2004R0872 — MT — 15.06.2009 — 010.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 872/2004 tad-29 ta' April 2004 li jirrigwarda iktar miżuri restrittivi li għandhom x'jaqsmu mal-Liberja (ĠU L 162, 30.4.2004, p.32) |
Emendat bi:
Ikkoreġut b'
|
(*) |
Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti. |
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 872/2004
tad-29 ta' April 2004
li jirrigwarda iktar miżuri restrittivi li għandhom x'jaqsmu mal-Liberja
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 60 u 301 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Posizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/487/CFSP tad-29 ta' April 2004 li tirrigwarda l-konġelament tal-fondi ta' dak li qabel kien il-President Liberjan Chales Taylor u ta' dawk il-persuni u entitajiet assoċjati miegħu ( 1 ),
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:|
(1) |
Fil-10 ta' Frar 2004, wara l-adozzjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ta' l-UNSCR 1521 (2003), li tiddikjara l-miżuri rriveduti li jirrigardaw il-Liberja għalbiex iqisu l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni fil-Liberja u b'mod partikolari t-tluq ta' dak li qabel kien il-President Charles Taylor, u l-adozzjoni tal-Posizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/137/CFSP tal-10 ta' Frar 2004 li tirrigwarda miżuri restrittivi kontra l-Liberja ( 2 ), il-Kunsill adotta r-Regolament 234/2004 li jimponi miżuri restrittivi rigward il-Liberja ( 3 ). |
|
(2) |
L-UNSCR 1532 (2004) tat-12 ta' Marzu 2004 tipprovdi illi l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ppossjeduti jew ikkontrollati minn dak li qabel kien il-President Liberjan Charles Taylor, minn Jewell Howard Taylor u minn Charles Taylor, Jr, membri immedjati oħra tal-familjha, l-uffdiċjali anzjani tiegħu ta' qabel u alleati oħra mill-qrib u assoċjati kif innominati mill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbiliti skond il-paragrafu 21 ta' l-UNSCR 1251 (2003) għandhom jiġu kkonġelati. |
|
(3) |
L-azzjonijiet u l-politiki ta' dak li qabel kien il-President Liberjan Charles Taylor, u persuni oħra, b'mod partikolari t-tbattil tagħhom tar-riżorsi Liberjani u t-twarrib tagħhom mil-Liberja u t-tnixxija tal-fondi u tal-proprjetà Liberjani minn dan il-pajjiż, imminaw it-transizjoni tal-Liberja lejn id-demokrazija u l-iżvilupp bl-ordni ta' l-istituzzjonijiet u r-riżorsi politiċi, amministrattivi u ekonomiċi tagħha. |
|
(4) |
Minħabba l-impatt negattiv fuq il-Liberja bit-trasferiment 'il barra mill-pajjiż ta' fondi u attivi miżapproprjati, u l-użu ta' dawn il-fondi miżapproprjati minn Charles Taylor u l-assoċjati tiegħu għalbiex jimminaw il-paċi u l-istabbiltà fil-Liberja u fir-reġjun, huwa meħtieġ il-konġelament ta' dawn il-fondi ta' Charles Taylor u ta' l-assoċjati tiegħu. |
|
(5) |
Il-Posizzjoni Komuni 2004/487/CFSP tipprovdi li jiġi implimentat il-konġelament tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi ta' dak li qabel kien il-President Liberjan Cħarles Taylor u tal-membri immedjati tal-familja tiegħu, ta' l-uffiċjali anzjani ta' qabel u alleati u assoċjati oħra mill-qrib. |
|
(6) |
Il-miżuri jidħlu fl-iskop tat-Trattat u, għalhekk, għalbiex jiġi evitat kull tagħwiġ tal-kompetizzjoni, hija meħtieġa leġislazzjoni Komunitarja għalbiex timplimentahom safejn u sakemm jinteressaw lill-Komunità. Għall-għan ta' dan ir-Regolament, it-territoriju tal-Komunità għandu jitqies li jiġbor fih it-territorji ta' l-Istati Membri li għalihom japplika t-Trattat, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan nit-Trattat. |
|
(7) |
Il-Posizzjoni Komuni 2004/387/CFSP tipprovdi wkoll illi jistgħu jiġu konċessi ċerti eżenzjonijiet mill-ħtieġa tal-konġelament għal għanijiet umanitarji jew is-sodisfazzjon tar-rahnijiet jew is-sentenzi tal-qorti midħula għalihom qabel id-data ta' l-UNSCR 1532 (2004). |
|
(8) |
Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU esprima l-intenzjoni tiegħu li jikkunsidra jekk iridx jagħmel disponibbli lill-gvern tal-Liberja l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kkonġelati skond il-UNSCR 1532 (2004), ġaladarba dan il-Gvern stabbilixxa mekkaniżmu trasparenti tal-kontabbiltà u tal-verifika għalbiex jiżgura l-użu responsabbli tad-dħul tal-gvern għall-benefiċċju dirett tal-poplu tal-Liberja. |
|
(9) |
Sabiex jiġi żgurat illi l-miżuri pprovvduti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament irid jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:
1. “Kumitat tas-Sanzjonijiet” ifisser: il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li ġie stabbilit skond il-paragrafu 21 ta' l-UNSCR 1521 (2003);
2. “fondi” ifissru l-attivi u l-benefiċċji finanzjarji ta' kull kwalità, inklużi imma mhux limitati għal:
(a) il-flus fil-pront, iċ-ċekkijiet, il-pretensjonijiet fuq il-flus, il-ġbid tal-flus, il-money orders u strumenri oħra tal-ħlas;
