<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑48/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CJ0048</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:91">EU:C:2015:91</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20150212">12.2.2015</DATE> — KAWŻA C‑48/14</P><P>IL-PARLAMENT vs IL-KUNSILL</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20150212">12 ta’ Frar 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rikors għal annullament</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2013/51/Euratom</KEYWORD><KEYWORD>Għażla tal-bażi legali</KEYWORD><KEYWORD>Trattat KEEA</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 31 EA u 32 EA</KEYWORD><KEYWORD>Trattat FUE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 192(1) TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tas-saħħa tal-persuni</KEYWORD><KEYWORD>Sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem</KEYWORD><KEYWORD>Ċertezza legali</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni leali bejn l-istituzzjonijiet</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑48/14,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal annullament skont l-Artikolu 263 TFUE u l-Artikolu 106a(1) EA, ippreżentat fit-<DATE ISO="20140130">30 ta’ Jannar 2014</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il‑Parlament Ewropew</HT>, irrappreżentat minn L. Visaggio u J. Rodrigues, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il‑Kunsill tal‑Unjoni Ewropea</HT>, irrappreżentat minn O. Segnana u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><P>sostnut minn:</P><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Ir‑Repubblika Ċeka</HT>, irrappreżentata minn M. Smolek u E. Ruffer, bħala aġenti,</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir‑Repubblika Franċiża</HT>, irrappreżentata minn G. de Bergues u D. Colas kif ukoll minn N. Rouam, bħala aġenti,</P><P><HT TYPE="BOLD">Il‑Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn P. Van Nuffel u M. Patakia, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, President tal-Awla, K. Lenaerts (Relatur), Viċi-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, A. Arabadjiev, J. L. da Cruz Vilaça u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tiegħu, il-Parlament Ewropew jitlob l-annullament tad-Direttiva tal-Kunsill 2013/51/Euratom, tat-<DATE ISO="20131022">22 ta’ Ottubru 2013</DATE>, li tistabbilixxi rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="296" PAGE.FIRST="12" DATE.PUB="2013">ĠU L 296, p. 12</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>direttiva kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">It-Trattat KEEA</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikoli 30 EA sa 32 EA, li jagħmlu parti mill-Kapitolu 3, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Protezzjoni tas-saħħa<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, taħt it-Titolu II tat-Trattat KEEA, jipprevedu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="030"><TI.ART><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 30</HT></TI.ART><ALINEA>Għandhom ikunu stabbiliti fil-Komunità normi [standards] bażiċi għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali kontra l-perikoli li jinħolqu minn radjazzjoni jonizzanti.</ALINEA><ALINEA><P>Il-frażi <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>normi bażiċi<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> għandha tfisser:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>id-dożi massimi kompatibbli ma’ sigurtà adekwata;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-grad massimu permissibli ta’ l-esposizzjoni u kontaminazjoni; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>il-prinċipji fundamentali li jirregolaw is-superviżjoni medika tal-ħaddiema.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="031"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 31</HT></TI.ART><ALINEA>Il-Kummissjoni għandha tipprepara n-normi [standards] bażiċi wara li tieħu l-opinjoni ta’ grupp ta’ l-awtoritajiet maħtura mill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku minn fost l-esperti xjentifiċi, speċjalment esperti tas-saħħa pubblika, mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali dwar in-normi bażiċi hekk imħejjija.</ALINEA><ALINEA>Wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, il-Kunsill li jaġixxi permezz ta’ vot b’maġġoranza kkwalifikata, fuq proposta mill-Kummissjoni li titrażmetti l-opinjonijiet li tkun irċeviet mill-Kumitati, għandha tistabbilixxi n-normi [standards] bażiċi.</ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="032"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 32</HT></TI.ART><ALINEA>Fuq talba tal-Kummissjoni jew ta’ Stat Membru, in-normi [standards] bażiċi jistgħu jiġu riveduti jew issuplimentati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 31.</ALINEA><ALINEA>Il-Kummissjoni tkun marbuta li teżamina talba bħal din magħmula minn Stat Membru<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</ALINEA></ARTICLE></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 106a(3) EA, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>[i]d-dispożizzjonijiet tat-Trattat [dwar l-Unjoni Ewropea] u tat-Trattat [dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea] m’għandhomx jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Trattat.