<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-385/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CC0385</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:647">EU:C:2019:647</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>20</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>20</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Tanchev – Kawża C-385/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Arriva Italia <HT TYPE="ITALIC">et</HT></HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Tanchev</HT></P><P>ippreżentati fid‑<DATE ISO="20190729">29 ta’ Lulju 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑385/18</HT></P><P>Arriva Italia Srl,</P><P>Ferrotramviaria SpA</P><P>Consorzio Trasporti Aziende Pugliesi (CO.TRA.P)</P><P>vs</P><P>Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti,</P><P>fil-preżenza ta’:</P><P>Ferrovie dello Stato Italiane SpA,</P><P>Ferrovie del Sud Est e Servizi Automobilistici Srl,</P><P>Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" — " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna mogħtija lill-operatur ta’ infrastruttura ferrovjarja lokali f’diffikultajiet finanzjarji</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Iż-żmien li fih l-għajnuna titqies li tkun ingħatat</KEYWORD><KEYWORD>Kriterju ta’ investitur privat</KEYWORD><KEYWORD>Benefiċjarju tal-vantaġġ</KEYWORD><KEYWORD>Distorsjoni tal-kompetizzjoni</KEYWORD></INDEX><TOC><TITLE><TI><P>Werrej</P></TI></TITLE><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>I.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Id-dritt Taljan</ITEM.CONT><ITEM.REF>3</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>A.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Il-Liġi tal‑2016 dwar l-Istabbiltà</ITEM.CONT><ITEM.REF>3</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>B.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Id-Digriet Nru 9/2016</ITEM.CONT><ITEM.REF>3</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>C.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Id-Digriet Nru 264/2016</ITEM.CONT><ITEM.REF>3</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>D.</NO.ITEM><ITEM.CONT>L-att ta’ trasferiment</ITEM.CONT><ITEM.REF>4</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>E.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Id-Digriet-Liġi Nru 50/2017</ITEM.CONT><ITEM.REF>4</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>II.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Il-fatti, il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari magħmula</ITEM.CONT><ITEM.REF>4</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>III.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Analiżi</ITEM.CONT><ITEM.REF>6</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>A.</NO.ITEM><ITEM.CONT>L-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun</ITEM.CONT><ITEM.REF>6</ITEM.REF></TOC.ITEM><?PAGE NO="2"?><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>1.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Intervent mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat</ITEM.CONT><ITEM.REF>7</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>2.</NO.ITEM><ITEM.CONT>L-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri</ITEM.CONT><ITEM.REF>9</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>3.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Vantaġġ selettiv mogħti lill-benefiċjarju</ITEM.CONT><ITEM.REF>9</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>4.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Distorsjoni tal-kompetizzjoni jew theddida għaliha</ITEM.CONT><ITEM.REF>10</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>B.</NO.ITEM><ITEM.CONT>It-trasferiment lil FSI tat-tiżmim tal-azzjonijiet tal-MIT fi FSE</ITEM.CONT><ITEM.REF>14</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>1.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Intervent mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat</ITEM.CONT><ITEM.REF>14</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>2.</NO.ITEM><ITEM.CONT>L-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri</ITEM.CONT><ITEM.REF>15</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>3.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Vantaġġ selettiv mogħti lill-benefiċjarju</ITEM.CONT><ITEM.REF>15</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>a)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Ingħata vantaġġ lil FSI?</ITEM.CONT><ITEM.REF>15</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>b)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Ingħata vantaġġ lil FSE?</ITEM.CONT><ITEM.REF>18</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>4.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Disorsjoni tal-kompetizzjoni, jew theddida għaliha</ITEM.CONT><ITEM.REF>19</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>IV.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Konklużjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>20</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>It-tilwima f’din il-kawża qamet minħabba l-miżuri meħuda fl‑2016 mill-Istat Taljan, li permezz tagħhom ingħata sussidju kbir, mingħajr ma jitħallas lura, lill-operatur tal-Istat ta’ infrastruttura ferrovjarja lokali u fornitur ta’ servizzi ta’ trasport lokali għal passiġġieri, minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja serja tiegħu. Barra minn hekk, it-tiżmim tal-azzjonijiet kollha tal-Istat għand dak l-operatur kien ittrasferit, mingħajr korrispettiv, lill-operatur tal-Istat tal-infrastruttura ferrovjarja nazzjonali, bil-kundizzjoni li dan tal-aħħar ikun obbligat jirriprestina l-vijabbiltà finanzjarja tal-kumpannija ttrasferita. Il-legalità ta’ dawk il-miżuri kienet ikkontestata minn fornituri oħra ta’ servizzi ta’ trasport lokali għal passiġġieri li kienu esprimew, inutilment, interess fit-trasferiment. Il-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja) jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tgħid jekk dawk il-miżuri jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Dan il-kawża tippreżenta lill-Qorti tal-Ġustizzja bl-opportunità li tipprovdi gwida dwar il-kunċetti ta’ vantaġġ u distorsjoni tal-kompetizzjoni għall-fini ta’ klassifikazzjoni ta’ intervent mill-Istat bħala għajnuna mill-Istat. Domanda li għandu jkun hemm risposta għaliha mill-Qorti tal-Ġustizzja hija jekk kienx ingħata vantaġġ lix-xerrej, minkejja li kien intrabat jirripristina l-vijabbiltà tal-operatur lokali, u jekk il-benefiċjarju tat-trasferiment huwiex ix-xerrej (jekk il-vijabbiltà tal-kumpannija ttrasferita tista’ tiġi rripristinata u terġa’ tibda tagħmel qligħ) jew il-kumpannija ttrasferita (li tibbenefika mill-obbligu tax-xerrej li jirripristina l-vijabbiltà tagħha). Domanda oħra għall-Qorti tal-Ġustizzja hija jekk il-fatt li l-benefiċjarju (jew il-benefiċjarji) ta’ għajnuna, ikun jopera fi swieq suġġetti għal monopolji legali u, għalhekk, ma jkunux miftuħa għall-kompetizzjoni, jipprekludix li jinstab li l-għajnuna tista’ toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dritt Taljan</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi tal‑2016 dwar l-Istabbiltà</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fl-Artikolu 1(867) tal-Liġi tal‑2016 dwar l-Istabbiltà<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Legge <DATE ISO="20151228">28 dicembre 2015</DATE>, n. 208 — Disposizioni per la formazione del bilancio annuale e pluriannuale dello Stato (legge di stabilità 2016) (il-Liġi tat‑<DATE ISO="20151228">28 ta’ Diċembru 2015</DATE>, Nru 208, li Tistabbilixxi Dispożizzjonijiet sabiex Jitħejja l-Baġit Annwali u Pluriannwali tal-Istat) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Liġi tal‑2016 dwar l-Istabbiltà<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</P></NOTE>, l-Istat Taljan ipprovda sabiex Ferrovie del Sud Est e Servizi Automobilistici Srl (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>FSE<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) kellha titqiegħed għall-proċedura ta’ insolvenza minħabba <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>s-sitwazzjoni finanzjarja serja<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> tagħha. Din kellha titwettaq permezz ta’ digriet tal-Ministro delle Infrastrutture e dei Trasporti (il-Ministru għall-Infrastruttura u għat-Trasport, l-Italja) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>MIT<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>It-tieni u l-ħames sentenza tal-Artikolu 1(867) tal-Liġi tal‑2016 dwar l-Istabbiltà jitolbu lill-kummissarju speċjali, rispettivament, sabiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>iħejji pjan għal ristrutturar industrijali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> li tikkonċentra fuq it-tnaqqis ta’ spejjeż operattivi, u jissottometti proposti lill-MIT <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>għat-trasferiment jew għat-tneħħija [ta’ FSE] skont kriterji u proċeduri ddefiniti b’digriet<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> mill-MIT. Barra minn hekk, is-sitt u l-aħħar sentenza tal-Artikolu 1(867) tal-Liġi tal‑2016 dwar l-Istabbiltà jipprovdu li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>sakemm jitwettaq il-pjan ta’ ristrutturar imsemmi diġà, sabiex ikun żgurat li [FSE] tkompli taħdem, tkun awtorizzata n-nefqa ta’ [EUR 70 miljun] għas-sena 2016<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-Digriet Nru 9/2016</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tad-Digriet Nru 9/2016<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Decreto del Ministro delle Infrastrutture e dei Trasporti del <DATE ISO="20160112">12 gennaio 2016</DATE>, n. 9 (id-Digriet tal-Ministru għall-Infrastruttura u għat-Trasport tat‑<DATE ISO="20160112">12 ta’ Jannar 2016</DATE>, Nru 9) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Digriet Nru 9/2016<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>).</P></NOTE> jipprovdi li FSE kellha titqiegħed għall-proċedura ta’ insolvenza u stabbilixxa li s-somma ta’ EUR 70 miljun allokata skont il-Liġi tal‑2016 dwar l-Istabbiltà kienet intiża bħala żieda tal-kapital ta’ FSE, li seta’ jintuża anki mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel tal-azzjonist pubbliku <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>sabiex ikun żgurat li s-servizz pubbliku pprovdut [minn FSE] jitkompla b’mod regolari billi jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex ikun żgurat li n-negozju jibqa’ għaddej u sabiex jiġi rripristinat il-bilanċ ekonomiku u finanzjarju [ta’ FSE]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-Digriet Nru 264/2016</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Id-Digriet Nru 264/2016<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Decreto del Ministro delle Infrastrutture e dei Trasporti del <DATE ISO="20160804">4 agosto 2016</DATE>, n. 264 (id-Digriet tal-Ministru għall-Infrastruttura u għat-Trasport tal‑<DATE ISO="20160804">4 ta’ Awwissu 2016</DATE>, Nru 264) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Digriet Nru 264/2016<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>).</P></NOTE> jipprovdi għat-trasferiment tat-tiżmim tal-azzjonijiet kollha tal-MIT fil-kapital ta’ FSE lil Ferrovie dello Stato Italiane SpA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>FSI<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), kumpannija li min-naħa tagħha hija proprjetà kollha hemm hija tal-Ministero dell’Economia e delle Finanze (il-Ministeru għall-Ekonomija u għall-Finanzi, l-Italja) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>MEF<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Ix-xerrej kien magħżul abbażi tal-kriterji elenkati fl-Artikolu 1(1) tad-Digriet Nru 264/2016, jiġifieri: (a) <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>l-effiċjenza tat-tiżmim tal-azzjonijiet pubbliċi fil-kuntest ta’ riorganizzazzjoni f’entità ekonomika waħda miżmuma mill-istess sid (korp tal-Istat)<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>; (b) <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>il-pussess, mix-xerrej, ta’ kapaċità u assi industrijali biżżejjed sabiex ikun żgurat li jitkomplew l-impjiegi u s-servizzi u sabiex tingħata garanzija lil kredituri […]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> u (c) <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>ir-ristrutturar tal-kumpannija, filwaqt li jitqies il-valur nett negattiv tal-ishma [ta’ FSE]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Meqjusa dawk il-kriterji, l-Artikolu 2(2) tad-Digriet Nru 264/2016 jgħid li t-trasferiment lil FSI jkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>mingħajr korrispettiv<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">D.