(d) id-depożiti għand instituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, il-bilanċi akkont, id-djun u l-obbligi fuq id-djun;
(ċ) it-titoli ta' sigurtà u l-istrumenti tad-dejn nnegozjati b'mod pubbliku jew privat, inklużi l-istocks u l-ishma, iċ-ċertifikati li jirrappreżentaw titoli tas-sigurtà, kambjali, noti, mandati, obbligazzjonijiet u kuntratti tad-derivattivi;
(d) imgħax, dividendi jew dħul ieħor jew il-valur li jakkumula jew iġġenerati mill-attivi;
(e) il-kreditu, id-dritt għall-kumpens, il-garanziji, il-kambjali tat-twettiq tax-xogħol jew impenji finanzjarji oħra;
(f) l-ittri ta' kreditu, il-poloz tat-tagħbija, il-kontijiet tal-bejgħ;
(g) dokumenti li jixhdu interess fil-fondi jew fir-riżorsi finanzjarji;
(h) kull strument ieħor tal-finanzjament ta' l-esportazzjonijiet;
3. “il-konġelament tal-fondi” ifisser il-prevenzjoni ta' kull ċaqliq, trasferiment, bidla, użu tal-fondi, aċċess għalihom jew negozju fihom b'kull mod li jista' jirriżulta f;kull bidla fil-volum, l-ammont, il-post, il-pussess, il-karattru, id-destinazzjoni jew kull bidla oħra tagħhom li tista' tgħin li jintużaw il-fondi, inkluża l-ġestjoni tal-portafolli;
4. “riżorsi ekonomiċi” ifissru l-attivi ta' kull kwalità, sewwa jekk tanġibbli u sewwa jekk intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi imma jistgħu jintużaw għalbiex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi;
5. “konġelament tar-riżorsi ekonomiċi” tfisser li jiġi pprevenut l-użu tagħhom għalbiex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi f'kull mod, inklużi, imma mhux limitati għall-bejgħ, il-kiri jew l-ipoteki tagħhom.
Artikolu 2
1. Għandhom jiġu kkonġelati l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha possessi jew ikkontrollati, direttament jew indirettament, minn dak li qabel kien il-President Liberjan Charles Taylor, minn Jewell Howard Taylor u minn Charles Taylor Jr u mill-persuni u l-entitajiet li ġejjin, kif innominati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u elenkati fl-Anness I:
(a) il-membri immedjati l-oħra tal-familja ta' dak li qabel kien il-President Liberjan Charles Taylor;
(b) l-uffiċjali anzjani ta' dak li qabel kien ir-reġim ta' Taylor, u alleati u assoċjati oħra mill-qrib;
(ċ) il-persuni legali, il-korpi jew l-entitajiet ippossjeduti jew ikkontrollati, direttament jew indirettament, mill-persuni rifeiti hawn fuq;
(d) kull persuna naturali jew legali li taġixxi f'isem jew fuq id-direzzjoni tal-persuni msemija hawn fuq.
2. L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom jintgħamlu disponibbli, direttament jew indirettament, lill-persuni naturali jew legali, lill-entitajiet jew lill-korpi elenkati fl-Anness jew għall-benefiċċju tagħhom.
3. Għandha tiġi pprojbita l-parteċipazzjoni, konxjament u intenzjonalment, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom ikun, direttament jew indirettament, għalbiex jaħarbu mill-miżuri riferiti fil-paragrafi 1 u 2.
Artikolu 3
1. Bħala deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtrorizzaw il-ħelsien ta' ċerti fondi jew riżorsi finanzjarji kkonġelati jew jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, jekk l-awtorità kompetenti tkun stabbiliet illi l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi interessati jkunu:
tal-fondi jew tar-riżorsi ekonomiċi kkonġelati;
(a) l-ħlasijiet għall-oġġetti ta' l-ikel, il-kiri u l-ipoteki, il-mediċini u t-trattamenti mediċi, it-taxxi, il-premiums ta' l-assigurazzjonijiet, u l-imposti fuq utilitajiet pubbliċi;
(b) maħsuba b'mod esklussiv għall-ħlas tal-piżijiet professjonali raġjonevoli u r-rifużjoni ta' l-ispejjeż miġrura assoċjati mal-provvediment tas-servizzi legali;
(ċ) maħsuba b'mod esklussiv għall-ħlas tal-piżijiet jew ta' l-imposti fuq is-servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni tar-rutina ifikaw l-intenzjoni li jawtorizzaw l-aċċess għal dawn il-fondi u riżorsi ekonomiċi lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u ma jkunux irċevew deċiżjoni negattiva mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fi żmien jumejn tax-xogħol minn din in-notifka.
basta tkun magħrufa l-intenzjoni li jiġi awtorizzat tali aċċess għal-fondi u r-riżorsi eknomiċi lill-Kumitat tas-Sanzjonijet u li ma jkunx irċieva tweġiba negattiva mill-Kumitat fi żmien jumejn tat-tali notifika.
2. Bħala deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtrorizzaw il-ħelsien ta' ċerti fondi jew riżorsi finanzjarji kkonġelati jew jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, jekk l-awtorità kompetenti tkun stabbiliet illi l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi interessati jkunu meħtieġa għal spejjeż straordinarji, u sakemm din l-awtorità kompetenti tkun innotifikat din id-determinazzjoni lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u li d-determinazzjoni kienet approvata minn dan il-Kumitat.