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 98/83/KE</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE, tat-<DATE ISO="19981103">3 ta’ Novembru 1998</DATE>, dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 90), kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 596/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20090618">18 ta’ Ġunju 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="188" PAGE.FIRST="14" DATE.PUB="2009">ĠU L 188, p. 14</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Direttiva 98/83<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), tipprevedi fl-Artikolu 1 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva hi dwar il-kwalità ta’ l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-għan tad-Direttiva għandu jkun dak li s-saħħa tal-bniedem tiġi mħarsa mill-effetti ħżiena ta’ kwalunkwe tniġġiż ta’ l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem billi jkun żgurat li dan ikun nadif u tajjeb.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/83, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Standards tal-Kwalità<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jistabbilixxi fl-ewwel u fit-tieni paragrafi tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri applikabbli għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għall-parametri mniżżla fl-Anness I.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-valuri stabbiliti skond il-paragrafu 1 m’għandhomx ikunu anqas stretti minn dawk dikjarati fl-Anness I. Rigward il-parametri ddikjarati fil-Parti Ċ ta’ l-Anness I, il-valuri għandhom bżonn ikunu fissati biss għal skopijiet ta’ kontrolli u għall-ħarsien ta’ l-obligazzjonijiet imposti fl-Artikolu 8.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-Parti C tal-Anness I tad-Direttiva 98/83, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Parametri Indikaturi<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, tipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>[…]</P><P><TBL NO.SEQ="0001" COLS="4" CLASS="GEN"><TITLE><TI><P>Radjoattività</P></TI></TITLE><CORPUS><ROW><CELL COL="1">Parametri</CELL><CELL COL="2">Valur parametriku</CELL><CELL COL="3">Unità</CELL><CELL COL="4">Noti</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">Tritium</CELL><CELL COL="2">100</CELL><CELL COL="3">Bq/l</CELL><CELL COL="4">Noti 8 &amp; 10</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">Doża indikattiva totali</CELL><CELL COL="2">0,10</CELL><CELL COL="3">mSv/sena</CELL><CELL COL="4">Noti 9 &amp; 10</CELL></ROW></CORPUS></TBL></P><P>[...]</P><ANNOTATION><P><HT TYPE="ITALIC">Nota 8</HT>: Kull kemm għandhom isiru l-kontrolli hu stabbilit aktar tard fl-Anness II.</P></ANNOTATION><ANNOTATION><P><HT TYPE="ITALIC">Nota 9</HT>: Ħlief għat-tritium, potassa –40 u prodotti tat-tkissir tar-radon, il-frekwenza u l-metodi ta’ kontrolli, u l-aktar imkejjen rilevanti għall-punti ta’ kontroll sa jkunu stabbiliti iktar tard fl-Anness II.</P></ANNOTATION><ANNOTATION><P><HT TYPE="ITALIC">Nota 10</HT>: Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri meħtieġa taħt in-Nota 8 dwar kemm għandhom ikunu spissi l-kontrolli [monitoraġġ], u taħt in-Nota 9 dwar il-frekwenza u l-metodi ta’ kontrolli, u l-aktar imkejjen rilevanti għall-punti ta’ kontroll fl-Anness II. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).</P><?PAGE NO="4"?><P>Meta telabora dwar dawk il-miżuri l-Kummissjoni għandha tikkunsidra inter alia d-dispożizzjonijiet rilevanti taħt il-leġiżlazzjoni eżistenti jew programmi xierqa ta’ kontrolli li jinkludu riżultati ta’ monitoraġġ kif derivati minnhom.</P></ANNOTATION><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-direttiva kkontestata</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Peress li l-proposta tal-Kummissjoni COM (2012) 147 finali, tat-<DATE ISO="20120328">28 ta’ Marzu 2012</DATE>, li tistabbilixxi rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, kienet ibbażata fuq l-Artikoli 31 EA u 32 EA, il-Parlament, permezz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva tat-<DATE ISO="20130312">12 ta’ Marzu 2013</DATE>, approva emendi dwar is-sostituzzjoni ta’ din il-bażi legali b’dik li tirriżulta mill-Artikolu 192(1) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-Kunsill madankollu ċaħad it-tibdil tal-bażi legali ppjanat mill-Parlament u, fit-<DATE ISO="20131022">22 ta’ Ottubru 2013</DATE>, adotta d-direttiva kkontestata, abbażi tal-Artikoli 31 EA u 32 EA.