Official Journal L 326 , 22/12/2000 P. 0030 - 0033
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2813/2000 tal-21 ta'Diċembru 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar l-għoti ta' l-għajnuna għall-ħażna privata ta' xi prodotti tas-sajd IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta'Diċembru 1999 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tas-sajd u tal-prodotti ta'l-akwakultura [1], u b'mod partikolari l-Artikoli 25(6) tiegħu, Billi: (1) Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000, li rrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3759/92 [2] b'effett mill-1 ta' Jannar 2001, jipprovdi għall-għoti ta' għajnuna għall-ħażna privata lil organizzazzjonijiet ta' produttri fir-rigward tal-prodotti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 104/2000. Dawn ir-regoli huma differenti mill-iskema ta' qabel prevista fir-Regolament (KEE) Nru 3759/92 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1690/94 tat-12 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxu regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3759/92 dwar l-għoti ta' għajnuna għall-ħażna privata ta' xi prodotti tas-sajd [3] minħabba l-introduzzjoni ta' prezz tal-bejgħ Komunitarju. Ir-Regolament (KE) Nru 1690/94 għandu għalhekk jitbiddel sabiex jiġu kkunsidrati dawn it-bidliet. (2) L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jikkontribwixxu għall-ispejjeż ta'l-implementazzjoni tal-mekkaniżmi ta'l-għajnuna għall-ħażna privata u allura, l-ammont ta'l-għajnuna għandu jiġi stabbilit skond l-ispiża teknika reali u l-ispejjeż finanzjarji ta'l-operazzjonijiet tal-ħażna. L-ispejjeż tekniċi għandhom jiġu stabbiliti skond l-ispejjeż immedjati li ntefqu taħt il-mekkaniżmu. Sabiex jiġu evitati talbiet diffiċli għal informazzjoni mingħand l-industrija u kalkoli kkumplikati ta' kull sena, l-ispejjeż finanzjarji għandhom ikunu rata fissa aġġustata skond ir-rata ta'l-interessi stabbilita b'mod konformi ma'l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1883/78 tat-2 ta'Awissu 1978 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-finanzjament ta'interventi mill-Fond Ewropew ta' Gwida u Garanzija Agrikola, Sezzjoni tal-Garanzija [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1259/96 [5]. (3) Sabiex tiġi żgurata l-kwalità tal-prodott u jiġi ffaċilitat it-tqegħid ta' prodotti fis-suq, il-ħtiġiet li għandhom jiġu osservati mill-operazzjonijiet li jikkwalifikaw għall-għajnuna għall-ħażna privata għandhom jiġu stabbiliti, flimkien mal-ħtiġiet li għandhom x'jaqsmu mal-ħażna u t-treġġigħ lura fis-suq tal-prodott konċernat. (4) Sabiex jiġu ggarantiti kondizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni bejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jużaw il-marġni ta' tolleranza prevista fir-Regolament (KE) Nru 104/2000, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar l-applikazzjoni tagħha u li din tkun konsistenti ma' mekkaniżmi oħra ta'l-intervent. Għalhekk id-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2509/2000 tal-15 ta' Novembru 2000 li jistabbilixxu regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar l-għoti ta' kumpens finanzjarju għall-irtirar ta' xi prodotti tas-sajd [6] għandhom jgħoddu. (5) Il-benefiċjarji ta'l-għajnuna għandhom jiġu obbligati jżommu rekords ta'l-istokk sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-verifiki u dawn għandhom jikkomunikaw din l-informazzjoni lill-Istat Membru. Għall-iskop ta'ġestjoni tajba tal-mekkaniżmu ijkun biżżejjed li jintalbu r-rekords ta'l-istokk matul il-perjodi minimi tal-ħażna. (6) Il-proċedura biex jitressqu applikazzjonijiet għall-ħlas ta'l-għajnuna għall-ħażna privata għandha tiġi stabbilita kif ukoll il-proċedura għall-għoti ta'ħlasijiet bil-quddiem u l-ammont tal-garanzija relevanti. (7) Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Prodotti tas-Sajd, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Il-livell ta'għajnuna għall-ħażna privata għandu jiġi stabbilit qabel il-bidu ta'kull sena tas-sajd skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 38(2) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000. L-għajnuna għall-ħażna privata għandha tiġi stabbilita skond il-piż unitarju, li għandu jiġi applikat għall-piż nett tal-prodotti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 104/2000. 2. L-ammont ta'l-għajnuna għandu jiġi kkalkolat skond l-ispejjeż tekniċi reali u l-ispejjeż finanzjarji ta'l-operazzjonijiet indispensabbli għall-ħażna tal-prodotti kkonċernati skond kif irreġistrati fil-Komunità matul is-sena tas-sajd ta'qabel. 3. Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala spejjeż tekniċi: (a) spejjeż ta'l-enerġija; (b) spejjeż tax-xogħol li għandhom x'jaqsmu mal-ħażna u mar-rilaxx mill-ħażna; (ċ) spiża ta'materjali għall-ippakkjar dirett; (d) spiża tat-trasport mill-post tal-ħatt sal-post tal-ħażna. 4. L-ispejjeż finanzjarji għandhom ikunu b'rata fissa ta' 10 Euro għal kull tunnellata metrika għas-sena 2001. Minn hemm 'il quddiem ir-rata fissa għandha tiġi aġġustata sena b'sena bir-rata ta'l-interessi stabbilita kull sena skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 1883/78. 5. Il-livell ta'għajnuna għall-ħażna privata stabbilit għas-sena tas-sajd ikkonċernata japplika għal prodotti li deħlin għall-ħażna matul dik is-sena, irrispettivament mit-tmiem tal-perjodu tal-ħażna. Artikolu 2 1. Biex jikkwalifikaw għall-għajnuna għall-ħażna privata, il-ħażna u t-treġġigħ lura fis-suq tal-prodotti kkonċernati għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3. 2. Il-prodotti għandhom jinħażnu għal żmien minimu ta' 15-il jum mid-data ta'dħul fil-ħażna. Il-prodotti għandhom jiġu ppreservati f'kondizzjonijiet li ma jikkawżaw ebda deterjorazzjoni fil-kwalità tagħhom. Għal dan il-għan, il-prodotti għandhom jinħażnu fi stallazzjonijiet adattati fejn it-temperatura tal-ħażna ma taqbiżx it-18 °Ċ taħt iż-żero, mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti nazzjonali aktar restrinġenti jew l-istandards kummerċjail applikabbli fl-Istati Membri. Il-prodotti għandhom jinħażnu f'lottijiet omoġenji ta' mill-anqas 5 tunnellati metriċi, jew tunnellata metrika għall-gambli tal-familja Penaeidae. 3. Il-prodotti għandhom jerġgħu jitqiegħdu fis-suq f'lottijiet li jkunu omoġenji skond l-ispeċi, u b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ f'kull Stat Membru għall-marketing ta'prodotti għal konsum uman. Artikolu 3 L-Artikolu 2(1), (2) u (3) u l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2509/2000għandhom jgħoddu mutatis mutandis għall-arranġamenti ta'l-għajnuna għall-ħażna privata previsti fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000. Artikolu 4 1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta'monitoraġġ biex jiżguraw li l-prodotti li fil-każ tagħhom tkun ingħatat għajnuna għall-ħażna privata jkunu eliġibbli. 2. Għall-perjodu minimu ta'ħażna msemmi fl-ewwel subparagrafu ta'l- l-Artikolu 2(2), l-organizzazzjonijiet tal-prodotturi għandhom jiżguraw li l-benefiċjarji ta'l-għajnuna jżommu rekord ta'l-istokk għal kull kategorija ta'prodotti li jiddaħħlu għall-ħażna. 3. L-organizzazzjoni tal-produtturi għandha tikkomunika d-data, l-ispeċi, il-kategorija u l-ammont ta'prodotti mdaħħla għall-ħażna lill-Istat Membru kkonċernat ta' kull xahar. Artikolu 5 1. L-għajnuna għall-ħażna privata għandha titħallas lill-organizzazzjoni tal-prodotturi kkonċernati biss meta l-awtoritajiet kompetenti ta'l-Istat Membru jaċċertaw ruħhom li l-kwantitajiet li għalihom tkun ingħatat l-għajnuna ma jkunux aktar mill-limitu stabbilit fl-Artikolu 25(4) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, u li dawn ikunu nħażnu u tqiegħdu lura fis-suq, b'mod konformi ma'dan ir-Regolament. 2. L-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħażna privata għandhom jitressqu mill-organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernata lill-awtoritajiet kompoetenti ta'l-Istat Membru fi żmien erba' xhur mill-aħħar tas-sena tas-sajd ikkonċernata. 3. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom iħallsu l-għajnuna għall-ħażna privata fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu t-talba sħiħa għall-ħlas mingħand l-organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernata. Artikolu 6 Fuq it-talba ta'l-organizzazzjoni tal-prodotturi kkonċernata, l-Istat Membru għandu jagħti ħlas ta' xahar bil-quddiem ta' għajnuna għall-ħażna privata li jkun dovut fir-rigward tal-kwantitajiet li għalihom tkun intalbet l-għajnuna dak ix-xahar, bil-kondizzjoni li l-organizzazzjoni tal-produtturi tkun iddepożitat garanzija ekwivalenti għal 105 % ta'l-ammont tal-ħlas bil-quddiem. Il-ħlasijiet bil-quddiem għandhom jiġu kkalkolati b'mod konformi mal-metodu stabbilit fl-Anness. Artikolu 7 Ir-Regolament (KE) Nru 1690/94 qiegħed b'hekk jiġi rrevokat. Artikolu 8 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea. Dan għandu jgħodd mill-1 ta' Jannar 2001. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, 30 ta'Diċembru 2000. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 17, tal-21.11.2000, p. 22. [2] ĠU L 388, tal-31.12.1992, p. 1. [3] ĠU L 179, tat-13.7.1994, p. 4. [4] ĠU L 216, tal-5.8.1978, p. 1. [5] ĠU L 163, tat-2.7.1996, p. 10. [6] ĠU L 289, tas-16.11.2000, p. 11. -------------------------------------------------- L-ANNESS +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------