<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-224/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0224</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:347">EU:C:2019:347</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20190502">2.5.2019</DATE> – Kawża C‑224/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Budimex</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Seba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20190502">2 ta’ Mejju 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 66</KEYWORD><KEYWORD>Fatt taxxabbli u eżiġibbiltà tat‑taxxa</KEYWORD><KEYWORD>Mument li fih isseħħ il-provvista ta’ servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u ta’ installazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Teħid inkunsiderazzjoni tal-mument ta’ aċċettazzjoni tax‑xogħlijiet prevista fil-kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑224/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Qorti Suprema Amministrattiva, il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20171128">28 ta’ Novembru 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20180328">28 ta’ Marzu 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Budimex S.A.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Minister Finansów,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz, President tal-Awla, E. Levits (Relatur) u P. G. Xuereb, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Budimex S.A., minn M. Militz, doradca podatkowy,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Siekierzyńska u N. Gossement, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 66 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, u r-Rettifiki <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 335, p. 60</REF.DOC.OJ>, u <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="329" PAGE.FIRST="53" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 329, p. 53</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE tat‑<DATE ISO="20100713">13 ta’ Lulju 2010</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="189" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 189, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Direttiva dwar il-VAT<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Budimex S.A. u l-Minister Finansów (il-Ministru għall-Finanzi, il-Polonja) fir-rigward ta’ analiżi fiskali li din il-kumpannija kienet talbet mingħand il-Ministru għall-Finanzi, fir-rigward tad-data ta’ eżiġibbiltà tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) għat-twettiq ta’ servizzi ta’ kostruzzjoni jew ta’ installazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont il-premessa 24 tad-Direttiva dwar il-VAT:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Il-kunċetti ta’ avveniment li jagħti lok għal ħlas u imposizzjoni ta’ VAT għandhom jiġu armonizzati jekk l-introduzzjoni tas-sistema komuni ta’ VAT u ta’ kwalunkwe emendi li jista’ jkun hemm għaliha għandhom jieħdu effett fl-istess żmien fl-Istati Membri kollha.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1)(c) ta’ din id-direttiva jipprevedi li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>provvista ta’ servizzi bi ħlas fit-territorju ta’ Stat Membru minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> hija suġġetta għall-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 63 tal-imsemmija direttiva huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Għandu jkun hemm avveniment li jagħti lok għal ħlas u l-VAT għandha tiġi imposta meta l-merkanzija jew is–servizzi huma pprovduti.