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-premessi 1 sa 5 tad-deċiżjoni kkontestata jistabbilixxu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1)</NO.P><TXT>It-teħid tal-ilma huwa waħda mill-mogħdijiet ta’ inkorporazzjoni ta’ sustanzi radjuattivi fil-ġisem tal-bniedem. F’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom (tat-<DATE ISO="19960513">13 ta’ Mejju 1996</DATE>, li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="159" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1996">ĠU L 159, p. 1</REF.DOC.OJ>), il-kontribuzzjoni għall-esponiment tal-pubbliku ġenerali kollu minn prattiki li jinvolvu riskju minn radjazzjoni jonizzanti għandha tinżamm fl-iktar livell baxx li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-importanza għas-saħħa tal-bniedem tal-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, jeħtieġ li, f’livell Komunitarju, jiġu stabbiliti standards ta’ kwalità li jkollhom funzjoni ta’ indikatur u li jipprevedu l-monitoraġġ tal-konformità ma’ dawk l-istandards.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE [...] tistipula parametri indikaturi marbuta ma’ sustanzi radjuattivi fil-Parti C tal-Anness I u dispożizzjonijiet relatati ta’ monitoraġġ fl-Anness II tiegħu. Madankollu, dawk il-parametri jaqgħu fl-ambitu tal-istandards bażiċi ddefiniti fl-Artikolu 30 [tat-Trattat Euratom].</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Ir-rekwiżiti għall-monitoraġġ tal-livelli ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għandhom għalhekk jiġu adottati f’leġislazzjoni speċifika li tiżgura l-uniformità, il-koerenza u l-kompletezza tal-leġislazzjoni għall-protezzjoni mir-radjazzjoni taħt it-Trattat [Euratom].</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Minħabba li l-Komunità hija kompetenti biex tadotta l-istandards bażiċi ta’ sikurezza għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali mill-perikli li jirriżultaw minn radjazzjonijiet jonizzanti, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jieħdu [preċedenza fuq] post dawk tad-Direttiva 98/83/KE fir-rigward tar-rekwiżiti għall-ħarsien tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali rigward sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-direttiva kkontestata jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Din id-Direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Hija tistipula valuri parametriċi u frekwenzi u metodi għall-monitoraġġ ta’ sustanzi radjuattivi<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-punt 3 tal-Artikolu 2 tad-direttiva kkontestata jiddefinixxi d-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>doża indikattiva<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>DI<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>) bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>d-doża effettiva impenjata għal sena waħda ta’ inġestjoni li tirriżulta mir-radjonuklidi kollha li l-preżenza tagħhom ġiet individwata fi provvista tal-ilma maħsuba għall-konsum mill-bniedem, ta’ oriġini naturali u artifiċjali, iżda bl-esklużjoni tat-tritju, il-potassju–40, ir-radon u l-prodotti tad-diżintegrazzjoni tar-radon li għandhom ħajja qasira<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5(1) tad-direttiva kkontestata, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>[l]-Istati Membri għandhom jistipulaw valuri parametriċi applikabbli għall-monitoraġġ ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem f’konformità mal-Anness I<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Anness I tad-direttiva kkontestata, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Valuri parametriċi għar-radon, it-tritju u DI tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, huwa redatt kif ġej:</TXT></NP><TBL NO.SEQ="0002" COLS="5" CLASS="GEN"><CORPUS><ROW><CELL COL="1"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/></CELL><CELL COL="2">Parametru</CELL><CELL COL="3">Valur parametriku</CELL><CELL COL="4">Unità</CELL><CELL COL="5">Noti</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COL="2">Radon</CELL><CELL COL="3">100</CELL><CELL COL="4">Bq/l</CELL><CELL COL="5">(Nota 1)</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COL="2">Tritju</CELL><CELL COL="3">100</CELL><CELL COL="4">Bq/l</CELL><CELL COL="5">(Nota 2)</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COL="2">DI</CELL><CELL COL="3">0,10</CELL><CELL COL="4">mSv</CELL><CELL COL="5"><IE/></CELL></ROW></CORPUS></TBL><ANNOTATION><TITLE><TI><P>Nota 1:</P></TI></TITLE><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu livell għar-radon li huwa meqjus mhux adatt li jinqabeż u li taħtu l-ottimizzazzjoni tal-protezzjoni għandha titkompla, mingħajr ma tkun kompromessa l-provvista tal-ilma fuq skala nazzjonali jew reġjonali. Il-livell stabbilit minn Stat Membru jista’ jkun ogħla minn 100 Bq/l iżda inqas minn 1 000 Bq/l. Sabiex tiġi ssimplifikata l-leġislazzjoni nazzjonali, l-Istati Membri jistgħa jagħżlu li jaġġustaw il-valur parametriku għal dan il-livell;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>azzjoni ta’ rimedju hija meqjua ġġustifikata għal raġunijiet ta’ protezzjoni radjoloġika, mingħajr iktar konsiderazzjoni, fejn il-konċentrazzjonijiet tar-radon jaqbżu l-1 000 Bq/l.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ANNOTATION><ANNOTATION><P>Nota 2: livelli elevati ta’ tritju jistgħu jindikaw il-preżenza ta’ radjonuklidi artifiċjali oħra. Jekk il-konċentrazzjoni ta’ tritju taqbeż il-valur parametriku tiegħu, tkun meħtieġa analiżi tal-preżenza ta’ radjunuklidi artifiċjali oħrajn.