|
12.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
222 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta’ Lulju 2005
li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd mill-Baħamas
(notifikata taħt dokument numru C(2005) 2518)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2005/499/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet sanitarji għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tas-sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Twettqet spezzjoni fil-Baħamas f'isem il-Kummissjoni biex jiġu vverifikati l-kundizzjonijiet li fihom il-prodotti ta' l-industrija tas-sajd jiġu prodotti, maħżuna u mibgħuta lejn il-Komunità. |
|
(2) |
Il-kundizzjonijiet fil-leġislazzjoni tal-Baħamas dwar l-ispezzjoni sanitarja u l-monitoraġġ tal-prodotti ta' l-industrija tas-sajd jistgħu jitqiesu l-istess bħal dawk li hemm stipulati fid-Direttiva 91/493/KEE. |
|
(3) |
B'mod partikolari, “id-Dipartiment tas-Sajd (DS)” huwa kapaċi jivverifika b'mod effettiv l-implimentazzjoni tar-regoli fis-seħħ. |
|
(4) |
Id-DS ipprovda assigurazzjonijiet uffiċjali dwar il-konformità ma' l-istandards tal-kontrolli sanitarji u l-monitoraġġ ta' prodotti tas-sajd kif stipulati fil-Kapitolu V ta' l-Anness għad-Direttiva 91/493/KEE u dwar it-twettiq tar-rekwiżiti iġjeniċi ekwivalenti għal dawk stabbiliti b'dik id-Direttiva. |
|
(5) |
Jixraq li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-prodotti tas-sajd importati fil-Komunità mill-Baħmas, skond id-Direttiva 91/493/KEE. |
|
(6) |
Jeħtieġ ukoll li titfassal lista ta' stabbilimenti, bastimenti fabbriki, jew imħażen tal-friża approvati, u lista ta' bastimenti tal-friża mgħammra skond ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 92/48/KEE tas-16 ta' Ġunju 1992 li tistabbilixxi r-regoli minimi ta' iġjene applikabbli għall-prodotti tas-sajd maqbuda fuq ċerti bastimenti skond l-Artikolu 3(1)(a)(i) tad-Direttiva 91/493/KEE (2). Dawk il-listi għandhom jiġu elenkati fuq il-bażi ta' komunikazzjoni mid-DF lill-Kummissjoni. |
|
(7) |
Jixraq li din id-Deċiżjoni tiġi applikata 45 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha li jipprovdu l-perjodu tranżitorju meħtieġ. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-“Dipartiment tas-Sajd (DS)” għandu jkun l-awtorità kompetenti fil-Baħamas identifikat għall-għanijiet tal-verifika u ċ-ċertifikazzjoni tal-konformità tal-prodotti tas-sajd mar-rekwiżiti tad-Direttiva 91/493/KEE.
Artikolu 2
Il-prodotti tas-sajd importati fil-Komunità mill-Baħamas għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 3, 4 u 5.
Artikolu 3
1. Kull kunsinna għandha tkun akkumpanjata minn ċertifikat sanitarju oriġinali innumerat skond il-mudell stipulat fl-Anness I u li jkun jikkostitwixxi folja waħda, mimlija, iffirmata u ddatata kif suppost.
2. Iċ-ċertifikat sanitarju għandu jitfassal f’għallinqas waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-Istat Membru fejn ikunu qed jitwettqu l-kontrolli.
3. Iċ-ċertifikat sanitarju għandu jinkludi l-isem, il-kariga u l-firma tar-rappreżentant tad-DS, u t-timbru uffiċjali ta' dan ta' l-aħħar b'kulur differenti minn dak ta' l-approvazzjonijiet.
Artikolu 4
Il-prodotti tas-sajd għandhom jiġu minn stabbilimenti, bastimenti fabbriki, jew imħażen tal-friża approvati, jew minn bastimenti tal-friża rreġistrati elenkati fl-Anness II.
Artikolu 5
Il-pakketti kollha għandhom ikunu mmarkati bil-kelmiet “IL-BAĦAMAS” u bin-numru ta' approvazzjoni/reġistrazzjoni ta' l-istabbiliment, il-bastiment fabbrika, il-maħżen tal-friża jew il-bastiment tal-friża ta' l-oriġini b'ittri li ma jitħassrux, għajr għal każijiet ta' prodotti tas-sajd iffriżati bl-ingrossa u intenzjonati għall-manifattura ta' ikel ippriservat.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-28 ta’ Awwissu 2005.
Artikolu 7
Din id-Deċiżoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar it-12 ta’ Lulju 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 15. Direttiva kif ġiet emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).
ANNESS I
ĊERTIFIKAT SANITARJU
għall-prodotti ta' l-industrija tas-sajd importati mill-Baħamas u maħsuba għall-esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea li jeskludu molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar f’kull għamla
ANNESS II
LISTA TA' STABBILIMENTI U BASTIMENTI
|
Nru ta' l-approvazzjoni |
Isem |
Belt Reġjun |
Skadenza ta' l-Approvazzjoni |
Kategorija |
||||
|
01 |
Tropic Seafood Ltd |
New Providence |
|
PP |
||||
|
04 |
Marsh Harbour Exporters & Importers Ltd |
Abaco |
|
PP |
||||
|
08 |
Ronald's Seafood Ltd |
Eleuthera |
|
PP |
||||
|
16 |
Performance Fisheries Ltd |
Long Island |
|
PP |
||||
|
22 |
Paradise Fisheries Ltd |
New Providence |
|
PP |
||||
|
29 |
Seafarmer (David Kreiser) |
New Providence |
|
FV |
||||
|
64 |
Heritage Seafood Ltd |
New Providence |
|
PP |
||||
|
68 |
Hurricane Shawn (Hurricane Seafoods) |
New Providence |
|
FV |
||||
|
69 |
Typhoon Kyle (Hurricane Seafoods) |
New Providence |
|
FV |
||||
|
70 |
Painful Pleasure (Hurricane Seafoods) |
New Providence |
|
FV |
||||
|
71 |
Turn Me Loose (Hurricane Seafoods) |
New Providence |
|
FV |
||||
|
90 |
G & L Seafoods |
Grand Bahama |
|
PP |
||||
|
Tifsira tal-Kategorija:
|
||||||||