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal‑Artikolu 66 tad-Direttiva dwar il-VAT jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>[B]ħala deroga mill–Artikoli 63, 64 u 65, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-VAT għandha tiġi imposta, fir-rigward ta’ ċerti transazzjonijiet jew ċerti kategoriji ta’ persuni taxxabbli f’wieħed miż-żminijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>mhux iktar tard miż-żmien tal-ħruġ tal-fattura;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>mhux iktar tard miż-żmien meta jiġi riċevut il-ħlas;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>fejn fattura ma tinħariġx, jew tinħareġ tard, fi żmien speċifikat mkux aktar tard mill-iskadenza tal-limitu ta’ żmien għall-ħruġ ta’ fatturi imposti mill-Istati Membri skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 222 jew fejn ma jkun ġie impost l-ebda limitu ta’ żmien bħal dan mill-Istat Membru, f’perijodu speċifikat mid-data tal-avveniment li jagħti lok għall-ħlas.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 222 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Għal provvisti ta’ merkanzija mwettqa skont il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 138 jew għal provvisti ta’ servizzi li għalihom il-VAT titħallas mill-klijent skont l-Artikolu 196, għandha tinħareġ fattura sa mhux aktar tard mill-ħmistax‑il jum tax-xahar wara dak li fih iseħħ l-avveniment li jagħti lok għall-ħlas.</ALINEA><?PAGE NO="3"?><ALINEA>Għal provvisti oħrajn ta’ merkanzija jew servizzi l-Istati Membri jistgħu jimponu limiti ta’ żmien fuq persuni taxxabbli għall-ħruġ ta’ fatturi.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Pollakk</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 19a tal-ustawa o podatku od towarów i usług (il-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Oġġetti u fuq is-Servizzi) tal‑<DATE ISO="20040311">11 ta’ Marzu 2004</DATE> (Dz. U. Nru 54, intestatura 535), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Liġi dwar il-VAT<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="019A.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-obbligu fiskali jsir dovut fil-mument ta’ twettiq tal-kunsinna tal-oġġetti jew tal-provvista tas-servizzi, bla ħsara għall-paragrafi 5 u 7 sa 11 tal-Artikolu 14(6), għall-Artikolu 20 u għall-Artikolu 21(1).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="019A.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Meta s-servizzi jkunu ġew ipprovduti biss parzjalment, il-provvista titqies li twettqet ukoll meta sseħħ parti mill-provvista li għaliha tkun prevista remunerazzjoni.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="019A.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-obbligu fiskali jimmaterjalizza ruħu fil-mument:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>tal-ħruġ tal-fattura, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 106b(1):</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>għall-provvisti ta’ servizzi ta’ kostruzzjoni jew ta’ installazzjoni,</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="019A.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każijiet imsemmija fil-punti 3 u 4 tal-paragrafu 5, jekk il-persuna taxxabbli ma tkunx ħarġet fattura jew tkun ħarġet il-fattura b’mod tardiv, l-obbligu fiskali jsir dovut mal-iskadenza tat-termini ta’ ħruġ tal-fatturi ffisati fl-Artikolu 106i(3) u (4), jew, jekk ma jkun ġie ffissat ebda terminu, mal-iskadenza tat-terminu ta’ ħlas.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 106b(1) ta’ din il-liġi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Il-persuna taxxabbli għandha l-obbligu li toħroġ il-fattura relatata ma’:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>kull bejgħ, kunsinna ta’ oġġetti u provvista ta’ servizzi msemmija fil-punt 2 tal-Artikolu 106a, imwettqa minnha stess favur persuna taxxabbli oħra, jew persuna oħra suġġetta għall-VAT jew għal taxxa simili, jew favur persuna ġuridika mhux suġġetta;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 106i(3) tal-imsemmija liġi jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Il-fattura għandha tinħareġ sa mhux iktar tard:</P><P>Minn 30 jum wara li sseħħ il-provvista ta’ servizzi – fil-każ imsemmi fil-punt 3(a) tal-Artikolu 19a(5);</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Wara talba għal analiżi fiskali mressqa minn Budimex, dwar id-data ta’ eżiġibbiltà tal-VAT relatata max-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u ta’ installazzjoni mwettqa minn