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-att ta’ trasferiment</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Permezz ta’ att tat‑<DATE ISO="20161128">28 ta’ Novembru 2016</DATE>, iċċertifikat minn nutar, (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>att ta’ trasferiment<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>), il-MIT ittrasferixxa lil FSI t-tiżmim tal-azzjonijiet kollha tiegħu fil-kapital ta’ FSE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>B’memorandum fl-istess jum (iktar ’il quiddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>memorandum ministerjali<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>), il-MIT stabbilixxa li kienu tħarsu l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 1(1) tad-Digriet Nru 264/2016. B’mod partikolari, skont dak il-memorandum, FSI ntrabtet li tirrimedja s-sitwazzjoni ta’ żbilanċ fl-assi ta’ FSE. Madankollu, skont il-memorandum ministerjali, l-Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato (l-Awtorità tal-Kompetizzjoni u tar-Regoli tas-Suq, l-Italja) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>AGCM<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>) kienet iddeċidiet li ma tibdiex il-proċedura ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 16(4) tal-Liġi Nru 287/1990<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Legge <DATE ISO="19901010">10 ottobre 1990</DATE>, n. 287 – Norme per la tutela della concorrenza e del mercato (il-Liġi tal‑<DATE ISO="19901010">10 ta’ Ottubru 1990</DATE>, Nru 287, li Tadotta Dispożizzjonijiet għall-Protezzjoni tal-Kompetizzjoni u tas-Suq) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Liġi Nru 287/1990<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>).</P></NOTE> b’rabta mat-trasferiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-memorandum ministerjali jgħid li l-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun skont l-Artikolu 1(867) tal-Liġi tal‑2016 dwar l-Istabbiltà <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>għandha tintuża – bla ħsara għal restrizzjoni esklużiva ta’ użu – sabiex tkopri l-ħtiġijiet finanzjarji tal-infrastruttura ferrovjarja [ta’ FSE], f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">E.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-Digriet-Liġi Nru 50/2017</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Wara t-trasferiment, l-Artikolu 47(7) tad-Digriet-Liġi Nru 50/2017<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Decreto-legge <DATE ISO="20170424">24 aprile 2017</DATE>, n. 50 – Disposizioni urgenti in materia finanziaria, iniziative a favore degli enti territoriali, ulteriori interventi per le zone colpite da eventi sismici e misure per lo sviluppo (id-Digriet-Liġi tal‑<DATE ISO="20170424">24 ta’ April 2017</DATE>, Nru 50 – Dispożizzjonijiet finanzjarji urġenti, inizjattivi favur entitajiet territorjali, interventi għaż-żoni milquta minn ċaqliq sismiku, u miżuri għall-iżvilupp) (iktar ’il quddiem id-“Digriet-Liġi Nru 50/2017). Dak id-digriet-liġi wara nbidel f’liġi.</P></NOTE> ħa post l-aħħar sentenza tal-Artikolu 1(867) tal-Liġi tal‑2016 dwar l-Istabbiltà bil-kliem li ġej: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Bla ħsara għall-obbligi stabbiliti f’dan il-paragrafu, għandha tkun awtorizzata n-nefqa ta’ EUR 70 miljun għall‑2016. Ir-riżorsi korrispondenti għandhom jiġu ttrasferiti għall-kapital [ta’ FSE], li għandhom jintużaw, skont ir-regoli [tal-Unjoni] f’dan il-qasam u b’rabta mal-pjan għar-ristrutturar tal-kumpannija, sabiex ikopru biss l-obbligazzjonijiet, fejn applikabbli u li kienu diġà jeżistu, u għall-ħtiġijiet finanzjarji tas-settur tal-infrastruttura. L-atti, il-miżuri u l-operazzjonijiet diġà implimentati skont [id-Digriet Nru 264/2016] ma għandhomx jintlaqtu.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari magħmula</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>FSE, impriża dak iż-żmien proprjetà kollha tal-MIT, tħaddem infrastruttura ferrovjarja li hija proprjetà tar-Regione Puglia (ir-Reġjun tal-Puglia, l-Italja) u tipprovdi servizzi ta’ trasport ferrovjarju pubbliku għal passiġġieri u servizzi relatati mat-trasport bit-triq f’żona tal-Puglia (fis-Salento).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja serja tagħha FSE tqiegħdet għall-proċedura ta’ insolvenza mill-Istat Taljan, skont l-Artikolu 1(867) tal-Liġi tal‑2016 dwar l-Istabbiltà u tad-Digriet Nru 9/2016. L-Istat Taljan awtorizza wkoll allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun sabiex jiggarantixxi li s-servizzi mħaddma minn FSE jkomplu joperaw matul l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20160804">4 ta’ Awwissu 2016</DATE> id-Digriet Nru 264/2016 ipprovda għat-trasferiment tat-tiżmim tal-azzjonijiet kollha tal-MIT fil-kapital ta’ FSE għal FSI, impriża proprjetà kollha tal-MEF u l-kumpannija holding ta’ grupp li (permezz tar-Rete Ferroviaria SpA, sussidjarja ta’ FSI) tħaddem l-infrastruttura ferrovjarja nazzjonali u (permezz ta’ Trenitalia SpA [iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Trenitalia<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>],<?PAGE NO="5"?> sussidjarja proprjetà kollha ta’ FSI), tipprovdi servizzi ta’ trasport ferrovjarju u bit-triq għal passiġġieri u merkanzija. It-trasferiment kien mingħajr korrispettiv. Hija kienet obbligata minn FSI, tirrimedja s-sitwazzjoni ta’ żbilanċ fl-assi ta’ FSE. Ma saret ebda proċedura ta’ sejħa kompetittiva għal offerti għall-għażla tax-xerrej ta’ FSE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20161012">12 ta’ Ottubru 2016</DATE>, skont l-Artikoli 20 u 21 tal-Liġi Nru 287/1990, l-AGCM bagħtet avviż lill-Gvern Taljan dwar it-trasferiment ippjanat tat-tiżmim tal-azzjonijiet tal-MIT fi FSE u dwar l-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun minħabba li, fil-fehma tagħha, dik l-operazzjoni setgħet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Segnalazione dell’AGCM del <DATE ISO="20161012">12 ottobre 2016</DATE>, n. AS1309 – Trasporto ferroviario regionale (Notifika mill-AGCM tat‑<DATE ISO="20161012">12 ta’ Ottubru 2016</DATE>, Nru AS1309 – Trasport ferrovjarju reġjonali) (iktar ’il quddim in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>notifika tal-AGCM<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Arriva Italia Srl (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Arriva Italia<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>), Ferrotramviaria SpA (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Ferrotramviaria<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>) u Consorzio Trasporti Aziende Pugliesi (CO.TRA.P) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Consorzio Trasporti Aziende Pugliesi<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>), li kollha joperaw fis-settur tat-trasport pubbliku ferrovjarju u bit-triq, kienu wrew interess li jakkwistaw FSE. Fl‑<DATE ISO="20161024">24 ta’ Ottubru 2016</DATE>, dawk il-kumpanniji fetħu kawża għall-annullament tad-Digriet Nru 264/2016 quddiem it-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali għal-Lazio, l-Italja). Huma ssottomettew li l-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun u t-trasferiment tat-tiżmim tal-azzjonijet fi FSE kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, u li, meta naqas li jinforma lill-Kummissjoni dwar tali miżuri u fl-implimentazzjoni tagħhom, l-Istat Taljan aġixxa bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20161121">21 ta’ Novembru 2016</DATE> l-AGCM, fl-eżerċizzju tas-setgħa tagħha li tawtorizza konċentrazzjonijiet, iddeċidiet li ma tibdiex il-proċedura ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 16(4) tal-Liġi Nru 287/1990 b’rabta mal-avviż tat-trasferiment lil FSI tat-tiżmim tal-azzjonijiet tal-MIT fi FSE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Decisione dell’AGCM del <DATE ISO="20161116">16 novembre 2016</DATE>, C12067 – Ferrovie dello Stato Italiane/Ferrovie del Sud-Est e Servizi Automobilistici, provvedimento n. 26234 – Non avvio istruttoria (Deċiżjoni tal-AGCM tas‑<DATE ISO="20161116">16 ta’ Novembru 2016</DATE>, C12067 – Ferrovie dello Stato Italiane/Ferrovie del Sud-Est e Servizi Automobilistici, Digriet Nru 26234 – Ebda ftuħ ta’ investigazzjoni) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>deċiżjoni tal-AGCM<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20161128">28 ta’ Novembru 2016</DATE> kien implimentat it-trasferiment permezz tal-att ta’ trasferiment imsemmi fil-punt 9 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>F’Jannar 2017, FSE ppreżentat rikors mat-Tribunale di Bari (il-Qorti Distrettwali ta’ Bari, l-Italja) fejn talbet sabiex tidħol f’arranġament mal-kredituri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>B’sentenza tal‑<DATE ISO="20170531">31 ta’ Mejju 2017</DATE> it-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali għal-Lazio) ċaħad it-talba miġjuba quddiemu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Arriva Italia, Ferrotramviaria u Consorzio Trasporti Aziende Pugliesi ressqu appell quddiem il-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Il-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat) issospenda l-proċeduri quddiemu u għamel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>(1)</NO.P><TXT>Fiċ-ċirkustanzi fattwali u legali esposti iktar ’il fuq, miżura li tikkonsisti fl-allokazzjoni permezz ta’ liġi ta’ somma ta’ EUR 70 miljun lil operatur fis-settur tat-trasport ferrovjarju, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti [bl-Artikolu 1(867) tal-Liġi tal‑2016 dwar l-istabbiltà], kif emendata bid-[Digriet‑Liġi Nru 50/2017], segwita bit-trasferiment minn dan l-operatur favur operatur ekonomiku ieħor, mingħajr proċedura ta’ sejħa għal offerti u mingħajr korrispettiv, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Jekk dan huwa l-każ, għandu jiġi stabblilit jekk l-għajnuna inkwistjoni hijiex madankollu kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, u liema huma l-konsegwenzi fattwali tan-nuqqas ta’ notifika tagħha konformement mal-Artikolu 10[8](3) TFUE?<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ir-referenza, fit-tieni domanda magħmula mill-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat), għall-Artikolu 107(3) TFUE ovvjament għandha tinqara bħala referenza għall-Artikolu 108(3) TFUE.</P></NOTE></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Osservazzjonijiet bil-miktub kienu ssottomessi kollettivament minn Arriva Italia, Ferrotramviaria u Consorzio Trasporti Aziende Pugliesi. FSI, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Polonja u l-Kummissjoni Ewropea wkoll issottomettew osservazzjonijiet bil-miktub. Dawn il-partijiet, bl-eċċezzjoni tar-Repubblika tal-Polonja, għamlu sottomissjonijiet orali fis-seduta tat‑<DATE ISO="20190508">8 ta’ Mejju 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Kif mitlub mill-Qorti tal-Ġustizzja, f’dawn il-konklużjonijiet ser nillimita lili nnifsi għall-eżami tal-ewwel domanda magħmula.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Permezz ta’ dik id-domanda l-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk l-allokazzjoni statutorja ta’ EUR 70 miljun lil operatur lokali fis-settur tat-trasport ferrovjarju, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-Liġi tal‑2016 dwar l-Istabbiltà, kif emendata bid-Digriet-Liġi Nru 50/2017, u t-trasferiment sussegwenti mingħand dak l-operatur lokali għall-operatur proprjetà tal-Istat tal-infrastruttura ferrovjarja nazzjonali, mingħajr proċedura ta’ sejħa kompetittiva għall-offerti u mingħajr korrispettiv, jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ser nevalwa jekk l-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, u, it-tieni nett, jekk it-trasferiment lil FSI tat-tiżmim tal-azzjonijiet tal-MIT fi FSE jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Jeħtieġ li nispeċifika li, għalkemm it-talba tal-azzjoni fil-kawżi prinċipali hija għall-annullament tad-Digriet Nru 264/2016, li jipprevedi t-trasferiment ta’ FSE iżda li ma jikkonċernax l-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun, huwa ċar mid-domandi magħmula u mir-raġunijiet għat-talba għal deċiżjoni preliminari li d-domanda magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja hija jekk din l-aħħar miżura kif ukoll dik tal-ewwel jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Kif imsemmi iktar ’il fuq, l-Artikolu 1(867) tal-Liġi tal‑2016 dwar l-Istabbiltà awtorizza l-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun għall-benefiċċju ta’ FSE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, il-klassifikazzjoni ta’ miżura nazzjonali bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> teħtieġ li jitħarsu l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin. L-ewwel, għandu jkun hemm intervent mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat. It-tieni, l-intervent għandu jkun jista’ jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. It-tielet, l-intervent għandu jagħti vantaġġ selettiv lill-benefiċjarju. Ir-raba’, huwa għandu jwassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190123">23 ta’ Jannar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Fallimento Traghetti del Mediterraneo</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑387/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:51">EU:C:2019:51</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190515">15 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Achema <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑706/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:407">EU:C:2019:407</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Ser