|
30.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 250/56 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1607
tas-27 ta' Settembru 2019
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239 fir-rigward tad-dati tal-għeluq applikabbli għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 178(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1239 (2) jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni fir-rigward tal-applikazzjoni għal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli u għall-ħruġ ta' dawn il-liċenzji. Fiha dispożizzjonijiet dwar l-iskadenzi għall-applikazzjonijiet għal liċenzji u dwar it-talbiet għall-kanċellazzjoni. B'mod partikolari, dan jinkludi dispożizzjonijiet għal każijiet li għalihom ir-Regolament jistabbilixxi perjodu ta' żmien għall-proċeduri, sabiex jiġu ddeterminati d-dati tal-ftuħ jew tal-għeluq għal dak il-perjodu meta dawk id-dati jaqgħu nhar ta' Sibt, nhar ta' Ħadd jew f'festa pubblika. |
|
(2) |
Sabiex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni tal-kwoti tariffarji fl-Unjoni kollha, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-kwoti tariffarji agrikoli kollha ġestiti mil-liċenzji jkunu soġġetti għall-istess regoli li jistabbilixxu l-iskadenzi għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji. |
|
(3) |
L-applikanti għandhom ikunu jistgħu jippreżentaw l-applikazzjonijiet tal-liċenzji irrispettivament mill-vaganzi nazzjonali fl-Istati Membri. Attwalment, data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet tal-liċenzji li taqa' nhar ta' Sibt, nhar ta' Ħadd jew f'festa pubblika tiġi avvanzata jew posposta għall-jum tax-xogħol ta' wara, skont jekk il- “perjodu rilevanti għall-proċeduri” huwiex espress bejn żewġ dati, li jistgħu jiġu indikati eżattament, jew le. L-esperjenza turi li l-partijiet ikkonċernati jkollhom dubji kull meta skadenza għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji taqa' nhar ta' Sibt, nhar ta' Ħadd jew f'festa pubblika. |
|
(4) |
Sabiex tiġi evitata l-inċertezza, id-dati tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet tal-liċenzji li jaqgħu nhar ta' Sibt, nhar ta' Ħadd jew f'festa pubblika jenħtieġ li jitressqu wkoll meta l-perjodu tal-applikazzjoni jiġi espress bejn żewġ dati, li ma jistgħux jiġu indikati eżattament. Jenħtieġ li l-Istati Membri li jkunu jridu jipprovdu għall-arranġamenti tax-xogħol neċessarji biex jippermettu li l-applikazzjonijiet għal-liċenzji jitressqu nhar ta' Sibt, nhar ta' Ħadd jew f'festa pubblika, jitħallew jagħmlu hekk. F'każijiet bħal dawn, sabiex tkun żgurata t-trasparenza fil-ġestjoni tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji, jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli li jiżguraw li l-applikanti jkunu infurmati dwarhom. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 3(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(2) |
it-tieni subparagrafu li ġej jiġi miżjud: “Punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll meta d-data tal-għeluq applikabbli tkun definita b'referenza għal data speċifikata u dik id-data tinzerta s-Sibt, il-Ħadd jew festa pubblika” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Settembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1239 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni (ĠU L 206, 30.7.2016, p. 44).