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></ANNOTATION><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) u (2) tad-direttiva kkontestata jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-monitoraġġ għal sustanzi radjuattivi f’ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem isir f’konformità mal-istrateġiji tal-monitoraġġ u fil-frekwenzi stipulati fl-Anness II, sabiex jivverifikaw jekk il-valuri tas-sustanzi radjuattivi jikkonformawx mal-valuri parametriċi stipulati skont l-Artikolu 5(1).</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għandu jitwettaq monitoraġġ għad-DI, u l-karatteristiċi tal-prestazzjoni analitika għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness III.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjonijiet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Mejju, tat-28 ta’ Mejju u tas-<DATE ISO="20140626">26 ta’ Ġunju 2014</DATE>, ir-Repubblika Franċiża, il-Kummissjoni u r-Repubblika Ċeka ġew rispettivament ammessi sabiex jintervjenu insostenn tat-talbiet tal-Kunsill.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Parlament jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-direttiva kkontestata u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Kunsill, sostnut mir-Repubblika Ċeka, mir-Repubblika Franċiża u mill-Kummissjoni, jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Kunsill, sostnut mir-Repubblika Franċiża kif ukoll mill-Kummissjoni, jitlob, sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tilqa’ r-rikors, li żżomm l-effetti tad-direttiva kkontestata sakemm tidħol fis-seħħ leġiżlazzjoni ġdida intiża li tissostitwixxiha.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-Parlament jinvoka tliet motivi insostenn tar-rikors tiegħu. L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-għażla żbaljata tal-bażi legali li fuqha hija bbażata d-direttiva kkontestata, it-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u t-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali bejn l-istituzzjonijiet, stabbilit fl-Artikolu 13(2) TUE.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq l-għażla żbaljata tal-bażi legali li fuqha hija bbażata d-direttiva kkontestata</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-Parlament, filwaqt li jirreferi għall-premessi 3 sa 5 tad-direttiva kkontestata, isostni li l-għan prinċipali tad-direttiva kkontestata jikkorrispondi għal dawk tal-politika tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-ambjent, elenkati fl-Artikolu 191(1) TFUE, b’mod partikolari għall-għanijiet tal-protezzjoni tas-saħħa tal-persuni u tal-użu għaqli u razzjonali tar-riżorsi naturali. Id-direttiva kkontestata għaldaqstant kellha tkun ibbażata fuq l-Artikolu 192(1) TFUE (ara s-sentenza Il-Kummissjoni vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill, C‑411/06, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:518">EU:C:2009:518</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 45 sa 47).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Parlament isostni li mill-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/83 jirriżulta li l-iskema stabbilita minn din tal-aħħar għandha tapplika għal kwalunkwe tniġġiż tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ikun xi jkun is-sors tiegħu. Id-direttiva kkontestata għalhekk tkisser l-uniformità tal-iskema stabbilita mid-Direttiva 98/83.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Skont il-Parlament, mill-espożizzjoni tal-motivi tal-proposta tal-Kummissjoni COM (2012) 147 finali jirriżulta li din tal-aħħar tikkunsidra li ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/83, jiġifieri dawk li jidhru fil-Parti C tal-Anness I u fl-Anness II tagħha, jaqgħu fil-fatt fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 30 EA sa 32 EA. Madankollu, ir-Regolament Nru 596/2009 inkluda nota 10 dwar is-sustanzi radjuattivi fil-Parti C tal-Anness I tad-Direttiva 98/83. Ir-Regolament Nru 596/2009 kien ibbażat fuq l-Artikolu 175(1) KE, li sar l-Artikolu 192(1) TFUE. F’din l-okkażjoni, la l-leġiżlatur tal-Unjoni u lanqas il-Kummissjoni ma kkunsidraw li kien neċessarju li jżidu bħala bażi legali għal dan ir-regolament id-dispożizzjonijiet tat-Trattat KEEA.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, minflok ma emenda d-Direttiva 98/83 sabiex jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-valur parametriku għas-sustanzi radjuattivi kif ukoll dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-monitoraġġ tagħhom, il-Kunsill ikkonferma proposta li tiżnatura l-iskema uniformi stabbilita minn din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-Parlament isostni wkoll, fir-replika tiegħu, li t-teżi tiegħu ma tikkontestax il-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 106a(3) EA. Fil-fatt, skont il-Parlament, id-direttiva kkontestata kellu jkollha bħala l-bażi legali tagħha l-Artikolu 192(1) TFUE peress li hija taqa’ fil-kuntest leġiżlattiv implementat mid-Direttiva 98/83. Permezz tad-direttiva kkontestata, il-Kunsill, li aġixxa abbażi tal-Artikoli 31 EA u 32 EA, stabbilixxa regoli ġodda rigward aspett partikolari tal-kuntest stabbilit