neżamina hawn taħt jekk hijiex titħares kull waħda minn dawn il-kundizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Intervent mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, sabiex vantaġġi jkunu jistgħu jiġu kklassifikati bħala għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE, huma għandhom jingħataw direttament jew indirettament permezz ta’ riżorsi tal-Istat u jkunu attribwibbli lill-Istat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170913">13 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>ENEA</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑329/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:671">EU:C:2017:671</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190515">15 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Achema <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑706/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:407">EU:C:2019:407</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, fir-rigward tal-kundizzjoni dwar li jkunu qegħdin jingħataw riżorsi tal-Istat, hija ġurisprudenza stabbilita li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> jinkludi mhux biss benefiċċji pożittivi, bħal sussidji, iżda wkoll miżuri li, f’forom differenti, itaffu l-ispejjeż li normalment ikunu inklużi fil-baġit ta’ impriża u li, għalhekk, mingħajr ma jkunu sussidji fil-veru sens tal-kelma, ikunu simili fin-natura tagħhom u jkollhom l-istess effett<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150114">14 ta’ Jannar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Eventech</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑518/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:9">EU:C:2015:9</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170518">18 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Fondul Proprietatea</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑150/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:388">EU:C:2017:388</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>F’dan il-każ ma hemmx dubju li l-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun għandha titqies bħala trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat minħabba li dik in-nefqa kienet awtorizzata minn liġi finanzjarja, jiġifieri l-Liġi tal‑2016 dwar l-Istabbiltà, u, kif qalet il-qorti tar-rinviju, għandha titħallas mill-baġit tal-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>It-tieni nett, fir-rigward tal-kundizzjoni li l-miżura hija attribwibbli lill-Istat, jeħtieġ li jiġi eżaminat jekk l-awtoritajiet pubbliċi kellhomx x’jaqsmu fl-adozzjoni ta’ dik il-miżura<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170913">13 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>ENEA</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑329/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:671">EU:C:2017:671</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190328">28 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Ġermanja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑405/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:268">EU:C:2019:268</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>F’dan il-każ dawn kellhom x’jaqsmu minħabba li l-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun kienet awtorizzata bl-Artikolu 1(867) tal-Liġi tal‑2016 dwar l-Istabbiltà, kif emendata bl-Artikolu 47(7) tad-Digriet-Liġi Nru 50/2017.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Madankollu, qabel ma jkun jista’ jiġi konkluż li l-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun tħares l-ewwel kundizzjoni fil-punt 29 iktar ’il fuq, jeħtieġ li tkun eżaminata l-oġġezzjoni magħmula mill-qorti tar-rinviju, li tqis li huwa dubjuż jekk l-għajnuna tistax titqies li ngħatat minħabba li ma hemmx prova li nħarġu flus mill-baġit tal-Istat u l-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun ma tidhirx li kienet tħallset.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Ninnota li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, għajnuna għandha titqies li tkun ingħatat fil-mument li d-dritt ta’ min jirċeviha jkun ingħatalu skont ir-regoli nazzjonali applikabbli. Huwa għall-qorti tar-rinviju li għandha tistabbilixxi, abbażi tad-dritt nazzjonali applikabbli, meta dik l-għajnuna għandha titqies li tkun ingħatat. Għal dan l-għan dik il-qorti għandha tqis il-kundizzjonijiet kollha imposti mid-dritt nazzjonali sabiex tinkiseb l-għajnuna inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010215">15 ta’ Frar 2001</DATE>, <NAME.CASE>L‑Awstrija vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑99/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:94">EU:C:2001:94</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130321">21 ta’ Marzu 2013</DATE>, <NAME.CASE>Magdeburger Mühlenwerke</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑129/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:200">EU:C:2013:200</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161005">5 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Diputación Foral de Bizkaia vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑426/15 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:757">EU:C:2016:757</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170706">6 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Nerea</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑245/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:521">EU:C:2017:521</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Għalhekk għajnuna ma titqiesx li tkun ingħatat fil-mument li hija titħallas lill-benefiċjarju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Huwa minnu li fil-kawża France Télécom il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-għajnuna għandha titqies li tkun ingħatat fil-mument li fih il-benefiċjarju jirċeviha (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111208">8 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>France Télécom vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑81/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:811">EU:C:2011:811</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>)). Madankollu, is-soluzzjoni adottata fil-kawża France Télécom tapplika biss fil-każ ta’ skemi ta’ għajnuna tul ħafna snin, minħabba li dawk l-iskemi jinvolvu ħlasijiet jew vantaġġi mogħtija minn żmien għal żmien, bir-riżultat li d-data li fiha l-att li jikkostitwixxi l-bażi legali tal-għajnuna hija adottata u d-data li fiha l-impriża fil-fatt tingħata l-għajnuna jkunu dati kunsiderevolment ’il bogħod minn xulxin. Is-soluzzjoni adottata fil-kawża France Télécom ma tapplikax jekk l-għajnuna <HT TYPE="ITALIC">ma tingħatax</HT> skont skema abbażi ta’ ħafna snin, kif huwa l-każ hawnhekk (ara d-digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161005">5 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Diputación Foral de Bizkaia vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑426/15 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:757">EU:C:2016:757</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u s-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181129">29 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>ARFEA vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑720/16</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:853">EU:T:2018:853</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0179">179</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0182">182</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>)).</P></NOTE>, u huwa irrilevanti li, kif kien evidenti fis-seduta, l-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun kienet għadha ma tħallsitx<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Fis-seduta FSI u l-Gvern Taljan iddikjaraw, mingħajr ma ġew ikkontradetti, li l-allokazzjoni ma kinitx tħallset.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi aċċertat jekk id-dritt li wieħed jirċievi dik l-allokazzjoni jkunx ingħata skont il-liġi Taljana. Għal dak l-għan il-qorti tar-rinviju għandha, kif ingħad fil-punt 37 iktar ’il fuq, tiddetermina jekk FSE kinitx ingħatat dritt inkundizzjonat li tirċievi l-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun, jew jekk kinitx ingħatat dritt kundizzjonat u, jekk huwa hekk, kinux tħarsu l-kundizzjonijiet li għalihom dak id-dritt kien suġġett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Dwar dan, ninnota li fis-seduta FSI indikat li, skont l-Artikolu 1(867) tal-Liġi tal‑2016 dwar l-Istabbiltà u d-Digriet Nru 9/2016, id-dritt għall-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun kien suġġett, l-ewwel nett, għas-sottomissjoni u l-approvazzjoni ta’ pjan ta’ ristrutturar għall-konferma tal-vijabbiltà ta’ FSE, u, it-tieni nett, għall-approvazzjoni tal-baġit ta’ FSE għall-2015. Madankollu ma kienx iffinalizzat pjan ta’ ristrutturar minħabba li, wara iktar stħarriġ mill-kummissarju speċjali, l-istrutturar sempliċi ta’ FSE ma kienx għadu jidher bħala għażla vijabbli. Minflok, kien adottat id-Digriet Nru 264/2016, li kien jipprovdi għat-trasferiment lil FSI tat-tiżmim tal-azzjonijiet tal-MIT fi FSE u għall-obbligu korrispondenti fuq FSI li tirripristina l-vijabbiltà ta’ FSE. Għalhekk, qatt ma tħarset il-kundizzjoni għall-adozzjoni u l-approvazzjoni ta’ pjan ta’ ristrutturar li għaliha kien suġġett id-dritt għall-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun, sabiex b’hekk, skont FSI, FSE qatt ma kisbet dak id-dritt. Sabiex isostni l-pożizzjoni ta’ FSI l-Gvern Taljan iddikjara, fis-seduta, li l-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun kienet ġiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>sospiża<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Kuntrarju għal dan, Arriva Italia ssostni, fis-seduta, li l-kummissarju speċjali seta’ jħallas l-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun mill-jum li fih beda japplika d-Digriet Nru 9/2016, li jimplimenta l-Artikolu 1(867) tal-Liġi tal‑2016 dwar l-Istabbiltà. Barra minn hekk, hija sostniet li dik is-somma kienet iddaħħlet fil-karta tal-bilanċ ta’ FSE bħala linja ta’ kreditu favur l-Istat, sabiex b’hekk FSE għandha titqies li għandha dritt għall-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun. Il-Kummissjoni ssostni l-pożizzjoni ta’ Arriva Italia.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Filwaqt li huwa għall-qorti tar-rinviju li tiddeċiedi bejn dawk il-pożizzjonijiet, jiena pjuttost inqis li l-Artikolu 1(867) tal-Liġi tal‑2016 dwar l-Istabbiltà jagħti lil FSE dritt inkundizzjonat għall-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-partijiet ma jaqblux dwar l-interpretazzjoni tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 1(867) tal-Liġi tal‑2016 dwar l-Istabbiltà, li tgħid li dik l-allokazzjoni kienet awtorizzata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>nelle more dell’attuazione del piano di risanamento<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>sakemm jitwettaq il-pjan ta’ ristrutturar<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>). Fis-seduta Arriva Italia ssottomettiet li l-frażi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>nelle more<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> kellha tinftiehem bħala li tfisser li l-allokazzjoni kienet awtorizzata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>minnufih<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, filwaqt li FSI argumentat li kienet tfisser <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>matul<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> (l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>B’sostenn għall-pożizzjoni ta’ FSI, għandu jitqies ukoll il-memorandum ministerjali li jgħid li l-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>titħallas wara li [FSE] tegħleb il-kriżi tagħha<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>. Dan jissuġġerixxi li l-fatt li l-vijabbiltà finanzjarja ta’ FSE tkun irripristinata hija kundizzjoni sabiex tingħata l-allokazzjoni.