Artikolu 4
Bħala deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw il-ħelsien ta' ċerti forndi jew riżorsi ekonomiċi kkonġelati, jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma bla ħsara għal rahan ġudizzjali, amministrattiv jew arbitrali stabbiliti qabel it-12 ta' Marzu 2004 jew ta' sentenza tal-qorti, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel din id-data;
(b) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jridu jiġu wżati b'mod esklussiv għalbiex jissodisfaw il-pretensjonijiet żgurati b'dan il-għan jew ikkonoxxuti bħala validi f'din is-sentenza, ġewwa l-limiti ffissati bil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet tal-persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet;
(ċ) ir-rahan jew is-sentenza tal-qorti ma jkunux għall-benefiċċju ta' persuna, entità jew korp innominati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u msemmija fl-Anness I;
(d) jikkonoxxu illi r-rahan jew is-sentenza tal-qorti ma jkunux kuntrarju għall-politika pubblika fl-Istat Membru interessat.
(e) l-awtorità kompetenti tkun inotifikat ir-rahan jew is-sentenza tal-qorti lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.
Artikolu 5
L-awtorità kompetenti rilevanti għandha tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra u lill-Kummisjoni dwar kull awtorizzazzjoni konċessa skond l-Artikoli 3 u 4.
Artikolu 6
L-Artikolu 2 ma għandux japplika maż-żieda mal-kontijiet ikkonġelati ta':
(a) l-imgħax jew qligħ ieħor fuq dawn il-kontijiet; jew
(b) il-ħlasijiet mistħoqqa skond kuntratti, ftehimijiet jew obbligi li kienu ġew konklużi jew inħolqu qabel id-data li fiha dawn il-kontijiet saru bla ħsara għal dan ir-Regolament,
sakemm kull imgħax minn dan jew qligħ ieħor jew ħlasijiet ikunu kkonġelati skond l-Artikolu 2(1).
Artikolu 7
L-Artikolu 2(2) ma għandux jipprevjieni li jiġu akkreditati l-kontijiet ikkonġelati mill-istituazzjonijiet finanzjarji li jirċievu l-fondi ttrasferiti minn partijiet terzi fil-kont tal-persuna jew ta' l-entità elenkati, sakemm kull żieda minn dawn tiġi kkonġelata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja għandha tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti dwar dawn it-transazzjonijiet mingħajr dewmien.
Artikolu 8
1. Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli li jirrigwardaw ir-rappurtaġġ, il-kunfidenzalità u s-segretezza professjonali u għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 284 tat-Trattat, il-persuni naturali u legali, l-entitajiet u l-korpi għandhom:
(a) ifornu minnufih kull tagħrif li jiffaċilita l-konformità ma' dan ir-Regolamnt, bħalma huma l-kontijiet u l-ammonti kkonġelati skond l-Artikolu 2, lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri elenkati fl-Anness II fejn ikunu residentri jew lokati, u għandhom jittrasmettu dan it-tagħrif, dirett jew permezz ta' dawn l-awtoritajiet kompetenti, lill-Kummissjoni;
(b) jikkooperaw ma' l-awtoritajiet kompetenti elenkati fl-Anness II f'kull verifika ta' dan it-tagħrif.
2. Kull tagħrif addizzjonali rċevut b'mod dirett mill-Kummissjoni għandu jintgħamel disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri interessati.
3. Kull tagħrif ipprovvdut jew irċevut skond dan l-Artikolu għandu jiġi wżat biss għall-għanijiet li għalih ikun ġie pprovvdut jew irċevut.
Artikolu 9
Il-konġelament tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li dawn il-fondi jew riżorsi ekonomiċi jintgħamlu disponibbli. imwettqa f'fidi tajba fuq il-bażi li dawn l-azzjonijiet huma skond dan ir-Regolament, ma għandhom joħolqu l-lijabbiltà ta' l-ebda kwalità min-naħa tal-persuna naturali jew legali jew ta' l-entità li timplimentahom, jew tad-diretturi jew l-impjegati tagħhom, għajr jekk jiġi ppruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kienu ġew ikkonġelati minħabba n-negliġenza.
Artikolu 10
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin bil-miżuri meħuda skond dan ir-Regolament u għandhom ifornu lil xulxin kull tagħrif ieħor rilevanti għad-disposizzjoni tagħhom f'konnessjoni ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari t-tagħrif rigward problemi ta' vjolazzjoni u infurzar u s-sentenzi mogħtija mill-qrati nazzjonali.
Artikolu 11
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li:
(a) temenda l-Anness I fuq il-bażi tad-determinazzjonijiet magħmula jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet; u
(b) temenda l-Anness II fuq il-bażi tat-tagħrif fornit mil-Istati Membri.
Artikolu 12
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar is-sanzjonijiet li japplikaw għall-ksur tad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Is-sanzjonijiet ipprovvduti jridu jkunu effettivi, ipproporzjonati u disswasivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn ir-regoli lill-Kummissjoni mingħajr dewmien wara d-dħul is-seħħ ta' dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha b'kull emenda sossegwenti.
Artikolu 13
Dan ir-Regolament għandu japplika:
(a) ġewwa t-trritorju tal-Komunità, inkluż l-ispazju ta' l-ajru tagħha;
(b) abbord kull vettura ta' l-ajru jew kull bastiment taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru;
(ċ) kull persuna ġewwa jew barra mit-territorju tal-Komunità li huwa ċittadin ta' Stat Membru;
(d) kull persuna legali, grupp jew entità li jkunu inkorporati jew ikkostitwiti skond il-liġijiet ta' Stat Membru;
(e) kull persuna legali, grupp jew entità li jagħmlu n-negozju fil-Komunità.