din l-impriża, il-Ministru għall-Finanzi indika, fit-tweġiba tiegħu tal‑<DATE ISO="20141015">15 ta’ Ottubru 2014</DATE>, li l-VAT issir eżiġibbli fil-mument fejn l-imprenditur joħroġ il-fattura relatata ma’ dawn ix-xogħlijiet jew, fin-nuqqas ta’ dan, fi tmiem terminu ta’ 30 jum wara d-data ta’ tlestija effettiva tal-imsemmija xogħlijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Ministru għall-Finanzi enfasizza li ċ-ċirkustanza li d-dispożizzjonijiet kuntrattwali li fuq il-bażi tagħhom jitwettqu x-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u ta’ installazzjoni jipprevedu li sid il-kostruzzjoni li jkun talab dawn ix-xogħlijiet għandu jivvalidahom permezz ta’ kitba formali ta’ aċċettazzjoni, ma għandhiex effett fuq id-data ta’ eżiġibbiltà tal-VAT dovuta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Budimex adixxiet il-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie (il-Qorti Amministrattiva tal-Provinċja ta’ Varsavja, il-Polonja) b’rikors indirizzat kontra t-tweġiba tal-Ministru għall-Finanzi tal‑<DATE ISO="20141015">15 ta’ Ottubru 2014</DATE>, fejn sostniet li l-formalità ta’ validazzjoni tax-xogħlijiet imwettqa hija espressament prevista mill-kundizzjonijiet tas-suq iddefiniti mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Inġiniera Konsulenti (FIDIC), li jirregolaw il-kuntratti li hija tikkonkludi, u li, għalhekk, hija parti integrali ta’ kull provvista ta’ servizz ta’ kostruzzjoni jew ta’ installazzjoni li hija twettaq. Dan ir-rikors ġie miċħud permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20150730">30 ta’ Lulju 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Budimex ippreżentat appell kontra din id-deċiżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju, li tqis li għar-riżoluzzjoni tal-kawża prinċipali hija meħtieġa l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-VAT, li huma trasposti fid-dispożizzjonijiet nazzjonali invokati minn Budimex fil-kuntest tal-appell tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tispjega li r-riżoluzzjoni tal-kawża prinċipali tiddependi mill-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>servizz ipprovdut<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, fis-sens tal-Artikolu 63 tad-Direttiva dwar il-VAT. B’mod partikolari, tirriżulta l-kwistjoni dwar jekk iċ-ċirkustanza li provvista ta’ servizz ta’ kostruzzjoni jew ta’ installazzjoni titqies li tkun twettqet, bis-saħħa ta’ dispożizzjonijiet kuntrattwali, biss wara l-aċċettazzjoni tax-xogħlijiet minn sid il-kostruzzjoni, jistax ikollha effett fuq id-determinazzjoni tad-data ta’ eżeġibbiltà tal-VAT relatata ma’ din il-provvista ta’ servizz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li n-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Polonja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Meta l-partijiet fi tranżazzjoni jkunu qablu li l-ħlas tar-remunerazzjoni dovuta għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ installazzjoni huwa suġġett għall-aċċettazzjoni tal-eżekuzzjoni tagħhom mill-persuna li tordna dawn ix-xogħlijiet, espressa fil-kitba formali ta’ aċċettazzjoni, għandu jitqies, fil-kuntest ta’ tali tranżazzjoni, li l-provvista ta’ servizzi twettqet, fis-sens tal-Artikolu 63 tad-[Direttiva dwar il-VAT] fil-mument tal-eżekuzzjoni effettiva tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ installazzjoni, jew inkella fil-mument tal-aċċettazzjoni tal-eżekuzzjoni ta’ dawn ix-xogħlijiet mill-persuna li tordna dawn ix-xogħlijiet espressa fil-kitba formali ta’ aċċettazzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Preliminarjament, jeħtieġ li jitfakkar li, skont l-Artikolu 63 tad-Direttiva dwar il-VAT, it-taxxa ssir eżiġibbli fil-mument tat-twettiq tal-provvista ta’ servizzi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu (c) tal-Artikolu 66 ta’ din id-direttiva jippreċiża, madankollu, li l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li t-taxxa ssir eżiġibbli għal ċerti tranżazzjonijiet, f’terminu speċifiku u sa mhux iktar tard mill-iskadenza tat-terminu ta’ ħruġ tal-fatturi impost mill-Istati Membri, fil-każ ta’ assenza ta’ ħruġ jew ta’ ħruġ tardiv tal-fattura relatata mal-provvista ta’ servizzi mogħtija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-leġiżlazzjoni Pollakka implimentat il-jedd li huwa rrikonoxxut lilha bis-saħħa tal-Artikolu 66 tad-Direttiva dwar il-VAT billi pprevediet, fl-Artikolu 19a(7) u fl-Artikolu 106i(3) tal-Liġi dwar il-VAT, moqrija flimkien, li, fl-assenza ta’ ħruġ jew ta’ ħruġ tardiv tal-fattura, il-VAT issir eżiġibbli mal-iskadenza ta’ terminu ta’ 30 jum wara t-twettiq tal-provvista ta’ servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Għalhekk, permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju titlob, essenzjalment, li jiġi kkonstatat jekk l-ewwel paragrafu (c) tal-Artikolu 66 tad-Direttiva dwar il-VAT jipprekludix, fil-każ ta’ assenza ta’ ħruġ jew ta’ ħruġ tardiv tal-fattura relatata mas-servizzi pprovduti, li l-aċċettazzjoni formali ta’ din il-provvista ta’ servizzi tiġi kkunsidrata bħala l-mument meta tkun twettqet l-imsemmija provvista, meta, bħal fil-kawża prinċipali, l-Istat Membru jipprevedi li t-taxxa ssir eżiġibbli mal-iskadenza ta’ terminu li jibda jiddekorri mill-jum meta tkun twettqet il-provvista ta’ servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Qabel kollox għandu jitfakkar li d-Direttiva dwar il-VAT tistabbilixxi sistema komuni tal-VAT ibbażata, b’mod partikolari, fuq definizzjoni uniformi tat-tranżazzjonijiet taxxabbli (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Newey</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑653/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:409">EU:C:2013:409</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-premessa 24 ta’ din id-direttiva tispjega li l-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>fatt taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>eżiġibbiltà tat-taxxa<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> għandhom jiġu armonizzati sabiex l-applikazzjoni u l-modifiki ulterjuri tas-sistema komuni ta’ VAT jidħlu fis-seħħ fl-istess data. B’hekk, il-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jarmonizza bis-sħiħ id-data li fiha jiġi fis-seħħ l-obbligu fiskali fl-Istati Membri kollha sabiex jiġi ggarantit ġbir uniformi ta’ din it-taxxa (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130516">16 ta’ Mejju 2013</DATE>, <NAME.CASE>TNT Express Worldwide (Poland</NAME.CASE>), <NO.CASE>C‑169/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:314">EU:C:2013:314</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 63 tal-imsemmija direttiva, il-fatt taxxabbli jseħħ u t-taxxa ssir eżiġibbli fil-mument meta titwettaq il-provvista ta’ servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Konformement mal-ewwel paragrafu (c) tal-Artikolu 66 ta’ din l-istess direttiva, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li t-taxxa ssir eżiġibbli għal ċerti tranżazzjonijiet jew ċerti kategoriji ta’ persuni taxxabbli f’terminu ddeterminat li jibda mid-data tal-fatt taxxabbli fil-każ ta’ assenza ta’ ħruġ jew ta’ ħruġ tardiv tal-fattura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-Artikolu 19a (5) u (7) tal-Liġi dwar il-VAT, moqri flimkien mal-Artikolu 106i(3) ta’ din il-liġi, jipprevedi li, meta l-fattura tkun għadha ma nħarġitx f’terminu ta’ 30 jum wara t-twettiq tal-provvista ta’ servizzi, it-taxxa ssir eżiġibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Hemm nuqqas ta’ qbil bejn il-partijiet fil-kawża prinċipali fir-rigward tal-mument tat-twettiq tal-provvista tas-servizzi minn Budimex, fejn din tal-aħħar issostni li, minħabba d-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jinsabu fil-kuntratti li hija tikkonkludi, tali mument jista’ jseħħ biss wara l-aċċettazzjoni tax-xogħlijiet minn sid il-kostruzzjoni, indipendentement miċ-ċirkustanza li dawn materjalment ikunu twettqu f’data preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għalkemm huwa minnu li fir-rigward ta’ provvista ta’ servizzi ta’ kostruzzjoni jew ta’ installazzjoni, din komunement