mid-Direttiva 98/83, jiġifieri r-rekwiżiti ta’ protezzjoni fir-rigward tas-sustanzi radjuattivi preżenti fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, u b’dan il-mod aġixxa kontra l-għan imfittex minn din id-direttiva. Fl-istabbiliment tal-bażi legali xierqa tad-direttiva kkontestata, kellu jittieħed inkunsiderazzjoni, l-ewwel nett, il-fatt li d-Direttiva 98/83 tikkostitwixxi l-pedament tal-iskema għall-protezzjoni tas-saħħa tal-persuni kontra l-effetti ħżiena kkawżati mill-kontaminazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u, it-tieni nett, li d-direttiva kkontestata tintervjeni speċifikament fuq aspett tal-iskema stabbilita mid-Direttiva 98/83 (ara s-sentenza Ir-Renju Unit vs Il‑Kunsill, C‑ 656/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:97">EU:C:2014:97</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 50, 51, 64 u 66).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-Kunsill u l-intervenjenti, wara li fakkru li d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tat-Trattat KEEA, li jagħmlu parti minnhom l-Artikoli 31 EA u 32 EA, għandhom jirċievu interpretazzjoni wiesgħa biex b’hekk tiġi żgurata l-effettività tagħhom (sentenzi Il‑Parlament vs Il‑Kunsill, C‑70/88, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:373">EU:C:1991:373</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 14; Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill, C‑29/99, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:734">EU:C:2002:734</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 78 sa 80, kif ukoll ČEZ, C‑115/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:660">EU:C:2009:660</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 100 u 112), jirribattu li, fid-dawl tal-finalità u tal-kontenut tad-direttiva kkontestata, din ġustament kienet ibbażata fuq l-Artikoli 31 EA u 32 EA.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, konformement mal-Artikolu 31 EA, il-Kunsill, li jaġixxi permezz ta’ vot b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-Parlament, jadotta standards bażiċi, imsemmija fl-Artikolu 30 EA, dwar il-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku inġenerali u tal-ħaddiema kontra l-perikoli li jinħolqu minn radjazzjonijiet jonizzanti. L-Artikolu 32 EA jżid li, fuq talba tal-Kummissjoni jew ta’ Stat Membru, l-istandards bażiċi adottati b’dan il-mod jistgħu jiġu riveduti skont din l-istess proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Anki jekk il-preambolu tad-direttiva kkontestata jirreferi għall-Artikoli 31 EA u 32 EA, peress li din tal-aħħar ma tinvolvix reviżjoni tal-istandards bażiċi adottati preċedentement abbażi tat-Trattat KEEA, huwa biss l-Artikolu 31 EA li jista’ jikkostitwixxi l-bażi legali tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 192(1) TFUE, dan jipprevedi li l-Parlament u l-Kunsill jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja meta jiddeċiedu liema azzjoni għandha tittieħed mill-Unjoni sabiex twettaq l-għanijiet tagħha fil-qasam tal-ambjent li jinkludu, b’mod partikolari, il-protezzjoni tas-saħħa tal-persuni.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni jekk id-direttiva kkontestata setgħetx tiġi adottata b’mod validu abbażi tal-Artikolu 31 EA, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-għażla tal-bażi legali ta’ att għandha tkun ibbażata fuq elementi oġġettivi li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ stħarriġ ġudizzjarju, li fosthom huma inklużi l-għan u l-kontenut ta’ dan l-att (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Il‑Parlament vs Il‑Kunsill, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:373">EU:C:1991:373</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 9; Il‑Parlament vs Il‑Kunsill, C‑130/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:472">EU:C:2012:472</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 42; Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill, C‑137/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:675">EU:C:2013:675</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 52, kif ukoll Il-Kummissjoni vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill, C‑43/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:298">EU:C:2014:298</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 29).</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward hija rrilevanti l-bażi legali li intużat għall-adozzjoni ta’ atti oħra tal-Unjoni li jista’ jkollhom, f’ċerti każijiet, karatteristiċi simili, peress li d-determinazzjoni tal-bażi legali ta’ att għandha ssir fid-dawl tal-għan u tal-kontenut tagħha (ara s-sentenza Ir‑Renju Unit vs Il‑Kunsill, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:97">EU:C:2014:97</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 48 u l-ġurisprudenza ċċitata). Il-Parlament għaldaqstant ma jista’ jislet l-ebda argument mill-fatt li d-direttiva kkontestata tinkludi ċerti elementi identiċi għal dawk li jidhru fil-Parti C tal-Anness I tad-Direttiva 98/83, li, min-naħa tagħha, kienet ibbażata fuq l-Artikolu 130 S(1) tat-Trattat KE, li sar l-Artikolu 192(1) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, għandu jiġi kkonstatat li d-direttiva kkontestata hija intiża, kif jirriżulta mill-Artikolu 1 tagħha, li tipproteġi s-saħħa tal-pubbliku inġenerali billi tiddefinixxi r-rekwiżiti dwar is-sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Il-premessi 1 u 2 tal-imsemmija direttiva f’dan ir-rigward jispjegaw li l-inġestjoni tal-ilma hija wieħed mill-modi ta’ inkorporazzjoni ta’ sustanzi radjuattivi fil-ġisem tal-bniedem u li għaldaqstant huwa neċessarju li jiġu stabbiliti fuq livell Komunitarju standards ta’ kwalità li jkollhom funzjoni ta’ indikatur u li jiġi previst il-monitoraġġ tal-konformità ma’ dawn l-istandards.