European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1784

10.9.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1784

tad-9 ta’ Settembru 2025

dwar l-awtorizzazzjoni tal-kapsajċina bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u -Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-kapsajċina. Flimkien ma’dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-kapsajċina bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija “addittivi sensorjali” u fil-grupp funzjonali “komposti tat-togħma”.

(4)

Fl-opinjonijiet tagħha tat-18 ta’ Marzu 2025 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-kapsajċina hija sikura għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, għall-konsumaturi u għall-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li l-kapsajċina hi irritant respiratorju u tal-ġilda u huwa preżunt li hi irritant tal-għajnejn. Il-kapsajċina mhix sensitizzatur tal-ġilda. Fl-aħħar, kwalunkwe esponiment tal-utenti għall-kapsajċina jitqies bħala riskju. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li mindu l-kapsajċina ġiet rikonoxxuta li tagħti t-togħma lill-ikel u li l-funzjoni tagħha fl-għalf tkun essenzjalment l-istess bħal dik fl-ikel, ma jinħtieġx li jingħataw aktar provi tal-effikaċja tagħha. L-Awtorità ma dehrilhiex li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ ta’ wara l-kummerċjalizzazzjoni. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf mressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni jidhrilha li l-kapsajċina tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta’ dak l-addittiv jiġi awtorizzat għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Il-kapsajċina hija addittiv li għandu effetti żootekniċi u mediċinali, bħall-effetti pożittivi fil-prestazzjoni jew fil-protezzjoni kontra ċertu patoġeni. Sabiex jiġi evitat l-użu ta’ dożi tal-addittiv li potenzjalment jistgħu jwasslu għal dawn l-effetti żootekniċi jew mediċinali fuq l-annimali, jeħtieġ li jiġi stabbilit kontenut massimu għall-kapsajċina fl-għalf. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jidhrilha li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati l-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittiv.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tappartjeni għall-kategorija ta’ addittivi “addittivi sensorjali” u għall-grupp funzjonali “komposti tat-togħma”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.

(2)   EFSA Journal 2025; 23:e9340. https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/full/10.2903/j.efsa.2025.9340.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg tas-sustanza attiva/kg tal-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: komposti tat-togħma

2b92458

Kapsajċina

Kompożizzjoni tal-addittiv

Kapsajċina

Forma solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Kapsajċina

Prodotta permezz ta’ sinteżi kimika

Formola kimika: C18H27NO3

Numru CAS: 404-86-4

Numru FEMA: 3404

Purità: minimu ta’ 98 %

Proporzjon bejn l-(E) kapsajċina (trans-kapsajċina) u ż-(Z)- kapsajċina (cis-kapsajċina) - rapport bejn il-kapsajċina (E)/(Z): ≥ 6:1

Metodu analitiku  (1)

Għad-determinazzjoni tal-kapsajċina fl-addittiv tal-għalf, fil-premixxeli u fl-għalf kompost: kromatografija likwida bi prestazzjoni għolja b’fażi inversa flimkien ma’ detezzjoni spettrofotometrika

(HPLC-UV, high performance liquid chromatography coupled to spectrophotometric detection)

Pollam

 

 

6,5

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ premixxela.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tal-premixxela, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tal-premixxeli, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati b’dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u l-premixxeli għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali għall-ġilda, għall-għajnejn u għan-nifs.

It-30 ta’ Settembru 2035

Għasafar ornamentali

 

 

6,5

Speċi porċina

 

 

6,5

Ruminanti u kamelidi

 

 

6,5

Ekwini

 

 

6,5

Leporidi

 

 

6,5

Salmonidi u ħut bil-pinen minuri

 

 

6,5

Ħut ornamentali

 

 

6,5

Klieb

 

 

6,5

Qtates

 

 

5,3

Speċijiet u kategoriji oħra

 

 

5,3


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1784/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)