titqies li tkun twettqet fid-data ta’ tlestija materjali tax-xogħlijiet, xorta jibqa’ l-fatt li sabiex tranżazzjoni tkun tista’ tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>tranżazzjoni taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> fis-sens tad-Direttiva dwar il-VAT, ir-realtà ekonomika u kummerċjali tikkostitwixxi kriterju fundamentali għall-applikazzjoni tas-sistema komuni tal-VAT li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181122">22 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>MEO – Serviços de Comunicações e Multimédia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑295/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:942">EU:C:2018:942</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, ġie deċiż li d-dispożizzjonijiet kuntrattwali rilevanti jikkostitwixxu element li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni meta jkun meħtieġ li tiġi identifikata l-persuna li tipprovdi s-servizz u l-benefiċjarju fi tranżazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>provvista ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> fis-sens tad-Direttiva dwar il-VAT (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Newey</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑653/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:409">EU:C:2013:409</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għalhekk, ma jistax jiġi eskluż li, b’kunsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirriflettu r-realtà ekonomika u kummerċjali fil-qasam li fih titwettaq il-provvista tas-servizz, din tal-aħħar tkun tista’ titqies li ġiet imwettqa biss fi stadju ulterjuri għad-data ta’ tlestija materjali tal-provvista tas-servizz, wara li jkunu seħħew ċerti formalitajiet li jkunu indissoċjabbilment marbuta mal-provvista tas-servizz u li jkunu determinanti sabiex jiżguraw il-kompletezza tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jitfakkar li provvista ta’ servizzi hija taxxabbli biss jekk bejn il-persuna li tipprovdi s-servizz u l-benefiċjarju tkun teżisti relazzjoni ġuridika li fil-kuntest tagħha jiġu skambjati provvisti ta’ servizz reċiproċi, fejn il-ħlas irċevut mill-persuna li tipprovdi s-servizz ikun jikkostitwixxi l-valur korrispettiv effettiv ta’ servizz identifikabbli mogħti lill-benefiċjarju (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160602">2 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Lajvér</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑263/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:392">EU:C:2016:392</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-preċiżazzjonijiet mogħtija mill-qorti tar-rinviju jirriżulta li d-dispożizzjonijiet kuntrattwali inklużi fil-kuntratti konklużi mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali jipprevedu d-dritt, għal sid il-kostruzzjoni, li jivverifika l-konformità tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ installazzjoni mwettqa qabel ma jaċċettahom u l-obbligu għall-persuna li tipprovdi s-servizz li twettaq il-bidliet neċessarji sabiex ir-riżultat ikun jikkorrispondi effettivament għal dak li ġie miftiehem. F’dan ir-rigward, Budimex issostni, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, li ħafna drabi kien ikun impossibbli għaliha li tiddefinixxi l-bażi taxxabbli u l-ammont tat-taxxa dovuta qabel ma x-xogħlijiet jiġu aċċettati minn sid il-kostruzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Issa, minn naħa, sa fejn il-formalità kkostitwita mir-redazzjoni ta’ kitba formali ta’ aċċettazzjoni minn sid il-kostruzzjoni sseħħ biss hekk kif jintemm it-terminu mogħti għan-notifika ta’ difetti eventwali lill-persuna li tipprovdi s-servizz, li din tal-aħħar ikollha tikkoreġi sabiex il-provvista tas-servizz ta’ kostruzzjoni jew ta’ installazzjoni tkun konformi ma’ dak li ġie miftiehem, ma jistax jiġi eskluż li l-imsemmija provvista ta’ servizz ma tkunx twettqet għalkollox qabel ma tkun seħħet l-aċċettazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, hemm lok li jitfakkar li l-bażi taxxabbli