|
11.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/34 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 140/2009
tal-4 ta’ Diċembru 2009
li temenda l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness IV tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 81/2009 tas-3 ta’ Lulju 2009 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/74/KE tal-21 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-valuri armonizzati ta’ referenza għall-effiċjenza għal produzzjoni separata ta’ elettriċità u ta’ sħana bl-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 28 (Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IV għall-Ftehim:
|
“29. |
32007 D 0074: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/74/KE tal-21 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-valuri armonizzati ta’ referenza għall-effiċjenza għal produzzjoni separata ta’ elettriċità u ta’ sħana bl-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 32, 6.2.2007, p. 183).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni 2007/74/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(1) ĠU L 277, 22.10.2009, p. 32.
(2) ĠU L 32, 6.2.2007, p. 183.
(*1) Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.