</P></NOTE>. Filwaqt li nifhem li l-aħħar sentenza tal-Artikolu 1(867) tal-Liġi tal‑2016 dwar l-Istabbiltà hija kemxejn ambigwa, ninnota li r-referenza <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>biex ikun żgurat li [FSE] tkompli topera<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> tissuġġerixxi li l-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun tfittex li tiżgura li FSE setgħet twettaq l-attivitajiet tagħha u tibqa’ fis-suq waqt li l-kummissarju speċjali jħejji l-pjan ta’ ristrutturar. Għalhekk jidhirli li, kif argumentat Arriva Italia, FSE kisbet dritt għall-allokazzjoni meta daħal fis-seħħ id-Digriet Nru 9/2016, li jimplimenta l-Artikolu 1(867) tal-Liġi tal‑2016 dwar l-Istabbiltà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Dan għandu jkun għall-qorti tar-rinviju li tivverifika. Ikolli ninnota, madankollu, li kieku dik il-qorti kellha ssib li d-dritt għall-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun kien kundizzjonat u li l-kundizzjonijiet li għalihom dak id-dritt kien suġġett ma jkunux tħarsu, ma kienx jinkiseb id-dritt għall-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun. Konsegwentement, dik l-allokazzjoni ma titqiesx bħala għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Dwar it-tieni kundizzjoni msemmija fil-punt 29 iktar ’il fuq, hija ġurisprudenza stabbilita li, għall-fini ta’ klassifikazzjoni ta’ miżura nazzjonali bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, jeħtieġ, mhux li jkun stabbilit li l-għajnuna jkollha effett reali fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri jew li attwalment ikun hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni, iżda biss li jkun eżaminat jekk dik l-għajnuna tkunx tista’ tolqot il-kummerċ u toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni. Madankollu, l-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri ma jistax ikun purament ipotetiku jew preżunt. Għalhekk, jeħtieġ li tkun stabbilita r-raġuni għaliex il-miżura inkwistjoni toħloq distorsjoni jew thedded li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni u jkun jista’ jkollha, mill-effetti prevedibbli tagħha, impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060110">10 ta’ Jannar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Cassa di Risparmio di Firenze et</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑222/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:8">EU:C:2006:8</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0140">140</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090430">30 ta’ April 2009</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Italja u Wam</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑494/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:272">EU:C:2009:272</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150114">14 ta’ Jannar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Eventech</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑518/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:9">EU:C:2015:9</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170518">18 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Fondul Proprietatea</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑150/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:388">EU:C:2017:388</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190515">15 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Achema <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑706/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:407">EU:C:2019:407</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0124">124</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Dwar dan ma jeħtieġx li l-impriża benefiċjarja nnifisha jkollha x’taqsam fil-kummerċ ġewwa l-Unjoni. Fejn Stat Membru jagħti għajnuna lil impriża, l-attività interna tkun tista’ tibqa’ tinżamm jew tiżdied minħabba f’hekk, sabiex b’hekk l-opportunitajiet għal impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra sabiex jidħlu fis-suq f’dak l-Istat Membru jitnaqqsu bħala riżultat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150114">14 ta’ Jannar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Eventech</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑518/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:9">EU:C:2015:9</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170518">18 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Fondul Proprietatea</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑150/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:388">EU:C:2017:388</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>FSI, bl-appoġġ tal-Gvern Taljan u tal-Gvern Pollakk, issostni li l-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun ma tistax tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri minħabba li l-infrastruttura ferrovjarja inkwistjoni hija purament lokali. Il-Kummissjoni hija ta’ fehma kuntrarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi l-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun lil FSE tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Ċertament, ma jidhirx li FSE għandha x’taqsam fil-kummerċ ma’ Stati Membri oħra. Madankollu, dik l-allokazzjoni naqqset il-possibbiltà għal Arriva Italia, sussidjarja tal-grupp Ġermaniż Deutsche Bahn, li tħaddem l-infrastruttura ferrovjarja fdata lil FSE jew li tipprovdi servizzi ta’ trasport lil passiġġieri fuq dik l-infrastruttura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Vantaġġ selettiv mogħti lill-benefiċjarju</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Dwar it-tielet kundizzjoni msemmija fil-punt 29 iktar ’il fuq, għandu jiġi nnotat li, skont ġurisprudenza stabbilita, miżuri li, tkun xi tkun l-għamla tagħhom, x’aktarx jiffavorixxu ċerti impriżi jew li għandhom jitqiesu bħala vantaġġ ekonomiku li l-impriża benefiċjarja ma kinitx tikseb b’kundizzjonijiet normali tas-suq, jitqiesu bħala għajnuna mill-Istat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190515">15 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Achema <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑706/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:407">EU:C:2019:407</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ impriżi pubbliċi dik l-evalwazzjoni ssir billi jiġi applikat, bħala prinċipju, il-kriterju ta’ investitur privat. Sabiex ikun evalwat jekk l-istess miżura kinitx tkun adottata f’kundizzjonijiet normali tas-suq minn investitur privat f’sitwazzjoni kemm jista’ jkun simili għal dik tal-Istat, għandhom jitqiesu biss il-benefiċċji u l-obbligi relatati mas-sitwazzjoni tal-Istat bħala azzjonist, bl-esklużjoni ta’ dawk relatati mas-sitwazzjoni tiegħu bħala awtorità pubblika. Minn dan isegwi li għandha ssir distinzjoni bejn il-funzjonijiet tal-Istat bħala azzjonist ta’ impriża, minn naħa, u dawk tal-Istat li jaġixxi bħala awtorità pubblika, min-naħa l-oħra. Jekk il-kriterju ta’ investitur privat jistax jiġi applikat jiddependi finalment, għalhekk, minn jekk l-Istat Membru konċernat ikunx ta, fil-kwalità tiegħu ta’ azzjonist u mhux fil-kwalità tiegħu ta’ awtorità pubblika, vantaġġ ekonomiku lil impriża li tkun tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120605">5 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs EDF</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑124/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:318">EU:C:2012:318</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140904">4 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>SNCM u Franza vs Corsica Ferries France</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑533/12 P u C‑536/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2142">EU:C:2014:2142</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>F’din il-kawża għandu jiġi stabbilit jekk l-Artikolu 1(867) tal-Liġi tal‑2016 dwar l-Istabbiltà, li awtorizza li l-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun ma titħallasx mill-ġdid għall-benefiċċju ta’ FSE, tax vantaġġ lil dik l-impriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Jiena tal-fehma li, f’dan il-każ, mhux probabbli li jista’ jiġi applikat il-kriterju ta’ investitur privat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Tabilħaqq, skont il-ġurisprudenza, jekk ikun hemm dubju, għandha tingħata prova oġġettiva u verifikabbli li l-miżura inkwistjoni għandha tiġi attribwita lill-Istat li jaġixxi bħala azzjonist. Dwar dan jista’ jkun meħtieġ, b’mod partikolari, li tinġieb prova li tkun turi li d-deċiżjoni tkun ibbażata fuq evalwazzjonijiet ekonomiċi li jkunu jistgħu jitqabblu, fiċ-ċirkustanzi, ma’ dawk ta’ investitur privat razzjonali f’sitwazzjoni kemm jista’ jkun simili għal dik tal-Istat Membru kien jagħmel, qabel ma jinvesti, sabiex jiddetermina kemm ikun ser jagħmel qligħ fil-ġejjieni. Ma huwiex biżżejjed li wieħed joqgħod fuq evalwazzjonijiet ekonomiċi magħmula wara li jkun ingħata l-vantaġġ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120605">5 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs EDF</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑124/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:318">EU:C:2012:318</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Għandi ninnota li ma hemmx prova li kienet saret evalwazzjoni ekonomika mill-Istat Taljan, qabel l-adozzjoni, fit‑<DATE ISO="20151228">28 ta’ Diċembru 2015</DATE>, tal-Liġi tal‑2016 dwar l-Istabbiltà, ta’ kemm dak l-investiment seta’ jkollu qligħ. Bla dubju, ir-rapport tekniku mehmuż mal-Liġi jagħmel referenza għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>analiżi ekonomika u finanzjarja<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> li kienet twettqet mit-tmexxija ta’ FSE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Skont il-Kummissjoni dik l-analiżi probabbilment saret bejn l-aħħar ta’ Novembru u l-bidu ta’ Diċembru 2015.</P></NOTE>. Madankollu, ma hemmx indikazzjoni li dik l-analiżi kellha l-għan li tiddetermina kemm seta’ jkun il-qligħ ta’ dak l-investiment. Kif issottomettiet il-Kummissjoni fis-seduta, meta l-Gvern Taljan iddeċieda li jagħmel dak l-investiment, ma kellux stampa ċara tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ FSE, meqjus li l-Artikolu 1(867) tal-Liġi tal‑2016 dwar l-Istabbiltà jitlob ukoll li l-kummissarju speċjali jħejji rapport iddettaljat dwar is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ FSE. Minn dan isegwi li l-Istat Taljan ma kellux l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiddetermina jekk l-investiment setax jagħmel qligħ. Konsegwentement, jidhirli li, meta ddeċieda dwar l-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun, l-Istat Taljan ma aġixxiex bħala azzjonist, bir-riżultat li l-kriterju ta’ investitur privat ma jistax jiġi applikat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Madankollu, jekk il-qorti tar-rinviju tqis, b’mod partikolari, abbażi ta’ informazzjoni addizzjonali, li l-kriterju ta’ investitur privat seta’ jiġi applikat, dak il-kriterju, fil-fehma tiegħi, ma jkunx tħares. Huwa dubjuż li investitur privat kien jagħti EUR 70 miljun lill-kumpannija f’sitwazzjoni finanzjarja serja bħal dik ta’ FSE, li, fl-aħħar tal-2015, kellha ishma b’valur negattiv li kien jammonta għal madwar EUR 200 miljun<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Skont il-karta ta’ bilanċ ta’ FSE għall‑2015, kif approvata (tardivament) mill-bord tagħha fit‑<DATE ISO="20170403">3 ta’ April 2017</DATE>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Nikkonkludi li, meta FSE ngħatat allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun, l-Artikolu 1(867) tal-Liġi tal‑2016 dwar l-Istabbiltà ta vantaġġ lil dik l-impriża. Dak il-vantaġġ huwa mingħajr dubju selettiv, minħabba li l-allokazzjoni qiegħda tingħata lil impriża partikolari waħda, jiġifieri FSE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">4.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Distorsjoni tal-kompetizzjoni jew theddida għaliha</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Dwar ir-raba’ kundizzjoni għall-klassifikazzjoni bħala għajnuna mill-Istat, nirreferi għall-ġurisprudenza msemmija fil-punt 45 iktar ’il fuq u għall-ġurisprudenza li skontha meta għajnuna mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ impriża mqabbla ma’ impriżi oħra fil-kummerċ ġewwa l-Unjoni, dawn tal-aħħar għandhom jitqiesu milquta minn dik l-għajnuna<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19800917">17 ta’ Settembru 1980</DATE>, <NAME.CASE>Philip Morris Holland vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>730/79</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1980:209">EU:C:1980:209</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060110">10 ta’ Jannar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Cassa di Risparmio di Firenze <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑222/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:8">EU:C:2006:8</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0141">141</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090430">30 ta’ April 2009</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Italja u Wam</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑494/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:272">EU:C:2009:272</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150114">14 ta’ Jannar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Eventech</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑518/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:9">EU:C:2015:9</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170518">18 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Fondul Proprietatea</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑150/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:388">EU:C:2017:388</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>FSI u l-Gvern Taljan isostnu li l-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun għandha tintuża biss għall-finanzjament tal-infrastruttura ferrovjarja mħaddma minn FSE, u li, konsegwentement, ma toħloqx distorsjoni tal-kompetizzjoni. Dawn ir-raġunijiet jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej: L-ewwel nett, it-tħaddim tal-infrastruttura inkwistjoni huwa suġġett għal monopolju legali skont il-liġi