għall-provvista ta’ servizz imwettqa b’mod oneruż hija kkostitwita mill-korrispettiv realment irċevut f’dan is-sens mill-persuna taxxabbli (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131107">7 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Tulică u Plavoşin</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑249/12 u C‑250/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:722">EU:C:2013:722</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għalhekk, sa fejn ma huwiex possibbli li jiġi ddeterminat il-korrispettiv dovut mill-persuna li tirċievi s-servizzi qabel ma din tkun aċċettat il-provvista ta’ servizz ta’ kostruzzjoni jew ta’ installazzjoni, it-taxxa relatata ma’ dawn is-servizzi ma tistax tkun eżiġibbli qabel l-imsemmija aċċettazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, u sa fejn ikun hemm qbil dwar l-aċċettazzjoni tax-xogħlijiet fil-kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi, fejn tali formalità tkun tirrifletti r-regoli u l-istandards fis-seħħ fil-qasam li fih titwettaq il-provvista ta’ servizz, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, hemm lok li jiġi kkunsidrat li din il-formalità tirriżulta, min-natura tagħha stess, mill-provvista tas-servizz u li, għalhekk, hija determinanti sabiex jitqies li din il-provvista effettivament tkun twettqet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li formalitajiet oħra, bħal, b’mod partikolari, l-istabbiliment ta’ rendikont formali tal-ispejjeż sostnuti jew ta’ ċertifikat ta’ ħlas finali, imsemmija fit-talba għal deċiżjoni preliminari, ma jistgħux jitqiesu bħala rilevanti għad-determinazzjoni tal-mument meta twettqet il-provvista tas-servizz, sa fejn, ġaladarba ma jagħmlux parti mill-provvista ta’ servizz bħala tali, huma ma humiex determinanti sabiex jiġi kkonstatat li dan is-servizz effettivament ġie pprovdut.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-punti preċedenti, jeħtieġ li r-risposta għad-domanda magħmula tkun li l-ewwel paragrafu (c) tal-Artikolu 66 tad-Direttiva dwar il-VAT għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, fil-każ ta’ assenza ta’ ħruġ jew ta’ ħruġ tardiv tal-fattura relatata mal-għoti tal-provvista ta’ servizzi, li l-aċċettazzjoni formali ta’ din il-provvista ta’ servizz titqies bħala l-mument meta twettqet l-imsemmija provvista, fil-każ fejn, bħal fil-kawża prinċipali, l-Istat Membru jipprevedi li t-taxxa ssir eżiġibbli mal-iskadenza ta’ terminu li jibda jiddekorri mill-jum li fih tkun twettqet il-provvista, sa fejn, minn naħa, il-formalità tal-aċċettazzjoni ġiet miftiehma mill-partijiet fil-kuntratt li jivvinkolahom mat-termini ta’ dispożizzjonijiet kuntrattwali relatati mar-realtà ekonomika u kummerċjali tal-qasam li fih tkun twettqet il-provvista ta’ servizz u, min-naħa l-oħra, li din il-formalità tikkorrispondi mat-tlestija materjali tal-provvista ta’ servizz u tiffissa b’mod definittiv l-ammont tal-korrispettiv dovut, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-ewwel paragrafu (c) tal-Artikolu 66 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE tat‑<DATE ISO="20100713">13 ta’ Lulju 2010</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, fil-każ ta’ assenza ta’ ħruġ jew ta’ ħruġ tardiv tal-fattura relatata mal-għoti tal-provvista ta’ servizzi, li l-aċċettazzjoni formali ta’ din il-provvista ta’ servizz titqies bħala l-mument meta twettqet l-imsemmija provvista, fil-każ fejn, bħal fil-kawża prinċipali, l-Istat Membru jipprevedi li t-taxxa ssir eżiġibbli mal-iskadenza ta’ terminu li jibda jiddekorri mill-jum li fih tkun twettqet il-provvista, sa fejn, minn naħa, il-formalità tal-aċċettazzjoni ġiet miftiehma mill-partijiet fil-kuntratt li jivvinkolahom mat-termini ta’ dispożizzjonijiet kuntrattwali relatati mar-realtà ekonomika u kummerċjali tal-qasam li fih tkun twettqet il-provvista ta’ servizz u, min-naħa l-oħra, li din il-formalità tikkorrispondi mat-tlestija materjali tal-provvista ta’ servizz u tiffissa b’mod definittiv l-ammont tal-korrispettiv dovut, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>