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>L-għan imfittex mid-direttiva kkontestata jikkorrispondi għalhekk għall-għan ta’ standard bażiku fis-sens tal-Artikolu 30 EA, li huwa intiż li jiżgura l-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku inġenerali kontra l-perikoli li jinħolqu minn radjazzjonijiet jonizzanti.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kontenut tad-direttiva kkontestata, din tal-aħħar tistabbilixxi valuri parametriċi, frekwenzi u metodi għall-monitoraġġ ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Il-kontenut tad-direttiva kkontestata jikkorrispondi wkoll għall-kontenut ta’ standard bażiku fis-sens tal-Artikolu 30 EA li, skont il-punti (a) u (b) tat-tieni paragrafu ta’ din l-aħħar dispożizzjoni, jistabbilixxi, għal dak li jirrigwarda r-radjazzjonijiet jonizzanti, id-dożi massimi ammissibbli kompatibbli ma’ sigurtà adegwata kif ukoll il-grad massimu permissibbli tal-espożizzjoni u kontaminazjoni. Barra minn dan, għandu jiġi rrilevat li l-monitoraġġ tar-radjuattività tal-ilma huwa espliċitament imsemmi fid-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tat-Trattat KEEA, li jagħmlu parti minnhom l-Artikoli 30 EA u 31 EA.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument tal-Parlament li l-għan prinċipali tad-direttiva kkontestata jikkorrispondi għal dawk tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent, elenkati fl-Artikolu 191(1) TFUE u li, għaldaqstant, din kellha tkun ibbażata fuq l-Artikolu 192(1) TFUE, għandu ċertament jiġi kkonstatat li, skont l-Artikolu 191(1) TFUE, il-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent tikkontribwixxi għat-tfittxija, b’mod partikolari, tal-protezzjoni tas-saħħa tal-persuni.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet f’diversi okkażjonijiet li d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tat-Trattat KEEA għandhom jirċievu interpretazzjoni wiesgħa biex b’hekk tiġi żgurata l-effettività tagħhom (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:734">EU:C:2002:734</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 78, u ČEZ, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:660">EU:C:2009:660</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 100). L-imsemmija dispożizzjonijiet, li jagħmlu parti minnhom l-Artikoli 31 EA u 32 EA, huma intiżi għalhekk li jiżguraw protezzjoni tas-saħħa koerenti u effiċjenti tal-pubbliku ġenerali kontra l-perikoli li jinħolqu minn radjazzjonijiet jonizzanti, ikun xi jkun is-sors tagħhom u jkunu liema jkunu l-kategoriji ta’ persuni esposti għal dawn ir-radjazzjonijiet (sentenzi Il‑Parlament vs Il‑Kunsill, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:373">EU:C:1991:373</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 14, kif ukoll ČEZ, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:660">EU:C:2009:660</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 112).</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Barra minn hekk, meta fit-Trattati teżisti dispożizzjoni iktar speċifika li tista’ tikkostitwixxi l-bażi legali tal-att inkwistjoni, dan għandu jkun ibbażat fuq din id-dispożizzjoni (ara s-sentenzi Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, C‑338/01, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:253">EU:C:2004:253</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 60, u Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, C‑533/03, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:64">EU:C:2006:64</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 45).</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Issa, l-Artikolu 31 EA jikkostitwixxi bażi legali iktar speċifika għal dak li jirrigwarda l-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali kontra is-sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem milli l-bażi legali ġenerali li tirriżulta mill-Artikolu 192(1) TFUE. It-Trattat KEEA jinkludi, fil-fatt, grupp ta’ regoli relatati preċiżament mal-protezzjoni tal-pubbliku ġenerali u tal-ambjent kontra r-radjazzjonijiet jonizzanti (sentenza ČEZ, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:660">EU:C:2009:660</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 83).