Taljana, sabiex ma jkunx hemm kompetizzjoni fis-suq għat-tħaddim ta’ dik l-infrastruttura jew għal dak is-suq. Għalhekk hija eskluża d-distorsjoni tal-kompetizzjoni. It-tieni nett, ma jitħallhiex ikun hemm sussidjar reċiproku ta’ attivitajiet ekonomiċi bħall-għoti ta’ servizzi ta’ trasport lil passiġġieri fuq l-infrastruttura inkwistjoni, b’mod partikolari l-fatt li FSE żżomm kontijiet separati għal, minn naħa, it-tħaddim tal-infrastruttura ferrovjarja u, min-naħa l-oħra, l-għoti ta’ dawk is-servizzi. Il-Gvern Pollakk jaqbel li l-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun ma toħloqx distorsjoni tal-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Arriva Italia, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, tieħu l-pożizzjoni kuntrarja u tissottometti li dik l-allokazzjoni toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni ssostni li l-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun għandha tintuża sabiex ikun żgurat li FSE tibqa’ topera. Hija tisħaq, madankollu, li, jekk kellu jitqies li dik l-allokazzjoni kellha tintuża biss sabiex tkun iffinanzjata l-infrastruttura ferrovjarja, xorta waħda setgħet toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni. Fil-fehma tal-Kummissjoni dan huwa minħabba li, għalkemm ma hemmx kompetizzjoni <HT TYPE="ITALIC">fis-suq</HT> għat-tħaddim ta’ dik l-infrastruttura u fis-suq għall-għoti ta’ servizzi ta’ trasport lil passiġġieri, hemm kompetizzjoni <HT TYPE="ITALIC">għal</HT> dawk is-swieq. Minn dan isegwi li l-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun setgħat toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni minħabba li ħalliet lil FSE tibqa’ fis-suq, u b’hekk żammet lil partijiet oħra milli jkunu fdati biż-żewġ attivitajiet imsemmija iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Jiena tal-fehma li l-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun tista’ toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni, għar-raġunijiet li ġejjin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ma naqbilx mal-pożizzjoni ta’ FSI u tal-Gvern Taljan, li jsostnu li dik l-allokazzjoni tista’ tintuża biss għall-finanzjament tal-infrastruttura ferrovjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Infakkar li l-Artikolu 1(867) tal-Liġi tal‑2016 dwar l-Istabbiltà, fil-verżjoni oriġinali tiegħu, kien jgħid li l-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun kellha tintuża sabiex ikun żgurat li FSE tibqa’ topera. Madankollu, wara emenda bl-Artikolu 47(7) tad-Digriet-Liġi Nru 50/2017, dik l-istess dispożizzjoni issa tgħid li dik l-allokazzjoni tista’ tintuża biss sabiex tkopri d-djun u l-ħtiġijiet finanzjarji tal-infrastruttura ferrovjarja. Kif urejt fil-punti 42 u 43 iktar ’il fuq, jidhirli li dik l-allokazzjoni għandha titqies li tkun ingħatat fil-mument li fih kien daħal fis-seħħ id-Digriet-Liġi Nru 9/2016, li jimplimenta l-Artikolu 1(867) tal-Liġi tal‑2016 dwar l-Istabbiltà. Isegwi, bla ħsara għal verifika mill-qorti tar-rinviju, li l-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun kienet ngħatat għall-iskop imsemmi f’dik il-liġi u f’dak id-digriet, jiġifieri, sabiex ikun żgurat li FSE tibqa’ topera.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Dwar l-effett fuq il-kompetizzjoni għandi nindika li t-tħaddim, minn FSE, tal-infrastruttura ferrovjarja u l-għoti ta’ servizzi ta’ trasport lil passiġġieri huma bla ħsara għal monopolju legali, fi kliem il-qorti tar-rinviju (jew, kif tissottometti l-Kummissjoni, huma għandhom jitqiesu bħala sistema ta’ drittijiet esklużivi mogħtija mir-Regione Puglia.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Tabilħaqq, FSE topera, skont ftehim ta’ konċessjoni mogħti direttament mir-Regione Puglia, tmien linji ferrovjarji<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>It-tmien linji ferrovjarju mħaddma minn FSE huma dawn li ġejjin: Bari–Taranto (113‑il km), Mungivacca–Putignano (44 km), Martina Franca–Lecce (103 km), Novoli–Garigliano (75 km), Casarano–Gallipoli (23 km), Lecce–Gallipoli (53 km), Zollino–Garigliano (47 km) u Maglie–Otranto (19‑il km) (ara l-punt 11 tad-deċiżjoni tal-AGCM).</P></NOTE> li huma proprjetà ta’ dan tal-aħħar. Barra minn hekk FSE tipprovdi wkoll, skont ftehim ta’ konċessjoni mogħti direttament mir-Regione Puglia, l-ewwel, servizzi ta’ trasport ferrovjarju lil passiġġieri fuq dawk it-tmien linji, u, it-tieni, servizzi ta’ trasport bit-triq lil passiġġieri fiż-żona<?PAGE NO="12"?> korrispondenti. FSE hija l-uniku operatur tat-tmien linji ferrovjarji, u hija biss tagħti servizzi ta’ trasport lil passiġġieri fuq dik l-infrastruttura. Kif innotat fid-deċiżjoni tal-AGCM, l-erba’ l-oħra li jagħtu servizzi ta’ trasport ferrovjarju reġjonali lil passiġġieri fil-Puglia, jiġifieri, Trenitalia, Ferrovie del Gargano SpA, Ferrovie Apulo-Lucane Srl u Ferrotramviaria, joperaw fuq netwerks ferrovjarji oħra<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara l-punt 14 tad-deċiżjoni tal-AGCM. Skont FSI, Ferrovie del Gargano tħaddem il-linji S.Severo–Peschici u Foggia–Lucera; Ferrovie Apulo-Lucane. tħaddem il-linji Bari–Altamura–Pellicciari–Potenza, Altamura–Marinella–Matera u Maglie–Otranto; u Ferrotramviaria tħaddem il-linja Bari–Barletta.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Jidher, għalhekk, li l-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun ma tistax toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni minħabba li s-swieq li fihom il-benefiċjarju, jiġifieri, FSE, huma attiv ma humiex miftuħa għall-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Madankollu, fil-fehma tiegħi, wieħed ma jistax jiddeduċi, minħabba li jeżisti monopolju legali biss, li d-distorsjoni tal-kompetizzjoni hija eskluża. Dak jista’ jkun il-każ biss jekk ikun hemm prova, l-ewwel nett, li l-attivitajiet ta’ FSE huma suġġetti għal monopolju legali u li, konsegwentement, ma jkunx hemm kompetizzjoni effettiva fis-swieq fejn topera FSE, iżda wkoll, it-tieni nett, li ma jkunx hemm kompetizzjoni <HT TYPE="ITALIC">potenzjali</HT> f’dawk is-swieq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Dwar dan ninnota li, pereżempju, fil-kawża ASM Brescia<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090611">11 ta’ Ġunju 2009</DATE>, <NAME.CASE>ASM Brescia vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑189/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:193">EU:T:2009:193</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-argument li għajnuna mogħtija lil kumpanniji li jipprovdu servizzi pubbliċi fis-setturi tal-ilma, gass u elettriku ma setgħetx toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni minħabba li dawk il-kumpanniji ma kinux joperaw fi swieq kompetittivi. Raġuni waħda għaliex dak l-argument kien ġie miċħud kienet li l-kumpanniji li jipprovdu dawk is-servizzi kienu kkompetew għall-għoti ta’ konċessjonijiet sabiex ikunu jingħataw servizzi pubbliċi lokali f’diversi muniċipalitajiet, bir-riżultat li dawk is-swieq għal dawk il-konċessjonijiet kienu miftuħa għall-kompetizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090611">11 ta’ Ġunju 2009</DATE>, <NAME.CASE>ASM Brescia vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑189/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:193">EU:T:2009:193</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll is-sentenzi tas‑16 ta’ Lulu 2014, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Zweckverband Tierkörperbeseitigung vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑309/12</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:676">EU:T:2014:676</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>; punti 196 sa 207); tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151126">26 ta’ Novembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Spanja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑461/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:891">EU:T:2015:891</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0092">92</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161215">15 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Abertis Telecom Terrestre u Telecom Castilla-La Mancha vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑37/15 u T‑38/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:743">EU:T:2016:743</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0153">153</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Hogan fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Azienda Napoletana Mobilità</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑659/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:475">EU:C:2019:475</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Ninnota wkoll li dan l-approċċ huwa konsistenti man-nota ta’ qiegħ il-paġna 324 tal-Avviż dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat kif hemm referenza għalih fl-Artikolu 107(1) TFEU (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="262" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, C 262, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>Avviż dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>).</P></NOTE>, li tgħid li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>jekk it-tħaddim tal-infrastruttura jkun suġġett għal monopolju legali u jekk tkun eskluża l-kompetizzjoni għas-suq sabiex titħaddem l-infrastruttura, vantaġġ mogħti lill-operatur tal-infrastruttura mill-Istat ma jistax joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>. Dik in-nota ta’ qiegħ il-paġna tirreferi għall-punt 188 tal-istess avviż, li jgħid li jekk servizz ikun suġġett għal monopolju legali, id-distorsjoni tal-kompetizzjoni tkun eskluża jekk, b’mod partikolari, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>il-monopolju legali jeskludi, mhux biss il-kompetizzjoni fis-suq, iżda wkoll għas-suq, minħabba li jeskludi kull kompetizzjoni possibbli sabiex wieħed jagħti b’mod esklużiv is-servizz inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>F’dan il-każ jidhirli li jista’ jkun hemm kompetizzjoni fis-swieq għat-tħaddim tal-infrastruttura ferrovjarja fdata lil FSE u sabiex jingħataw servizzi ta’ trasport lil passiġġieri fuq dik l-infrastruttura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Dwar dan, ninnota li, fis-seduta, Arriva Italia spjegat li, meta jiskadu l-konċessjonijiet sabiex jingħataw servizzi lokali ta’ trasport lil passiġġieri, ikunu jistgħu jsiru sejħiet kompetittivi għal offerti għat-tiġdid ta’ dawk il-konċessjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Pereżempju, Arriva Italia semmiet li, ftit snin ilu, hija kienet ikkompetiet ma’ FSI fis-sejħa għall-offerti għall-provvista ta’ servizzi ta’ trasport pubbliku f’Torino (l-Italja).</P></NOTE>. Meta ma jsirux sejħiet għal offerti, u konċessjonijiet jingħataw direttament mill-awtoritajiet pubbliċi, kif kien il-każ għat-tmien linji ferrovjarji mħaddma minn FSE, impriżi jikkompetu għall-għoti ta’ konċessjonijiet. Fil-fehma tiegħi, operaturi attivi f’partijiet oħra<?PAGE NO="13"?> tal-Puglia (jiġifieri, Trenitalia, Ferrovie del Gargano, Ferrovie Apulo-Lucane u Ferrotramviaria) għandhom jitqiesu bħala kompetituri potenzjali ta’ FSE. Barra minn hekk, operaturi li kienu esprimew l-interess tagħhom li jakkwistaw FSE (b’mod partikolari r-rikorrenti fil-kawżi prinċipali) ikunu jistgħu jitqiesu bħala kompetituri potenzjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Kuntrarjament għal dak li ssottomettiet FSI fis-seduta, huwa irrilevanti li, f’dan il-każ, il-konċessjonijiet kienu ngħataw direttament mir-Regione Puglia, flok permezz ta’ sejħa għal offerti, minħabba li impriżi jikkompetu għall-għoti ta’ konċessjonijiet. Ara dwar dan il-punt 67 iktar ’il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun lil FSE tista’ toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni minħabba li ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ dik l-impriża fir-rigward ta’ kompetituri potenzjali. Kif sostniet il-Kummissjoni, meta dik l-allokazzjoni ppermettiet lil FSE tibqa’ fis-suq, hija ma ħallietx l-infrastruttura ferrovjarja inkwistjoni u l-għoti ta’ servizzi ta’ trasport lil passiġġieri fuq dik l-infrastruttura milli jiġu fdati lil kumpanniji oħra bħal Arriva Italia.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>It-tieni, jekk ikollu jitqies li l-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun tista’ tintuża biss għall-finanzjament ta’ infrastruttura, fil-fehma tiegħi dan ma jwassalx għall-konklużjoni li hija eskluża d-distorsjoni tal-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom la FSI u lanqas il-Gvern Taljan ma jsostnu li l-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun għandha tintuża biss għall-kostruzzjoni ta’ infrastruttura. Huma jsostnu biss li għandha tintuża għall-infrastruttura. Madankollu, skont il-punt 211 tal-Avviż dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>distorsjoni tal-kompetizzjoni hija normalment eskluża [meta għajnuna tingħata] għall-<HT TYPE="ITALIC">kostruzzjoni</HT> ta’ […] infrastruttura<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Enfasi miżjuda.