20.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 105/55


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/837

tas-17 ta’ April 2023

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1803 li tistabbilixxi l-ammonti proviżorji allokati lil kull Stat Membru mir-riżorsi tar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit u l-ammont minimu ta’ appoġġ għall-komunitajiet kostali lokali u reġjonali

(notifikata bid-dokument C(2023) 2459)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/1755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2021 li jistabbilixxi r-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-8 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1803 (2) li tistabbilixxi l-ammonti proviżorji allokati lil kull Stat Membru mir-riżorsi tar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/1755, kif ukoll l-ammont minimu ta’ riżorsi li għandhom jintnefqu f’konformità mal-Artikolu 4(4) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Skont l-Artikolu 4a(1) tar-Regolament (UE) 2021/1755, l-Istati Membri jistgħu jippreżentaw talba motivata lill-Kummissjoni għal trasferiment lill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, stabbilita bir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-ammonti kollha tal-allokazzjoni proviżorja tagħhom jew parti minnhom stabbiliti fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 4(5) tar-Regolament (UE) 2021/1755.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 4a(3) tar-Regolament (UE) 2021/1755 meta Stat Membru jagħżel li jittrasferixxi l-allokazzjoni proviżorja kollha tiegħu jew parti minnha lill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza f’konformità mal-Artikolu 4a, l-ammonti li għandhom jintnefqu għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(4), għandhom jitnaqqsu b’mod proporzjonat.

(4)

Tlieta u għoxrin Stat Membru ppreżentaw talba motivata biex jittrasferixxu ammont totali ta’ EUR 2 089 446 003 mir-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Il-Kummissjoni vvalutat dawk it-talbiet b’mod pożittiv.

(5)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1803 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(6)

Għal raġunijiet ta’ programmazzjoni, l-ammonti provviżorji globali allokati lil kull Stat Membru għandhom jingħataw fi prezzijiet attwali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1803, l-Anness huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ April 2023.

Għall-Kummissjoni

Elisa FERREIRA

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 357, 8.10.2021, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1803 tat-8 ta’ Ottubru 2021 li tistabbilixxi l-ammonti proviżorji allokati lil kull Stat Membru mir-riżorsi tar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit u l-ammont minimu ta’ appoġġ għall-komunitajiet kostali lokali u reġjonali (ĠU L 362, 12.10.2021, p. 3).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1803 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS

Ammonti proviżorji allokati lil kull Stat Membru mir-riżorsi tar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit u l-ammont minimu ta’ appoġġ għall-komunitajiet kostali lokali u reġjonali, fi prezzijiet attwali (EUR) bħala riżultat tat-trasferimenti ta’ riżorsi għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

Stat Membru

Ammont relatat mal-fatturi msemmija fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/1755

Allokazzjoni proviżorja totali (wara t-trasferimenti)

Ammonti trasferiti għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF)

Ammont minimu li għandu jintnefaq skont l-Artikolu 4(4) għall-komunitajiet kostali lokali u reġjonali

Kummerċ fi prodotti u servizzi mar-Renju Unit

Ħut maqbud fiż-Żona Ekonomika Esklussiva tar-Renju Unit

Reġjuni tal-fruntieri marittimi mar-Renju Unit

BE - il-Belġju

129 217 527

23 333 576

5 172 766

157 723 869

228 850 088

11 040 671

BG - il-Bulgarija

9 372 864

 

 

9 372 864

6 000 000

 

CZ - iċ-Ċekja

0

 

 

0

54 918 029

 

DK - id-Danimarka

89 484 857

119 487 833

 

208 972 690

66 026 588

14 628 088

DE - il-Ġermanja

396 922 262

29 938 608

 

426 860 870

219 739 187

14 969 304

EE - l-Estonja

0

 

 

0

6 615 616

 

IE - l-Irlanda

855 060 202

96 925 106

63 216 817

1 015 202 125

150 000 000

48 462 552

EL - il-Greċja

13 031 153

 

 

13 031 153

25 600 000

 

ES - Spanja

211 333 066

3 113 984

 

214 447 050

58 000 000

 

FR - Franza

142 041 225

41 642 737

47 867 301

231 551 263

504 000 000

16 208 588

HR - il-Kroazja

0

 

 

0

7 190 532

 

IT - l-Italja

146 769 412

 

 

146 769 412

0

 

CY - Ċipru

0

 

 

0

52 056 350

 

LV - il-Latvja

0

 

 

0

10 946 343

 

LT - il-Litwanja

7 465 868

18 705

 

7 484 573

4 700 000

 

LU - il-Lussemburgu

0

 

 

0

128 475 124

 

HU - l-Ungerija

57 157 852

 

 

57 157 852

0

 

MT - Malta

4 322 261

 

 

4 322 261

40 000 000

 

NL - in-Netherlands

485 768 732

95 761 650

24 784 255

606 314 637

280 000 000

42 442 025

AT - l-Awstrija

27 711 512

 

 

27 711 512

0

 

PL - il-Polonja

172 161 964

1 471 297

 

173 633 261

0

 

PT - il-Portugall

0

0

 

0

81 358 359

 

RO - ir-Rumanija

0

 

 

0

43 162 623

 

SI - is-Slovenja

0

 

 

0

5 257 380

 

SK - is-Slovakkja

0

 

 

0

36 307 747

 

FI - il-Finlandja

9 000 000

 

 

9 000 000

14 242 037

 

SE - l-Iżvezja

67 431 973

4 001 632

 

71 433 605

66 000 000

 

Total tal-UE-27

2 824 252 730

415 695 128

141 041 139

3 380 988 997

2 089 446 003

147 751 228

”