Artikolu 14
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Anness I għar-Regolament (KE) Nru 872/2004 huwa emendat kif ġej:
(1) Għandhom jitneħħew dawn il-persuni fiżiċi li ġejjin:
M. Moussa Cisse (magħruf ukoll bħala Mamadee Kamara). Data tat-twelid: (a) 24.12.1946, (b) 14.12.1957, (c) 26.6.1944, (d) 26.7.1946, (e) 24.12.1944. Passaporti: (a) Passaport diplomatiku Liberjan: D/001548-99; (b) Passaport ordinarju Liberjan 0058070 (validu 10.1.2000 sad-9.1.2005; isem: Mamadee Kamara, data tat-twelid: 26.7.1946, post tat-twelid: Gbarnga, Bound County); (c) Passaport diplomatiku Liberjan 001546 (validu 1.8.1999 sat-30.8.2001, data tat-twelid: 24.12.1944, post tattwelid: Ganta, Nimba County); (d) Passaport diplomatiku Liberjan D/000953-98. Informazzjoni oħra: eks-Kap tal-Protokoll Presidenzjali. Ċermen tal-Mohammad Group of companies.
(2) L-annotazzjoni ‘Edwin M., Jr. Snowe. Ċittadinanza: Liberjana. Numru tal-passaport: OR/0056672-01. Informazzjoni oħra: Direttur Maniġerjali tal-Liberian Petroleum and Refining Corporation (LPRC)’ għandha tiġi ssostitwita b’dan li ġej:
Edwin M., Snowe jr. Ċittadinanza: Liberjana. Numru tal-passaport: (a) OR/0056672-01, (b) D/005072. Informazzjoni oħra: Direttur Maniġerjali tal-Liberian Petroleum and Refining Corporation (LPRC).
▼M11 —————
▼M10 —————
(5)
▼M12 —————
(7)
(8)
(9)
(10)
(11)
(12) ►M12 Ali Kleilat (magħruf ukoll bħala (a) Ali Qoleilat, (b) Ali Koleilat Delbi, (c) ►C1 Ali Ramadhan Kleilat Al-Delbi ◄ , (d) Ali Ramadan Kleilat Al-Dilby, (e) Ali Ramadan Kleilat, (f) Ali Ramadan Kleilat Sari). Data tat-twelid: 10.7.1970 (id-data ta' twelidu hekk kif imniżżla fuq xi passaporti tiegħu hija l-1963). Post tat-twelid: Bejrut, il-Libanu. Ċittadinanza: Libaniża. Numru tal-Passaport: (a) 0508734, (b) 1432126 (il-Libanu), (c) Regular-RL0160888 (il-Libanu), (d) D00290903 (il-Liberja), (e) Z01037744 (l-Olanda), (f) Regular-B0744958 (il-Venezwela). Nru tar-Reġistru Nazzjonali: 2016, Mazraa. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 6(b): 23.6.2004. ◄
▼M12 —————
(14)
▼M9 —————
(16)
(17) ►M12 Mohamed Ahmad Salame (magħruf ukoll bħala (a) Mohamed Ahmad Salami, (b) Ameri Al Jawad, (c) Jawad Al Ameri, (d) Moustapha Salami, (e) Moustapha A Salami). Data tat-twelid: (a) 22.9.1961, (b) 18.10.1963. Post tat-twelid: Abengourou, Kosta tal-Avorju. Ċittadinanza: Libaniża. Numru tal-Passaport: (a) 1622263 (Passaport Ordinarju LIbaniż, valiu bejn l-24.04.2001 u t-23.04.2006), (b) 004296/00409/00 (Passaport Diplomatiku tat-Togo, validu bejn il-21.08.2002 u t-23.08.2007), (c) 000275 (Passaport Diplomatiku Liberjan, validu bejn il-11.01.1998 u l-10.01.2000), (d) 002414 (Passaport Diplomatiku Liberjan, validu bejn l-20.06.2001 u d-19.06.2003, isem: Ameri Al Jawad, data tat-twelid: 18.10.1963, post tat-twelid: Ganta, Nimba County), (e) D/001217 (Passaport Diplomatiku Liberjan:), (f) Diplomatiku-2781 (Passaport Diplomatiku Liberjan). Informazzjoni oħra: (a) Passaport Ivorjan; l-ebda dettall mhu disponibbli, (b) Proprjetarju tal-Mohamed and Company Logging Company. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 6(b): 23.6.2004. ◄
(18)
(19) ►M13 Edwin M., Snowe jr. Ċittadinanza: Elwa Road, Monrovia, Liberia. Data tat-twelid: 11.2.1970. Post tat-twelid: Mano River, Grand Cape Mount, Liberia. Ċittadinanza: Liberjana. Numru tal-passaport: (a) OR/0056672-01, (b) D/005072, (c) D005640 (passport diplomatiku), (d) D-00172 (Passaport ECOWAS-DPL, validu 7.8.2008-6.7.2010). Informazzjoni oħra: Direttur Maniġerjali tal-Liberian Petroleum and Refining Corporation (LPRC). Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 6(b): 10.9.2004. ◄
(20) Agnes Reeves Taylor (magħrufa wkoll bħala Agnes Reeves-Taylor). Data tat-twelid: 27.9.1965. Ċittadinanza: Liberjana. Informazzjoni oħra: (a) Eks mart l-eks President Charles Taylor li għad għandha rabtiet miegħu; (b) Eks Rappreżentanta Permanenti tal-Liberja għall-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali; Eks Membru Għoli tal-Gvern Liberjan. (c) Bħalissa residenti fir-Renju Unit.
