk tiżgura li, waqt l-iffirmar tal‑kuntratt ta’ abbonament, l-abbonat jirċievi informazzjoni ċara u preċiża fir-rigward tal-aspetti differenti tat-trattament tad-data tiegħu u, b’mod partikolari, li din titqiegħed għad-dispożizzjoni għall-finijiet tal‑pubblikazzjoni tagħha f’direttorju tat-telefon jew l-użu tagħha minn servizz ta’ tagħrif dwar it-telefon fi Stat Membru differenti minn dak li fih jirrisjedi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għat-tieni domanda magħmula mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (qorti tal-appell għal kwistjonijiet amministrattivi fil-qasam ekonomiku, il-Pajjiżi l-Baxxi) bil-mod li ġej:</TXT><P>L-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20020307">7 ta’ Marzu 2002</DATE>, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali), kif emendata bid‑Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal‑<DATE ISO="20091125">25 ta’ Novembru 2009</DATE>, u l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/58/KE tal‑Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20020712">12 ta’ Lulju 2002</DATE>, dwar l‑ipproċessar tad‑data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal‑komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l‑komunikazzjoni elettronika), kif emendata bid-Direttiva 2009/136, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li impriża adita minn talba sabiex tqiegħed għad-dispożizzjoni data personali tal-abbonati tagħha tagħmel, meta tiġbor il-kunsens ta’ dawn tal-aħħar, distinzjoni skont l‑Istat Membru li fih is-servizz ta’ direttorji u/jew ta’ tagħrif dwar it‑telefon jingħata, sa fejn, madankollu, din id-data hija intiża sabiex tintuża għal finijiet identiċi għal dawk li għalihom ġiet miġbura għall‑ewwel pubblikazzjoni tagħha.</P><P>Din l-impriża għandha għalhekk tiżgura li, waqt l-iffirmar tal-kuntratt ta’ abbonament, l-abbonat jirċievi informazzjoni ċara u preċiża fir‑rigward tal-aspetti differenti tat-trattament tad-data tiegħu u, b’mod partikolari, li din titqiegħed għad-dispożizzjoni għall-finijiet tal‑pubblikazzjoni tagħha f’direttorju tat-telefon jew l-użu tagħha minn servizz ta’ tagħrif dwar it-telefon fi Stat Membru differenti minn dak li fih jirrisjedi.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>