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, li kieku s-sempliċi konstatazzjoni li att li jirrigwarda sustanzi radjuattivi huwa intiż li jipproteġi s-saħħa tal-persuni, fis-sens tal-Artikolu 191(1) TFUE, kienet biżżejjed sabiex l-Artikolu 192(1) TFUE jinżamm bħala l-bażi legali xierqa tal-imsemmi att, l-Artikolu 31 EA ma jistax jibqa’ jservi bħala bażi legali għal azzjoni tal-Komunità peress li l-istandards bażiċi fis-sens tal-Artikolu 30 EA għandhom, min-natura tagħhom, bħala għan il-protezzjoni tas-saħħa tal-persuni. L-argument tal-Parlament jikser għalhekk mhux biss l-effettività tal-Artikolu 31 EA, li jikkostitwixxi bażi legali iktar speċifika minn dik tal-Artikolu 192(1) TFUE, iżda wkoll il-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 106a(3) EA, li jipprovdi li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE ma għandhomx jidderogaw mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat KEEA.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal iktar ’il fuq jirriżulta li d-direttiva kkontestata ġiet adottata b’mod validu abbażi tal-Artikolu 31 EA.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-għażla żbaljata tal-bażi legali li fuqha hija bbażata d-direttiva kkontestata, għandu għalhekk jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ ċertezza legali</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Il-Parlament isostni li l-Kunsill ħoloq sitwazzjoni ta’ inċertezza legali peress li l-adozzjoni tad-direttiva kkontestata ma saritx flimkien mat-tħassir tad-Direttiva 98/83 fir-rigward tal-parti tagħha dwar is-sustanzi radjuattivi. Fl-assenza ta’ tħassir espliċitu, il-valuri parametriċi tal-Parti C tal-Anness I ta’ din id-direttiva dejjem jibqgħu fis-seħħ, bl-istess mod bħal dawk tad-direttiva kkontestata. L-istess jgħodd għas-setgħa mogħtija lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-miżuri skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif previst fin-nota 10 tal-Parti C tal-Anness I tad-Direttiva 98/83. Is-sovrappożizzjoni ta’ żewġ sistemi, dik tad-direttiva kkontestata u dik tad-Direttiva 98/83, tippreġudika ċ-ċertezza legali.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Il-premessa 5 tad-direttiva kkontestata, li tipprovdi li d-dispożizzjonijiet tad-direttiva kkontestata jieħdu preċedenza fuq dawk tad-Direttiva 98/83/KE, weħidha, ma hijiex biżżejjed sabiex telgħeb din l-inċertezza legali. Fil-fatt, il-koeżistenza taż-żewġ testi li għandhom l-istess għan, jiġifieri l-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali kontra l-kontaminazzjoni radjuattiva fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, iżda li għandhom kontenut differenti, toħloq sitwazzjoni ta’ inċertezza li ma tistax tiġi eliminata b’riferiment għall-prinċipju <HT TYPE="ITALIC">lex specialis derogat legi generali</HT>. Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri jibqgħu obbligati, b’applikazzjoni tad-Direttiva 98/83, li jħallu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet adottati sabiex tiġi trasposta l-Parti C tal-Anness I kif ukoll l-Anness II ta’ din id-direttiva u l-ksur ta’ dan l-obbligu jkun jista’ jiġi invokat minn kull persuna interessata quddiem il-qrati nazzjonali kompetenti. Dan l-obbligu jkun jista’ jitħassar biss permezz ta’ tħassir espliċitu tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni li jkun jeżiġi l-użu tal-bażi legali li tirriżulta mill-Artikolu 192(1) TFUE. Issa, mid-direttiva kkontestata jirriżulta b’mod inekwivoku li l-assenza ta’ tħassir tal-imsemmija dispożizzjonijiet ma tikkostitwixxix sempliċi żvista. Skont il-Parlament, barra minn hekk ma huwiex permess li l-awtur ta’ att jibbaża ruħu fuq il-prinċipju <HT TYPE="ITALIC">lex specialis derogat legi generali</HT> sabiex jiġġustifika kunflitt bejn żewġ atti li huwa stess ħoloq.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Il-Kunsill u l-intervenjenti jfakkru li l-premessa 5 tad-direttiva kkontestata tindika b’mod ċar li d-dispożizzjonijiet tagħha jieħdu preċedenza fuq dawk tad-Direttiva 98/83/KE għal dak li jirrigwarda r-rekwiżiti ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-popolazzjoni fir-rigward tas-sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Għalhekk, ma teżisti l-ebda ambigwità dwar ir-rabta ta’ bejn id-dispożizzjonijiet tad-direttiva kkontestata u dawk tad-Direttiva 98/83. Konformement mal-prinċipju ta’ ċertezza legali, l-Istati Membri, destinatarji tad-direttiva kkontestata, huma f’pożizzjoni li jistabbilixxu l-obbligi imposti fuqhom.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, il-prinċipju ta’ ċertezza legali jeħtieġ li r-regoli tad-dritt ikunu ċari, preċiżi u prevedibbli fl-effetti tagħhom, sabiex il-persuni interessati jkunu jistgħu jorjentaw ruħhom f’sitwazzjonijiet u f’relazzjonijiet legali li jagħmlu parti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni (ara s-sentenzi France Télécom vs Il-Kummissjoni, C‑81/10 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:811">EU:C:2011:811</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 100 u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll LVK – 56, C‑643/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:55">EU:C:2013:55</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 51).