</P></NOTE>. Għall-kuntrarju, meta għajnuna tingħata għat-<HT TYPE="ITALIC">tħaddim</HT> ta’ infrastruttura, u, bħalma huwa dan il-każ, it-tħaddim ta’ dik l-infrastruttura jkun suġġett għal monopolju legali, tkun eskluża d-distorsjoni tal-kompetizzjoni biss jekk tkun eskluża l-kompetizzjoni għas-suq, skont il-punt 188 tal-istess avviż. Għalhekk, jekk kellu jitqies li l-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun tista’ tintuża biss għall-finanzjament ta’ tħaddim ta’ infrastruttura ferrovjarja, dan ma jbiddilx il-konklużjoni tiegħi fil-punt 71 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Madankollu, għas-saħħa tal-kompletezza, irrid nispeċifika li, minkejja li FSI ma sostnitx fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha li l-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun kienet ingħatat għall-kostruzzjoni ta’ infrastruttura, fis-seduta, hija ssottomettiet li dik l-allokazzjoni kellha tintuża <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>fil-parti l-kbira, forsi kollha kemm hi<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> għal skopijiet ta’ kostruzzjoni. FSI argumentat li, fiż-żona qrib Bari, kellhom jinbidlu t-traversini tal-linji tal-ferrovija u, fiż-żoni l-oħra, kien jeħtieġ isiru x-xogħlijiet sabiex jgħaddi l-elettriku, u li titjib bħal dan tal-infrastruttura eżistenti kellu jitqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>kostruzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> ta’ infrastruttura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Anki li kieku kellu jitqies li l-attivitajiet imsemmija fil-punt preċedenti kellhom jitqiesu bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>kostruzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> ta’ infrastruttura għall-finijiet tal-punt 211 tal-Avviż dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, mhux bilfors minn dan isegwi li l-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun ma tistax toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Tabilħaqq, il-punt 219 tal-Avviż dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat jgħid li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>l-kostruzzjoni ta’ infrastruttura li ssir għal dawk li potenzjalment jużawha skont kundizzjonijiet ugwali u mhux diskriminatorji […] tipikament ma […] toħloqx distorsjoni tal-kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>. Barra minn hekk, il-punt 212 tal-istess avviż jitlob li l-Istati Membri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>jiżguraw li l-finanzjament mogħti għall-kostruzzjoni ta’ [infrastruttura] […] ma jkunx jista’ jintuża sabiex jissussidja b’mod reċiproku […] attivitajiet ekonomiċi oħra, inkluż it-tħaddim ta’ […] infrastruttura<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>. Dak il-punt jgħid ukoll li sussidjar reċiproku jista’ jiġi eskluż billi jkun żgurat li jinżammu kontijiet separati li jallokaw spejjeż u dħul b’mod korrett.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Irrid nenfasizza li, f’dan il-każ huwa ċar li l-infrastruttura ferrovjarja inkwistjoni ma ssirx għal dawk li potenzjalment jużawha skont kundizzjonijiet ugwali u mhux diskriminatorju, minħabba li FSE biss tagħti servizzi ta’ trasport lil passiġġieri fuq it-tmien linji tal-ferrovija li hija topera. Irrid ninnota wkoll li sussidjar reċiproku jista’ jiġi eskluż jekk FSE żżomm kontijiet separati minħabba li, minn naħa, il-kostruzzjoni ta’ infrastruttura, u, min-naħa l-oħra, it-tħaddim ta’ infrastruttura u l-għoti ta’ servizzi ta’ trasport, huwa għall-qorti tar-rinviju li tivverifika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Nikkonkludi li ma jistax jiġi eskluż li l-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun tista’ toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">It-trasferiment lil FSI tat-tiżmim tal-azzjonijiet tal-MIT fi FSE</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Kif imsemmi iktar ’il fuq, it-trasferiment tat-tiżmim tal-azzjonijiet kollha l-MIT fil-kapital ta’ FSE lil FSI, kumpannija proprjetà kollha hemm hija tal-MEF, sar skont id-Digriet Nru 264/2016 u permezz tal-att ta’ trasferiment. Dak it-trasferiment sar mingħajr sejħa kompetittiva għall-offerti u mingħajr korrispettiv. Madankollu, huwa kien suġġett għall-obbligu, min-naħa ta’ FSI, li tissewwa s-sitwazzjoni ta’ żbilanċ fl-assi ta’ FSE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Kif għamilt dwar l-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun, ser neżamina hawn taħt jekk it-trasferiment tat-tiżmim tal-azzjonijiet fi FSE jħarisx kull waħda mill-kundizzjonijiet elenkati fil-punt 29 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Intervent mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Nagmel referenza għall-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 31, 32 u 34 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>L-ewwel, fir-rigward tal-kundizzjoni dwar it-trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat, FSE għandha fondi pubbliċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Skont it-talba għal deċiżjoni preliminari, FSE ma għandhiex baġit indipendenti, u l-istimi tal-nfiq tagħha jidħlu fil-baġit tal-Istat.</P></NOTE> u ministeru, jiġifieri l-MIT, li huwa l-uniku azzjonist ta’ dik il-kumpannija. Konsegwentement, it-trasferiment tal-ishma miżmuma mill-MIT fil-kapital ta’ FSE għandu jitqies bħala trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ara, b’analoġija, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030306">6 ta’ Marzu 2003</DATE>, <NAME.CASE>Westdeutsche Landesbank Girozentrale u Land Nordrhein-Westfalen vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑228/99 u T‑233/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2003:57">EU:T:2003:57</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), fejn il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-integrazzjoni ta’ Wohnungsbauförderungsanstalt des Landes Nordrhein-Westfalen (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>WfA<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>) fi Westdeutsche Landesbank Girozentrale (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>WestLB<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>) kellha titqies bħala trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat. WestLB kienet istituzzjoni bankarja rregolata mid-dritt pubbliku u kienet 100 % proprjetà pubblika. WfA, istituzzjoni għall-promozzjoni ta’ akkomodazzjoni billi tagħti self b’interessi baxxi jew mingħajr interessi, kienet ukoll irregolata mid-dritt pubbliku. WfA kellha personalità ġuridika u kellha bħala l-azzjonist waħdieni tagħha l-Land Nordrhein-Westfalen (il-Ġermanja). WfA kienet ittrasferita lil WestLB, li b’riżultat ta’ dan WfA saret istituzzjoni tad-dritt pubbliku indipendenti mil-lat organizzattiv u ekonomiku mingħajr kapaċità ġuridika fi WestLB. Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li riżorsi tal-Istat kienu tqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha f’dak it-trasferiment, meqjus li WfA “kienet entità pubblika li kellha fondi pubbliċi u li l-uniku azzjonist tagħha kien [il-Land Nordrhein-Westfalen] (punt 182).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>It-tieni, dwar il-kundizzjoni li l-miżura hija attribwibbli lill-Istat, l-awtoritajiet pubbliċi kellhom x’jaqsmu fl-adozzjoni tal-miżura li tipprovdi għat-trasferiment tat-tiżmim tal-azzjonijiet fi FSE, minħabba li dak it-trasferiment kien previst fid-Digriet Nru 264/2016 u twettaq permezz ta’ att notarili, iffirmat mill-MIT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Irrid nenfasizza li ma naqsamx id-dubji tal-qorti tar-rinviju li tqis li ma għandux ikun hemm klassifikazzjoni bħala għajnuna mill-Istat minħabba l-fatt li t-tiżmim tal-azzjonijiet fi FSE jgħaddi bejn żewġ entitajiet proprjetajiet kollha kemm huma tal-Istat li ma għandhomx baġits indipendenti, iżda li l-istimi tal-infiq tagħhom jgħaddu għall-baġit tal-Istat. Il-qorti tar-rinviju tisħaq li dak it-trasferiment huwa konsistenti mal-prinċipju ta’ newtralità tal-Unjoni b’rabta mas-sistemi ta’ proprjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 345 TFUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Filwaqt li FSI u l-Gvern Taljan jaqblu ma’ dan l-argument, Arriva Italia u l-Kummissjoni ma jaqblux. Il-Kummissjoni ssostni li, kieku kellu jiġi aċċettat dak l-argument, dan jipperikola l-effikaċja tar-regoli dwar għajnuna mill-Istat u jkun inkonsistenti mal-Artikolu 345 TFUE minħabba li jġib miegħu trattament mhux ugwali ta’ benefiċjarji pubbliċi u privati ta’ għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Ninnota li għall-kuntrarju ta’ dak li jargumentaw FSI u l-Gvern Taljan, it-trasferiment tat-tiżmim tal-azzjonijiet fi FSE ma huwiex riorganizzazzjoni sempliċi fis-settur pubbliku. Tabilħaqq, it-trasferiment ta’ ishma jġib miegħu obbligu għal FSI li tirripristina l-vijabbiltà finanzjarja ta’ FSE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, irrid nenfasizza li l-Artikolu 345 TFUE bl-ebda mod ma jipprekludi l-applikazzjoni ta’ regoli dwar għajnuna mill-Istat lil impriżi pubbliċi bħal FSI. Fil-fatt, l-Artikolu 345 TFUE, li jgħid li t-TUE u t-TFUE <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>għandhom ikunu bla ebda preġudizzju għas-sistema ta’ proprjetà fl-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>, jippermetti lill-Istati Membri jżommu jew jistabbilixxu proprjetà pubblika għal ċerti impriżi. L-Artikolu ma jeżentax sistemi ta’ proprjetà pubblika minn regoli dwar għajnuna mill-Istat minħabba li, skont l-Artikolu 106(1) TFUE, regoli tal-kompetizzjoni, inkluż l-Artikolu 107(1) TFUE, japplikaw għal impriżi pubbliċi. Kieku dan ma kienx il-każ, sidien pubbliċi u privati ta’ impriżi ma kinux jingħataw trattament identiku<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19910321">21 ta’ Marzu 1991</DATE>, <NAME.CASE><HT TYPE="UNDERLINE">L‑Italja vs Il‑Kummissjoni</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑305/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:142">EU:C:1991:142</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030306">6 ta’ Marzu 2003</DATE>, <NAME.CASE>Westdeutsche Landesbank Girozentrale u Land Nordrhein-Westfalen vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑228/99 u T‑233/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2003:57">EU:T:2003:57</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0192">192</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0195">195</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140717">17 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Westfälisch-Lippischer Sparkassen- und Giroverband vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑457/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:683">EU:T:2014:683</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0387">387</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0389">389</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Kieku kellu jkun aċċettat li, minħabba li FSI hija kollha proprjetà ta’ korp tal-Istat, hija ma tistax tirċievi għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri jkunu jistgħu jevadu r-regoli dwar għajnuna mill-Istat billi jafdaw it-twettiq ta’ attivitajiet ekonomiċi lill-korpi tal-Istat, milli lil impriżi b’personalità ġuridika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>Nikkonkludi li t-trasferiment lil FSI tat-tiżmim tal-azzjonijiet fi FSE jħares l-ewwel kundizzjoni msemmija fil-punt 29 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Nagħmel referenza għall-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 45 u 46 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Jiena tal-fehma li t-trasferiment lil FSI tat-tiżmim tal-azzjonijiet tal-MIT fi FSE jolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri minħabba li, kif tissottometti l-Kummissjoni, FSI hija attiva fi Stati Membri oħra, u li dak it-trasferiment naqqas il-possibbiltà għal Arriva Italia, sussidjarja tal-grupp Ġermaniż Deutsche Bahn, li topera fis-swieq fdati lil FSE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Vantaġġ selettiv mogħti lill-benefiċjarju</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>Għandu jiġi stabbilit jekk it-trasferiment lil FSI tat-tiżmim tal-azzjonijiet tal-MIT fi FSE kienx ta vantaġġ lil min irċieva dik il-miżura ta’ għajnuna. Għal dan l-għan, jien ser neżamina, fl-ewwel lok, jekk it-trasferiment tat-tiżmim tal-azzjonijiet tax vantaġġ lix-xerrej, jiġifieri lil FSI, meqjus li FSI kisbet kumpannija f’diffikultajiet finanzjarji u ntrabtet li tirripristina l-vijabbiltà finanzjarja ta’ dik il-kumpannija. Dan ikun il-każ jekk FSE kellha prospetti ta’ qligħ. Imbagħad, fit-tieni lok, inqis jekk it-trasferiment tat-tiżmim tal-azzjonijiet tax vantaġġ lil FSE, meqjus li FSI ntrabtet li tirripristina l-vijabbiltà ta’ FSE.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ingħata vantaġġ lil FSI?