(21) Charles Taylor (Junior) (magħruf ukoll bħala (a) Chuckie Taylor (b) Charles McArthur Emmanuel Roy M. Belfast, (c) Junior Charles Taylor II). Informazzjoni oħra: (a) Kollega, konsulent u iben l-eks President Liberjan Charles Taylor b’kuntatti miegħu sal-lum, (b) Bħalissa għaddej ġuri fl-Istati Uniti tal-Amerika).
(22) Charles Ghankay Taylor (magħruf ukoll bħala (a) Charles MacArthur Taylor, (b) Jean-Paul Some, (c) Jean-Paul Sone). Data tat-twelid: (a) 1.9.1947, (b) 28.1.1948. Informazzjoni oħra: (a) Eks President tal-Liberja, (b) Attwalment għaddej ġuri fl-Aja.
(23) Jewell Howard Taylor (magħrufa wkoll bħala Howard Taylor). Data tat-twelid: 17.1.1963. Passaport diplomatiku Liberjan: (a) D/003835-04 (validu 4.6.2004 sat-3.6.2006), (b) D/00536307. Informazzjoni oħra: Mart l-eks-President Charles Taylor.
(24)
(25)
(26)
(27) Richard Ammar Chichakli (alias Ammar M. Chichakli). Address: (a)225 Syracuse Place, Richardson, Texas 75081, USA; (b)811 South Central Expressway Suite 210 Richardson, Texas 75080, USA. Date of birth: 29.3.1959. Place of birth: Syria. Nationality: USA. Other information: (a) Social Security No: 405 41 5342 or 467 79 1065; (b) a certified public accountant and certified fraud examiner; (c) an officer of San Air General Trading.
(28) Valeriy Naydo (alias Valerii Naido). Address:c/o CET Aviation, P.O. Box 932-20C, Ajman, United Arab Emirates. Date of birth:10.8.1957. Nationality: Ukraine. Passport No: (a) AC251295 (Ukraine), (b) KC024178 (Ukraine). Other information: (a) a pilot, (b) one of the directors of Air Pass (Pietersburg Aviation Services and Systems), (c) Chief Executive Officer of CET Aviation.
(29) Abidjan Freight. Address: Abidjan, Côte d’Ivoire.
(30) Air Cess (alias (a) Air Cess Equatorial Guinea, (b) Air Cess Holdings, Ltd., (c) Air Cess Liberia, (d) Air Cess Rwanda, (e) Air Cess Swaziland (Pty.) Ltd., (f) Air Cess, Inc. 360-C, (g) Air Pas, (h) Air Pass, (i) Chess Air Group, (j) Pietersburg Aviation Services & Systems, (k) Cessavia). Address: (a) Malabo, Equatorial Guinea; (b)P.O. Box 7837, Sharjah, United Arab Emirates; (c)P.O. Box 3962, Sharjah, United Arab Emirates; (d) Islamabad, Pakistan; (e) Entebbe, Uganda.
(31) Air Zory (alias (a) Air Zori, (b) Air Zori, Ltd.). Address: (a)54 G.M. Dimitrov Blvd., BG-1125, Sofia, Bulgaria; (b)6 Zenas Kanther Str., 1065 Nicosia, Cyprus. Other information: majority shareholder is Sergei Bout.
(32) Airbas Transportation FZE (alias (a) Air Bas, (b) Air Bass, (c) Airbas Transportation, Inc., (d) Aviabas). Address: (a)P.O. Box 8299, Sharjah, United Arab Emirates; (b)811 S. Central Expressway, Suite 210 Richardson, Texas 75080, USA. Other information: created in 1995 by Sergei Bout.
(33) ATC, Ltd. Address: Gibraltar, United Kingdom.
(34) Bukavu Aviation Transport. Address: Democratic Republic of the Congo.
(35) Business Air Services. Address: Democratic Republic of the Congo.
(36) Centrafrican Airlines (alias (a) Centrafricain Airlines, (b) Central African Airways, (c) Central African Air, (d) Central African Airlines). Address: (a)P.O. Box 2760, Bangui, Central African Republic; (b)c/o Transavia Travel Agency, P.O. Box 3962, Sharjah, United Arab Emirates; (c)P.O. Box 2190, Ajman, United Arab Emirates; (d) Kigali, Rwanda; (e) Ras-al-Khaimah, United Arab Emirates.
(37) Central Africa Development Fund. Address: (a)811 S. Central Expressway, Suite 210, Richardson, Texas 75080, USA; (b)P.O. Box 850431, Richardson, Texas 75085, USA.
(38) CET Aviation Enterprise (FZE). Address: (a)P.O. Box 932 — C20, Ajman, United Arab Emirates; (b) Equatorial Guinea.
(39) Chichakli & Associates, PLLC (alias (a) Chichakli Hickman-Riggs & Riggs, PLLC, (b) Chichakli Hickmanriggs & Riggs). Address:811 S. Central Expressway, Suite 210, Richardson, Texas 75080, USA. Other information: an accounting and auditing firm.
(40) Continue Professional Education, Inc. (alias Gulf Motor Sales). Address:811 S. Central Expressway, Suite 210, Richardson, Texas 75080, USA.
(41) Daytona Pools, Inc. Address:225 Syracuse Place, Richardson, Texas 75081, USA.
(42) DHH Enterprises, Inc. Address:811 S. Central Expressway, Suite 210, Richardson, Texas 75080, USA.
(43) Gambia New Millennium Air Company (alias (a) Gambia New Millennium Air, (b) Gambia Millennium Airline). Address:State House, Banjul, Gambia.
(44) IB of America Holdings, Inc. Address:811 S. Central Expressway, Suite 210, Richardson, Texas 75080, USA.
(45) Irbis Air Company. Address:ul. Furmanova 65, Office 317, Almaty, Kazakhstan 48004. Other information: created in 1998.