</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>Nagħmel referenza għall-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 49, 50 u 53 ikktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>Abbażi tal-informazzjoni limitata mogħtija mill-qorti tar-rinviju u mill-partijiet fil-kawżi prinċipali, jidhirli li l-kriterju ta’ investitur privat ma jistax japplika hawn. Dan għaliex ma hemmx indikazzjoni li twettqet eżaminazzjoni minn espert dwar il-valutazzjoni ta’ FSE u kemm it-trasferiment seta’ jġib profitt qabel ma l-Istat Taljan iddeċieda, fl‑<DATE ISO="20160804">4 ta’ Awwissu 2016</DATE>, li jittrasferixxi lil FSI t-tiżmim tal-azzjonijiet tal-MIT fi FSE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>Dwar dan FSI toqgħod, fl-ewwel lok, fuq ir-rapport tal-kummissarju speċjali li jikkonkludi li, kieku FSE ma kinitx ittrasferita lil FSI, x’aktarx li kienet tfalli; fit-tieni lok, fuq <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>stħarriġ tas-suq<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> magħmul minn FSI, li wera li żewġ impriżi biss kienu interessati jakkwistaw FSE (iżda naqsu jissottomettu offerti sodi), u fit-tielet lok, fuq l-approvazzjoni mit-Tribunale di Bari (il-Qorti Distrettwali ta’ Bari), tal-arranġament ma’ kredituri fl‑2018, li, fil-fehma ta’ FSI, turi li t-trasferiment ta’ FSE lil FSI kien l-għażla t-tajba. Barra minn hekk, il-Gvern Taljan jirreferi għal rapport ta’ diliġenza dovuta mħejji fuq talba tal-kummissarju speċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>Fil-fehma ta’ Arriva Italia u tal-Kummissjoni, ma kinux saru evalwazzjonijiet ekonomiċi dwar x’seta’ jkun il-qligħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96.</NO.P><TXT>Ninnota li jidher li ma saritx stima ta’ x’seta’ jkun il-qligħ għall-quddiem ta’ FSE la fir-rapport dwar diliġenza dovuta li tħejja minn ditta ta’ awdituri indipendenti fuq talba tal-kummissarju speċjali, u lanqas fir-rapport tal-kummissarju speċjali fejn dan tal-aħħar kien ippropona, abbażi tar-rapport ta’ diliġenza dovuta, li FSE tiġi ttrasferita lil FSI. Ninnota wkoll li ma ngħatatx prova lill-Qorti tal-Ġustizzja li l-qligħ li seta’ jkun hemm bit-trasferiment kien stmat fi studji ekonomiċi oħra. F’dak ir-rigward għandi nenfasizza li, fl-avviż tagħha, l-AGCM qalet espressament li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>ma jirriżultax li kienet saret evalwazzjoni preventiva sabiex tkun ivverifikata l-konformità mal-hekk imsejjaħ kriterju ta’ operatur f’ekonomija tas-suq<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>ma jirriżultax li kienet identifikata b’mod preventiv referenza valida għall-valur fis-suq ta’ FSE li setgħet tiġġustifika t-termini ekonomiċi li għalihom kienet iddefinita l-operazzjoni bid-[Digriet Nru 264/2016]<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97.</NO.P><TXT>Fir-rigward <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>tal-istħarriġ tas-suq<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> magħmul minn FSI, li, fil-fehma tagħha, juri li ebda parti terza ma kienet interessata takkwista FSE, minħabba li kien hemm biss żewġ espressjonijiet ta’ interess (li waħda minnhom kienet mingħand it-tliet rikorrenti fil-kawżi prinċipali), u ebda waħda minnhom ma rriżultat f’offerta soda, irrid ninnota li dak l-istħarriġ ma jistax jitqies bħala stima ta’ x’seta’ jkun il-qligħ mill-investiment. Irrid ninnota wkoll li, fis-seduta, Arriva Italia spjegat li r-raġuni għaliex hija ma tefgħetx offerta soda kienet li hija ma kinitx parti fil-proċess ta’ diliġenza dovuta u, għalhekk, hija ma kellhiex id-data finanzjarja li abbażi tagħha hija setgħet tiddeċiedi jekk tagħmilx offerta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, dwar l-għan segwit mill-Gvern Taljan, li jista’ jitqies sabiex jiġi stabbilit jekk japplikax il-kriterju ta’ investitur privat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120605">5 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs EDF</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑124/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:318">EU:C:2012:318</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151001">1 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Electrabel u Dunamenti Erőmű vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑357/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:642">EU:C:2015:642</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0102">102</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, ninnota li l-Gvern Taljan jissottometti li huwa pprova jevita s-sensji u li s-servizzi ta’ trasport jieqfu. Id-Deċiżjoni tal-AGCM issemmi wkoll l-intenzjoni li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>tkun żgurata l-kontinwità tas-servizzi ta’ trasport u li jinżammu l-livelli tal-impjiegi<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Ara l-punt 6 tad-deċiżjoni tal-AGCM.</P></NOTE>. Dawn ma jidhrux li huma għanijiet li azzjonist privat iqis. Madankollu, jidher li, kif issostni l-Kummissjoni, għan ieħor tal-Gvern Taljan kien li jtejjeb il-valur tat-tiżmim tal-azzjonijiet tiegħu fi FSE. Ikun għall-qorti tar-rinviju li tibbilanċja dawk l-għanijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99.</NO.P><TXT>Għalhekk, inqis li, meta naqas jagħmel evalwazzjonijiet ekonomiċi ta’ x’seta’ jkun il-qligħ qabel ma ddeċieda dwar it-trasferiment, l-Istat Taljan ma aġixxiex fil-kwalità tiegħu ta’ azzjonist, bir-riżultat li l-kriterju ta’ investitur privat ma jistax jiġi applikat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100.</NO.P><TXT>Madankollu, jekk il-qorti tar-rinviju tqis, b’mod partikolari, abbażi ta’ informazzjoni addizzjonali, li l-kriterju ta’ investitur privat japplika, jiena nagħmel l-osservazzjonijiet li ġejjin dwar l-applikazzjoni ta’ dan il-kriterju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101.</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, l-aġir ta’ investitur privat, li miegħu għandu jitqabbel l-intervent ta’ investitur pubbliku, ma jeħtiġlux ikun l-aġir ta’ investitur ordinarju li joħroġ il-kapital bil-ħsieb li jikseb qligħ fi żmien relattivament qasir. Dan l-aġir għandu, tal-inqas, ikun dak ta’ kumpannija holding jew ta’ grupp privat ta’ impriżi li jsegwu politika strutturali, ġenerali jew settorjali, u jkollhom bħala gwida prospetti ta’ qligħ fuq medda itwal ta’ żmien<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19910321">21 ta’ Marzu 1991</DATE>, <NAME.CASE>L-Italja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑305/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:142">EU:C:1991:142</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19940914">14 ta’ Settembru 1994</DATE>, <NAME.CASE>Spanja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑42/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:326">EU:C:1994:326</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190522">22 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Real Madrid Club de Fútbol vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑791/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:346">EU:T:2019:346</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0085">85</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102.</NO.P><TXT>Huwa minnu li, bħalma ssostni FSI, hija ġurisprudenza stabbilita li kumpannija omm tista’ tagħmel tajjeb għat-telf ta’ waħda mis-sussidjarji tagħha. Madankollu, meta investitur pubbliku joħroġ kapital mingħajr ma jqis il-possibbiltà li jagħmel qligħ, anki fit-tul, dak it-tali ħruġ ta’ kapital għandu jitqies skont it-tifsira tal-Artikolu 107 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19910321">21 ta’ Marzu 1991</DATE>, <NAME.CASE>L‑Italja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑303/88</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:136">EU:C:1991:136</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140904">4 ta’ Settembru 2014</DATE> <NAME.CASE>SNCM u Franza vs Corsica Ferries France</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑533/12 P u C‑536/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2142">EU:C:2014:2142</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103.</NO.P><TXT>Dwar dan ninnota li FSI kellha l-obbligu li tirripristina s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ FSE, li, sa tmiem l‑2015, kellha ishma b’valur negattiv li kien jammonta għal madwar EUR 200 miljun. Għalhekk il-qorti tar-rinviju jkollha teżamina jekk FSE kellhiex prospetti ta’ qligħ anki fit-tul.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104.</NO.P><TXT>Irrid ninnota wkoll li, skont il-ġurisprudenza, fatturi li jirriżultaw wara li tkun adottata l-miżura inkwistjoni ma jistgħux jitqiesu għall-evalwazzjoni tal-kriterju ta’ investitur privat prudenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120605">5 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs EDF</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑124/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:318">EU:C:2012:318</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0085">85</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161130">30 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Franza u Orange</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑486/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:912">EU:C:2016:912</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0139">139</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għalhekk, huwa irrilevanti li, sa tmiem l‑2016, il-valur negattiv tal-ishma ta’ FSE kien naqas u kien jammonta biss għal madwar EUR 140 miljun; li l-proċedura għal arranġament ma’ kredituri kienet tlestiet fl‑2018 u li, malli kienet tlestiet dik il-proċedura, id-djun mhux iggarantiti tħassru<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Fis-seduta l-Kummissjoni referiet għar-relazzjoni tal-Corte dei Conti (il-Qorti tal-Awdituri, l-Italja) tal‑<DATE ISO="20180531">31 ta’ Mejju 2018</DATE>, dwar is-sena 2016, li jgħid li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>malli titlesta l-proċedura għall-approvazzjoni tal-arranġament mal-kredituri, [FSI] tirreġistra fuq il-karta tal-bilanċ ta’ FSE u fuq il-karta tal-bilanċ konsolidat tal-grupp, bħala dħul straordinarju pożittiv, ammont li jirriżulta mill-kanċellament ta’ djun mhux garantiti, li bħalissa huwa kkwantifikati għal madwar, l-iktar, EUR 63.5 miljun<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>. Ara Corte dei conti, determinazione e relazione n. 54/2018 sul risultato del controllo eseguito sulla gestione finanziaria di Ferrovie dello Stato Italiane SpA (il-Qorti tal-Awdituri, Rapport Nru 54/2018 dwar ir-riżultat tal-istħarriġ tat-tmexxija finanzjarja tal-Ferrovie dello Stato Italiane SpA), p. 41. Dan ir-rapport jinsab fis-sit tal-Corte dei conti (il-Qorti tal-Awdituri).</P></NOTE>; jew li (skont FSI) l-obbligu li tissewwa s-sistema ta’ żbilanċ fl-assi ta’ FSE kienet tħarset f’Ottubru 2018.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105.</NO.P><TXT>Għalhekk, jidhirli li investitur privat ma kienx jadotta l-miżura inkwistjoni, u li, għaldaqstant, kien ingħata vantaġġ lil FSI. Dan il-vantaġġ huwa selettiv minħabba li l-MIT ittrasferixxiet it-tiżmim tal-azzjonijiet tagħha lil impriża partikolari, jiġifieri FSI. Madankollu, intenni li huwa għall-qorti tar-rinviju li tagħmel dik l-evalwazzjoni, u li dik il-qorti kienet tat informazzjoni limitata, dwar dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106.</NO.P><TXT>Issa ngħaddi sabiex inqis jekk ingħatax vantaġġ lil FSE, minħabba li FSI ntrabtet li ssewwi s-sitwazzjoni ta’ żbilanċ fl-assi ta’ FSE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="18"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ingħata vantaġġ lil FSE?</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107.</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza l-Artikolu 107 TFUE jipprojbixxi għajnuna mogħtija minn Stat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, mingħajr ma ssir distinzjoni jekk il-vantaġġi relatati mall-għajnuna jingħatawx direttament jew indirettament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100615">15 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Mediaset vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑177/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:233">EU:T:2010:233</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għalhekk, vantaġġ mogħti direttament lil ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi jista’ jikkostitwixxi vantaġġ indirett u, għalhekk, għajnuna mill-Istat lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra li jkunu impriżi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020613">13 ta’ Ġunju 2002</DATE>, <NAME.CASE>L‑Olanda vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑382/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:363">EU:C:2002:363</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030703">3 ta’ Lulju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Belġju vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑457/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:387">EU:C:2003:387</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110728">28 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Mediaset vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑403/10 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:533">EU:C:2011:533</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111208">8 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Residex Capital IV</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑275/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:814">EU:C:2011:814</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190515">15 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Achema <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑706/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:407">EU:C:2019:407</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108.