(46) Moldtransavia SRL. Address:Aeroport MD-2026, Chisinau, Moldova.
(47) Nordic, Ltd. (alias Nordik Limited EOOD). Address:9 Fredrick J. Curie Street, Sofia, Bulgaria 1113.
(48) Odessa Air (alias Okapi Air). Address: Entebbe, Uganda.
(49) Orient Star Corporation (alias Orient Star Aviation). Address:811 S. Central Expressway, Suite 210, Richardson, Texas 75080, USA.
(50) Richard A. Chichakli, P.C. Address: (a)811 S. Central Expressway, Suite 210, Richardson, Texas 75080, USA; (b)P.O. Box 850432, Richardson, Texas 75085, USA.
(51) Rockman, Ltd. (alias Rokman EOOD). Address:9 Fredrick J. Curie Street, Sofia, Bulgaria 1113.
(52) San Air General Trading FZE (alias San Air General Trading, LLC). Address: (a)P.O. Box 932-20C, Ajman, United Arab Emirates; (b)P.O. Box 2190, Ajman, United Arab Emirates; (c)811 S. Central Expressway, Suite 210, Richardson, Texas 75080, USA. Other information: General manager is Serguei Denissenko.
(53) Santa Cruz Imperial Airlines. Address: (a)P.O. Box 60315, Dubai, United Arab Emirates; (b) Sharjah, United Arab Emirates.
(54) Southbound, Ltd. Address:P.O. Box 398, Suite 52 and 553 Monrovia House, 26 Main Street, Gibraltar, UK.
(55) Trans Aviation Global Group, Inc. Address:811 S. Central Expressway, Suite 210, Richardson, Texas 75080, USA.
(56) Transavia Network (alias (a) NV Trans Aviation Network Group, (b) TAN Group, (c) Trans Aviation, (d) Transavia Travel Agency, (e) Transavia Travel Cargo). Address: (a)1304 Boorj Building, Bank Street, Sharjah, United Arab Emirates; (b)P.O. Box 3962, Sharjah, United Arab Emirates; (c)P.O. Box 2190, Ajman, United Arab Emirates; (d) Ostende Airport, Belgium.
(57) Vial Company. Address: Delaware, USA.
(58) Westbound, Ltd. Address:P.O. Box 399, 26 Main Street, Gibraltar, UK.
L-ANNESS II
Il-Lista ta' l-awtoritajiet kompetenti riferiti fl-Artikoli 3, 4, 5, 7 u 10
IL-BELĠJU
Is-Service Public Fédéral des Finances
Administration de la Trésorerie
30 Avenue des Arts
B-1040 Bruxelles
B-1040 Brussel (Bruxelles)Fax 00 32 2 233 74 65
E-mail: Quesfinvragen.tf@minfin.fed.be
IL-BULGARIJA
Министерство на финансите
Министерство на финансите
ул. “Г.С. Раковски” № 102
София 1000
Тел: (359-2) 985 91
Факс: (359-2) 988 1207
E-mail: feedback@minfin.bg
Ministeru tal-Finanzi
102 Triq “G.S. Rakovsky”
Sofija 1000
Tel.: (359-2) 985 91
Fax: (359-2) 988 1207
E-mail: feedback@minfin.bg
Fir-rigward ta' assistenza teknika u restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet:
Междуведомствен съвет по въпросите на военнопромишления комплекс и мобилизационната готовност на страната
бул. “Дондуков” № 1
1594 София
тел. (359) 2 987 9145
Факс: (359) 2 988 0379
Kunsill Interdipartimentali dwar il-Kumpless Militari-Industrijali u l-Istat ta' Tħejjija għal Mobilizzazzjoni tal-Pajjiż
1 Blvd. “Dondukov”
1594 Sofija
Tel.: (359) 2 987 9145
Fax: (359) 2 988 0379.
CZECH REPUBLIC
Ministerstvo průmyslu a obchodu
Licenční správa
Na Františku 32
110 15 Praha 1
Tel. (420-2) 24 06 27 20
Fax (420-2) 24 22 18 11
Ministerstvo financí
Finanční analytický útvar
PO Box 675
Jindřišská 14
111 21 Praha 1
Tel. (420-2) 57 04 45 01
Fax (420-2) 57 04 45 02
ID-DANIMARKA
L-Erhvervs-og Boligstyrelsen
Dahlerups Pakhus
Langelinie Allé 17
DK - 2100 Copenhagen (København) Ø
Tel. (45) 35 46 60 00
Fax (45) 35 46 60 01
IL-ĠERMANJA
Fejn jirrigwarda l-konġelament tal-fondi:
Id-Deutsche Bundesbank
Servicezentrum Finanzsanktionen
Postfach
D - 80281 Monaco (München)
Tel. (49-89) 28893800
Fax (45-89) 3501633800
Fejn jidħlu l-oġġetti
Il-Bundesamt für Wirtschafts-und Ausfuhrkontrolle (BAFA)
Frankfurter Strasse, 29-35
D-65760 ESCHBORN
Tel. (49-61) 969 08-0
Fax (49-61) 969 08-800
ESTONIA
Finantsinspektsioon
Sakala 4
15030 Tallinn
Tel. (372-6) 68 05 00
Fax (372-6) 68 05 01
IL-GREĊJA
A. Il-Konġelament ta' l-Attivi
(Il-Ministeru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi
(Id-Direttorat Ġenerali tal-Politika Ekonomika)
Address: 5 Nikis Str., 101 80
Indirizz: 5 Nikis Str., 101 80 (5, Triq Nikis, 101 80)
(Ateni). - Il-Greċja
Tel. + 30 210 3332786
Fax: + 30 210 3332810
A. Α. ΔΕΣΜΕΥΣΗ ΚΕΦΑΛΑΙΩΝ
Υπουργείο Οικονομίας και Οικονομικών
Γενική Δ/νση Οικονομικής Πολιτικής
Δ/νση: Νίκης 5, ΑΘΗΝΑ 101 80
Τηλ.: + 30 210 3332786
Φαξ: + 30 210 3332810
B. Restrizzjonijiet fuq l-Importazzjoni/l-Esportazzjonoi
(Il-Ministeru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi)
(Id-Direttorat Ġenerali tal-Pjanifikazzjoni u l-Ġestjoni tal-Politika)
Indirizz: (Triq Kornaroy, 105 63 Ateni)
Tel. + 30 210 3286401-3
Fax: + 30 210 3286404
B. ΠΕΡΙΟΡΙΣΜΟΙ ΕΙΣΑΓΩΓΩΝ — ΕΞΑΓΩΓΩΝ
Υπουργείο Οικονομίας και Οικονομικών
Γενική Δ/νση Σχεδιασμού και Διαχείρισης Πολιτικής
Δ/νση: Κορνάρου 1, Τ.Κ. 105 63
Αθήνα — Ελλάς
Τηλ.: + 30 210 3286401-3
Φαξ: + 30 210 3286404
SPANJA
Id-Dirección General del Tesoro y Política Financiera
Subdirección General de Inspección y Control de Movimientos de Capitales
Ministerio de Economía
Paseo del Prado, 6
E- 28014 Madrid
Tel. (00-34) 912 09 95 11
Fax 00 -34 912 96 56
FRANZA
Il-Ministère de l'économie, des finances et de l'industrie
Direction générale des douanes et des droits indirects
Cellule embargo - Bureau E2
Tel. (33) 1 44 74 48 93
Télécopie: (33) 1 44 74 48 97
Il-Ministère de l'économie, des finances et de l'industrie
Direction du Trésor
Service des affaires européennes et internationales
Sous-direction E
139, rue du Bercy
75572 Paris (Pariġi) Cedex 12
Tel. (33) 1 44 87 72 85
Télécopie: (33) 1 53 18 96 37
Il-Ministère des Affaires étrangères
Direction de la coopération européenne
Sous-direction des relations extérieures de la Communauté
Tel. (33) 1 43 17 44 52
Télécopie: (33) 1 43 17 56 95
Id-Direction générale des affaires politiques et de sécurité
Service de la Politique Etrangère et de Sécurité Commune
Tel. (33) 1 43 17 45 16
Télécopie: (33) 1 43 17 45 84
L-IRLANDA
Is-Central Bank of Ireland (Il-Bank Ċentrali ta' l-Irlanda)
Financial Markets Department (Id-Dipartiment: tas-Swieq Finanzjarji)
Kaxxa Postali 559)
Dame Street
Dublin 2
Tel. (353-1) 671 66 66
Id-Department of Foreign Affairs (Id-Dipartiment ta' l-Affarijiet Barranin)
Bilateral Economic Relations Division (Id-Diviżjoni tar-Relazzjonijiet Ekonomiċi Bilaterali)
80 St. Stephen's Green
Dublin 2
Tel: (353-1) 408 2153
Fax: (353-1) 408 2003
L-ITALJA
Il-Ministero degli Affari Esteri
Piazzale della Farnesina, 1 – 00194 Roma (Ruma)
D.G.A.S. - Ufficio II
Tel. (39) 06 36917334
Fax: (39) 06 36915446
Il-Ministero degli Affari Esteri
Piazzale della Farnesina, 1 - 00194 Roma
D.G.A.O. - Ufficio II
Tel. (39) 06 36913820
Fax: (39) 06 36915161
Il-U.A.M.A.
Tel. (39) 06 36913605
Fax: (39) 06 36918815
Il-Ministero dell'Economia e delle finanze
Dipartimento del Tesoro
Comitato di Sicurezza Finanziaria
Via XX Settembre 97, I-00187 Roma (Ruma)
Tel. (39) 06 47613942
Fax: (39) 06 47613032
Il-Ministero della attività produttive
Direzione Generale Politica Commerciale
Viale Boston, 35 – 00144 Roma (Ruma)
Tel. (39) 06 59931
Fax: (39) 06 59647531
Firma e funzione: Ferdinando Nelli Feroci, Direttore Generale per l'Integrazione Europea
CYPRUS
Υπουργείο Εξωτερικών
Λεωφ. Προεδρικού Μεγάρου
1447 Λευκωσία
Tel. (357-22) 30 06 00
Fax (357-22) 66 18 81
Ministry of Foreign Affairs
Presidential Palace Avenue
1447 Nicosia
Tel. (357-22) 30 06 00
Fax (357-22) 66 18 81
LATVIA
Latvijas Republikas Ārlietu ministrija
Brīvības iela 36
Rīga LV-1395
Tel. (371) 701 62 01
Fax (371) 782 81 21
Noziedzīgi iegūto līdzekļu legalizācijas novēršanas dienests
Kalpaka bulvārī 6
Rīga LV-1081
Tel. (371) 704 44 31
Fax (371) 704 45 49
LITHUANIA
Ministry of Foreign Affairs
Security Policy Department
J. Tumo-Vaizganto 2
LT-01511 Vilnius
Tel.: +370 5 236 2516
Fax: +370 5 231 3090
IL-LUSSEMBURGU
Il-Ministère des Affaires étrangères
Direction des Relations internationales
6, rue de la Congrégation
L-1352 LUXEMBOURG (Il-Lussemburgu)
Tel. (352) 478 23 46
Fax (352) 22 20 48
Il-Ministère des Finances
3, rue de la Congrégation
L - 1352 Lussemburgu (Il-Lussemburgu)