</NO.P><TXT>Dwar dan, intbagħtet mistoqsija lil Arriva Italia u lil FSI li kellha titwieġeb fis-seduta, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja staqsiet, f’każ li t-trasferiment tat-tiżmim tal-azzjonijiet tal-FSI lil MIT jitqies li jagħti vantaġġ, jekk dak il-vantaġġ ingħatax lil FSI, lil FSE, jew lit-tnejn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109.</NO.P><TXT>Arriva Italia wieġbet li, minħabba n-nuqqas ta’ evalwazzjoni ekonomika, kien diffiċli jiġi stabbilit il-benefiċjarju tat-trasferiment tat-tiżmim tal-azzjonijiet. FSI ssottomettiet li ma kienx ingħata vantaġġ la lil FSI u lanqas lil FSE. Il-Kummissjoni sostniet li ma setax jiġi eskluż li kien ingħata vantaġġ lil FSE minħabba li FSI ntrabtet li ssewwi s-s-sitwazzjoni ta’ żbilanċ fl-assi ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110.</NO.P><TXT>Jiena tal-fehma li l-obbligu impost fuq FSI li ssewwi s-sitwazzjoni ta’ żbilanċ fl-assi ta’ FSE jista’ jitqies bħala vantaġġ għal din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111.</NO.P><TXT>Ninnota li, skont l-Artikolu 1(1)(c) tad-Digriet Nru 264/2016, it-tneħħija tal-iżbilanċ fl-assi ta’ FSE hija wieħed mill-kriterji li abbażi tiegħu FSI ntgħażlet sabiex takkwista dik il-kumpannija; u li, skont l-Artikolu 2(4) tal-istess digriet, l-implimentazzjoni tat-trasferiment tat-tiżmim tal-azzjonijiet huwa suġġett għall-kundizzjoni li FSI tiddikjara li ssewwi s-sitwazzjoni ta’ żbilanċ fl-assi ta’ FSE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112.</NO.P><TXT>Ninnota wkoll li kemm l-att ta’ trasferiment, kif ukoll il-memorandum ministerjali jgħidu li d-dikjarazzjoni msemmija fil-punt preċedenti nħarġet minn FSI. Għalhekk, jidher, bla ħsara għal verifika mill-qorti tar-rinviju, li FSE kisbet id-dritt li s-sitwazzjoni tagħha ta’ żbilanċ fl-assi tissewwa minn FSI, f’konformità mal-ġurisprudenza msemmija fil-punt 37 iktar ’il fuq. Dan ifisser li, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni FSI, xejn ma sewa li l-obbligu ta’ FSI li tirripristina dik is-sitwazzjoni tħares biss f’Ottubru 2018, jiġifieri, wara li ttieħdet id-deċiżjoni sabiex it-tiżmim tal-azzjonijiet tal-MIT jgħaddi għal għand FSI.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113.</NO.P><TXT>Ovvjament, sabiex jiġi stabbilit jekk FSE ngħatatx vantaġġ, jeħtieġ jitqiesu t-termini tad-dikjarazzjoni li biha FSI ntrabtet li ssewwi l-iżbilanċ fl-assi ta’ FSE. Dan għandu jkun għall-qorti tar-rinviju li tevalwa minħabba li dik id-dikjarazzjoni ma ngħatatx lill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114.</NO.P><TXT>Madankollu, jidhirli li FSE ngħatat vantaġġ minħabba li FSI ntrabtet li tneħħi l-iżbilanċ fl-assi tagħha. Dan il-vantaġġ huwa differenti minn dak miksub minn FSI li jikkonsisti fl-akkwist ta’ kumpannija bi prospetti ta’ qligħ. Dak il-vantaġġ joħroġ mit-trasferiment tat-tiżmim tal-azzjonijiet, minħabba li, kif imsemmi fil-punt 111 iktar ’il fuq, l-obbligu ta’ FSI li tneħħi l-iżbilanċ fl-assi ta’ FSE huwa kundizzjoni sabiex dak it-trasferiment jitwettaq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115.</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li t-trasferiment lil FSI tat-tiżmim tal-azzjonijiet tal-MIT fi FSE seta’ ta vantaġġ lil FSI u vantaġġ ieħor lil FSE; jew li seta’ ta vantaġġ lil FSE iżda (jekk it-trasferiment ma kienx jista’ jġib qligħ) ma ta xejn lil FSI. Jekk tali vantaġġi fil-fatt ingħatawx ikun għall-qorti tar-rinviju li tevalwa fid-dawl tad-dikjarazzjoni msemmija fil-punt 111 iktar ’il fuq u ta’ informazzjoni addizzjonali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="19"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">4.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Disorsjoni tal-kompetizzjoni, jew theddida għaliha</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116.</NO.P><TXT>Nagħmel referenza għall-ġurisprudenza msemmija fil-punti 45 u 57 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117.</NO.P><TXT>Arriva Italia u l-Kummissjoni jsostnu li t-trasferiment tat-tiżmim ta’ azzjonijiet jista’ joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni, b’mod partikolari, targumenta li FSE kienet waħda mill-ftit operaturi li jipprovdu servizzi ta’ trasport fil-Puglia li ma kinitx proprjetà tal-grupp FSI; li FSI kienet diġà l-operatriċi ewlenija fis-suq u li operaturi oħra kienu interessati jakkwistaw FSE. FSI, il-Gvern Taljan u l-Gvern Pollakk huma tal-fehma kuntrarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118.</NO.P><TXT>Jiena tal-fehma li t-trasferiment lil FSI tat-tiżmim tal-azzjonijiet tal-MIT fi FSE jista’ joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE għar-raġuni msemmija fil-punt 71 iktar ’il fuq. It-trasferiment ta’ FSE lil FSI ma ħalliex lil kompetituri potenzjali ta’ FSE u ta’ FSI fil-Puglia, bħal Arriva Italia, jiġu fdati bit-tħaddim tal-infrastruttura ferrovjarja inkwistjoni u bl-għoti ta’ servizzi ta’ trasport lil passiġġieri fuq dik l-infrastruttura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119.</NO.P><TXT>Ma jistax ikun hemm dubju dwar din il-konklużjoni minħabba l-fatt li, fid-deċiżjoni msemmija fil-punt 18 iktar ’il fuq, l-AGCM approvat it-trasferiment tat-tiżmim tal-azzjonijiet u qisitu li ma kienx jirrestrinġi l-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120.</NO.P><TXT>Tabilħaqq, il-kunċett ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni jingħata definizzjoni estremament wiesgħa fil-kuntest tal-Artikolu 107(1) TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Léger fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑280/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:188">EU:C:2002:188</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0103">103</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal-Avukat Ġenerali Hogan fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Azienda Napoletana Mobilità</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑659/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:475">EU:C:2019:475</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Kif imsemmi fil-punt 57 iktar ’il fuq, ikun biżżejjed, sabiex vantaġġ mogħti mill-Istat jitqies bħala li joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni, li huwa jsaħħaħ il-pożizzjoni tal-benefiċjarju f’suq fejn ikun hemm kompetizzjoni (effettiva jew potenzjali)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Ara wkoll il-punt 187 tal-Avviż dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat.</P></NOTE>. Skont il-ġurisprudenza l-Kummissjoni ma jeħtiġilhiex, għal finijiet ta’ klassifikazzjoni ta’ intervent mill-Istat bħala għajnuna mill-Istat, tagħmel analiżi ekonomika tas-sitwazzjoni attwali tas-swieq rilevanti, tas-sehem tas-suq tal-impriżi li jirċievu l-għajnuna, tal-pożizzjoni tal-impriżi kompetituri u ta’ kif jimxi l-kummerċ bejn l-Istati Membri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Club Hotel Loutraki et vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑131/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:989">EU:C:2016:989</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100615">15 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Mediaset vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑177/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:233">EU:T:2010:233</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0145">145</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190226">26 ta’ Frar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Athletic Club vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑679/16</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:112">EU:T:2019:112</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fi kliem ieħor, il-kunċett ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni jingħata definizzjoni usa’ fil-kuntest tal-Artikolu 107(1) TFUE milli fil-kuntest tal-Artikolu 101 TFUE jew f’dak ta’ kontroll ta’ għaqda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fl-avviż imsemmi fil-punt 16 iktar ’il fuq, li bih l-AGCM għarrfet lill-Gvern Taljan li t-trasferiment tat-tiżmim tal-azzjonijiet fi FSE seta’ jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, dak it-trasferiment jitqies li joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni. L-AGCM tinnota li kienu jeżistu sitwazzjonijiet alternattivi. Pereżempju, it-tħaddim tal-infrastruttura ferrovjarja seta’ tfassal u ġie fdat lil Rete Ferroviaria SpA; jew l-għoti ta’ servizzi ta’ trasport lil passiġġieri seta’ ngħata wara sejħa għal offerti sabiex jitħalla jkun hemm għażla ta’ operatur li seta’ jikseb għanijiet fit-tul (bħalma huma l-effiċjenza u l-kwalità ta’ servizzi ta’ trasport u li l-ispejjeż ikunu mill-inqas u, għalhekk, jitnaqqsu n-nollijiet imħallsa minn dawk li jużaw it-trasport).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122.</NO.P><TXT>Nikkonkludi li t-trasferiment tat-tiżmim tal-azzjonijiet jista’ joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="20"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-osservazzjonijiet esposti iktar ’il fuq, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi kif ġej għall-ewwel domanda magħmula mill-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja):</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT>Allokazzjoni statutorja għall-benefiċċju ta’ operatur tal-Istat ta’ infrastruttura ferrovjarja lokali u wieħed li jagħti servizzi ta’ trasport lokali lil passiġġieri, li jkollha titħallas mill-baġit tal-Istat u li kienet awtorizzata b’liġi finanzjarja, tikkostitwixxi trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat u tista’ tkun attribwita lill-Istat;</TXT><P>tali allokazzjoni għandha titqies li tkun ingħatat jekk id-dritt inkundizzjonat li wieħed jirċeviha jkun ingħata lill-benefiċjarju skont id-dritt nazzjonali, jew jekk dak id-dritt ikun ingħata bla ħsara għal kundizzjonijiet u dawk il-kundizzjonijiet jitħarsu, li huwa għall-qorti tar-rinviju li tivverifika;</P><P>tali allokazzjoni, li tnaqqas il-possibbiltà li kompetitur attiv fi Stati Membri oħra jidħol fis-suq, tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri;</P><P>tali allokazzjoni għandha titqies bħala adottata mill-Istat fil-kwalità tiegħu ta’ awtorità pubblika jekk ma tkunx ibbażata fuq evalwazzjonijiet ekonomiċi preċedenti, li huwa għall-qorti tar-rinviju li tivverifika; u</P><P>tali allokazzjoni għandha titqies bħala li tista’ toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni jekk, l-ewwel nett, tkun tista’ tintuża sabiex tiżgura li l-benefiċjarju jibqa’ jopera, u, it-tieni nett, l-attivitajiet tal-benefiċjarju jkunu suġġetti għal monopolju legali li jkun jeskludi l-kompetizzjoni fis-suq, iżda mhux għas-suq, bir-riżultat li b’hekk l-allokazzjoni tħalli lill-benefiċjarju jibqa’ fis-suq u b’hekk it-tħaddim tal-infrastruttura ferrovjarja lokali u l-għoti ta’ servizzi lokali ta’ trasport lil passiġġieri ma jitħallewx jiġu fdati lill-impriżi oħra, li huwa għall-qorti tar-rinviju li tivverifika;</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>It-trasferiment, lill-operatur tal-Istat tan-netwerk ferrovjarju nazzjonali, tat-tiżmim ta’ azzjonijiet tal-Istat fil-kapital ta’ operatur ta’ infrastruttura ferrovjarja lokali u fornitur ta’ servizzi ta’ trasport lokali lil passiġġieri, li jkun ipprovdut b’fondi pubbliċi u li jkollu lill-Istat bħala l-azzjonist waħdieni tiegħu, għandu jitqies bħala trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat;</TXT><P>tali trasferiment, li kien previst fid-digriet ta’ ministeru, jista jkun attribwit lill-Istat;</P><P>tali trasferiment, li jkun għall-benefiċċju ta’ impriża attiva fi Stati Membri oħra u li jnaqqas il-possibbiltà li kompetitur attiv fi Stati Membri oħra jidħol fis-suq, jolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri;</P><P>tali trasferiment għandu jitqies bħala adottat mill-Istat fil-kwalità tiegħu ta’ awtorità pubblika jekk ma jkunx ibbażat fuq evalwazzjonijiet ekonomiċi preċedenti, li huwa għall-qorti tar-rinviju li tivverifika;</P><P>tali trasferiment li bih operatur lokali f’diffikultajiet finanzjarji jakkwistah, mingħajr korrispettiv, operatur nazzjonali, bil-kundizzjoni li dan tal-aħħar jintrabat li jirripristina l-vijabilità finanzjarja ta’ dak tal-ewwel, jista’ jitqies bħala li jagħti vantaġġ kemm lill-operatur nazzjonali, jekk ikun hemm prospetti ta’ qligħ għall-operatur lokali, kif ukoll/jew għall-operatur lokali, jekk dan ikun kiseb dritt li l-vijabilità finanzjarja tiegħu tkun irripristinata, li huwa għall-qorti tar-rinviju li tivverifika; u</P><P>tali trasferiment, li jippermetti lill-operatur lokali jibqa’ fis-suq u b’hekk ma jħallix li t-tħaddim tal-infrastruttura ferrovjarja lokali u l-għoti ta’ servizzi lokali ta’ trasport lil passiġġieri jiġu fdati lil impriżi oħra, jista’ joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni.</P></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>