Tel. (352) 478 27 12
Fax (352) 47 52 41
HUNGARY
Articles 3 and 4
Hungarian National Police
Országos Rendőrfőkapitányság
1139 Budapest, Teve u. 4–6.
Magyarország
Tel./Fax (36-1) 443 55 54
Article 7
Ministry of Finance (as regards funds only)
Pénzügyminisztérium
1051 Budapest, József nádor tér 2–4.
Magyarország
Postafiók: 1369 Pf.: 481
Tel. (36-1) 318 20 66, (36-1) 327 21 00
Fax (36-1) 318 25 70, (36-1) 327 27 49
MALTA
Bord ta' Sorveljanza dwar is-Sanzjonijiet
Direttorat ta' l-Affarijiet Multilaterali
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin
Palazzo Parisio
Triq il-Merkanti
Valletta CMR 02
Tel. (356-21) 24 28 53
Fax (356-21) 25 15 20
L-OLANDA
Ministerie van Financiën
Directie Financiële Markten/Afdeling Integriteit
Postbus 20201
2500 EE Den Haag
The Netherlands
Tel.: (31-70) 342 8997
Fax: (31-70) 342 7984
L-AWSTRIJA
L-Oesterreichische Nationalbank
Otto Wagner Platz 3
A-1090 Wien (Vjenna)
Tel. (01-4042043 1) 404 20-0
Fax (431) 404 20 – 73 99.
POLAND
Ministerstwo Spraw Zagranicznych
Departament Prawno – Traktatowy
Al. J. CH. Szucha 23
PL-00-580 Warszawa
Tel. (48-22) 523 93 48
Fax (48-22) 523 91 29
IL-PORTUGALL
Il-Ministério das Finanças
Direcção Geral dos Assuntos Europeus e Relações Internacionais
Avenida Infante D. Henrique, n.o 1, C 2.o
P- 1100 Lisboa (Lisbona)
Tel. (351) 218 82 32 40/47
Fax (351) 218 82 32 49.
IR-RUMANIJA
Ministerul Afacerilor Externe
Aleea Alexandru, nr. 31
Sector 1, București
Tel.: (40) 21 319 2183
Fax: (40) 21 319 2226
E-mail: cabinet@mae.ro
Ministerul Finanțelor Publice
Strada Apolodor nr. 17,
Sector 5, București
Tel.: (40) 21 319 9743
Fax: (40) 21 312 1630
E-mail: cabinet.ministru@mfinante.ro
Ministerul Economiei și Comerțului
Calea Victoriei, nr. 152
Sector 1, București
Tel.: 0040 21 23 10262
Fax: 0040 21 31 20513.
SLOVENIA
Bank of Slovenia
Slovenska 35
1505 Ljubljana
Tel. (386-1) 471 90 00
Fax (386-1) 251 55 16
http://www.bsi.si
Ministry of Foreign Affairs of the Republic of Slovenia
Prešernova 25
1000 Ljubljana
Tel. (386-1) 478 20 00
Fax (386-1) 478 23 47
http://www.gov.si/mzz
SLOVAKIA
For financial and technical assistance related to military activities:
Ministerstvo hospodárstva Slovenskej republiky
Sekcia obchodných vzťahov a ochrany spotrebiteľa
Mierová 19
827 15 Bratislava
Tel. (421-2) 48 54 21 16
Fax (421-2) 48 54 31 16
For funds and economic resources:
Ministerstvo financií Slovenskej republiky
Štefanovičova 5
817 82 Bratislava
Tel. (421-2) 59 58 22 01
Fax (421-2) 52 49 35 31
IL-FINLANDJA
L-Ulkoasiainministeriö/Utrikesministeriet
PL/PB 176
00161 Helsinki/Helsingfors (Helsinki)
Tel. (358) 9 16 05 59 00
Fax (358) 9 16 05 57 07
L-IŻVEZJA
Articles 3, 4 and 5:
Försäkringskassan
SE-103 51 Stockholm
Tfn (46-8) 786 90 00
Tfn (46-8) 411 27 89
Articles 7 and 8:
Finansinspektionen
Box 6750
SE-113 85 Stockholm
Tfn (46-8) 787 80 00
Tfn (46-8) 24 13 35
IR-RENJU UNIT
HM Treasury (It-Teżorerija tal-Maestà Tagħha)
Financial Systems and International Standards (Is-Sistemi Finanzjarji u l-Istandards Internazzjonali)
1, Horse Guards Road
London (Londra) SW1A 2HQ
Ir-Renju Unit
Tel. (44-207) 270 5977
Fax (44-207) 270 5430
Il-Bank of England (Il-Bank ta' l-Ingilterra)
Financial Sanctions Unit (L-Unità tas-Sanzjonijiet Finanzjarji)
Threadneedle Street
London (Londra) EC2R 8AH
Ir-Renju Unit
Tel. (44-207) 601 4607
Fax (44 207) 601 4309
EUROPEAN COMMUNITY
Commission of the European Communities
Directorate-General for External Relations
Directorate CFSP
Unit A.2.: Legal and institutional matters for external relations – Sanctions
CHAR 12/163
B-1049 Brussels
Tel. (32-2) 295 81 48, (32-2) 296 25 56
Fax (32-2) 296 75 63
( 1 ) Ara l-paġna 116 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
( 2 ) ĠU L 40, tat-12.2.2004, p. 35.
( 3 ) ĠU L 40, tat-12.2.2004, p. 1.