</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li ma teżisti l-ebda kontradizzjoni fir-rabta bejn id-direttiva kkontestata u d-Direttiva 98/83. Fil-fatt, id-direttiva kkontestata tistabbilixxi, fl-Anness I tagħha, eżattament l-istess valuri parametriċi bħal dawk previsti fil-Parti C tal-Anness I tad-Direttiva 98/83, jiġifieri, għat-tritium, 100 becquerel kull litru u, għad-doża totali indikattiva ta’ radjuattività, 0.10 mSV kull sena.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, anki jekk id-direttiva kkontestata u d-Direttiva 98/83 jinkludu regoli tad-dritt dwar sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, is-sovrappożizzjoni taż-żewġ sistemi ma hijiex ta’ natura li taffettwa n-natura ċara, preċiża u prevedibbli tar-regoli applikabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi indikat li, għalkemm id-direttiva kkontestata tinkludi regoli ġodda, b’mod partikolari dawk dwar ir-radon, liema regoli jinsabu biss fid-direttiva kkontestata, in-natura ċara, preċiża u prevedibbli tal-imsemmija regoli lanqas ma tista’ tiġi affettwata mis-sovrappożizzjoni tas-sistemi legali li jirriżultaw mid-direttiva kkontestata u mid-Direttiva 98/83.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi rrilevat li, fir-rigward tad-Direttiva 98/83 li tirrigwarda, b’mod ġenerali, il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, id-direttiva kkontestata tikkostitwixxi <HT TYPE="ITALIC">lex specialis</HT> għal dak li jirrigwarda l-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali kontra l-perikoli li jinħolqu mis-sustanzi radjuattivi f’dan l-ilma. Issa, għall-kuntrarju ta’ dak li jallega l-Parlament, il-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">lex specialis derogat legi generali</HT> japplika anki jekk il-<HT TYPE="ITALIC">lex generalis</HT> u l-<HT TYPE="ITALIC">lex specialis</HT> joħorġu mill-istess istituzzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, jekk l-allegazzjoni tal-Parlament ifformulata għall-ewwel darba fl-osservazzjonijiet tiegħu fuq in-noti ta’ intervent, li tipprovdi li jeżistu differenzi bejn il-kontenut tar-regoli tal-atti kkonċernati, hija korretta, id-dispożizzjonijiet tad-direttiva kkontestata jieħdu preċedenza fuq dawk tad-Direttiva 98/83/KE fil-każ ta’ inkompatibbiltà bejn is-sistemi stabbiliti miż-żewġ direttivi kkonċernati, kif huwa kkonfermat espliċitament fil-premessa 5 tad-direttiva kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jista’ jiġi kkonstatat l-ebda ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tieni motiv ma jistax jiġi milqugħ.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ kooperazzjoni leali bejn l-istituzzjonijiet, stabbilit fl-Artikolu 13(2) TUE</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Il-Parlament isostni li l-ebda raġuni legali valida ma tista’ tiġi invokata sabiex tinħoloq għas-sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem sistema separata, abbażi tat-trattat KEEA, li għandha bħala suġġett l-istess dispożizzjonijiet tal-protezzjoni u tal-monitoraġġ bħal dawk imsemmija fil-Parti C tal-Anness I u fl-Anness II tad-Direttiva 98/83. Dawn l-aħħar dispożizzjonijiet jirrigwardaw, ċertament, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, iżda dawn huma biss wieħed mill-elementi li jikkostitwixxu l-qafas ġenerali tal-miżuri ta’ protezzjoni stabbilit mid-Direttiva 98/83, li magħhom jikkondividu l-istess għan aħħari, jiġifieri l-protezzjoni tal-ambjent u s-saħħa tal-persuni, previst fl-Artikolu 191(1) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Il-Parlament ifakkar li l-għażla tal-bażi legali ma tista’ fl-ebda każ tistrieħ fuq premessi li jirrigwardaw il-proċedura li għandha tiġi segwita għall-adozzjoni tal-att inkwistjoni jew is-sistema applikabbli għall-imsemmi att ladarba jiġi adottat (sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:675">EU:C:2013:675</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 74). Issa operazzjoni li tikkonsisti fl-iżolament artifiċjali ta’ element ta’ att leġiżlattiv fis-seħħ, element li għandu natura manifestament anċillari fl-istruttura ġenerali tal-imsemmi att, sabiex isir is-suġġett ta’ att legali separat, li jaqa’ taħt bażi legali differenti u jkun suġġett għal sistema legali differenti, tikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali bejn l-istituzzjonijiet, stabbilit fl-Artikolu 13(2) TUE.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet tiegħu dwar in-noti ta’ intervent, il-Parlament ikompli jsostni li, sabiex jiġi osservat l-obbligu ta’ kooperazzjoni leali, kien neċessarju li jsir tħassir parzjali tad-Direttiva 98/83 abbażi tal-Artikolu 192(1) TFUE u skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, li kien jippermetti lill-istituzzjonijiet ikkonċernati kollha li jiddeċiedu dwar il-kwistjoni jekk kienx legalment korrett kif ukoll politikament xieraq li jiġu estratti d-dispożizzjonijiet rilevanti għall-kontaminazzjoni radjuattiva fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem tad-Direttiva 98/83, u b’dan il-mod isir l-għan tal-att awtonomu bbażat fuq it-trattat KEEA.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Il-Kunsill u l-intervenjenti jsostnu li d-direttiva kkontestata ma tiksirx l-Artikolu 13(2) TUE.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 13(2) TUE, l-istituzzjonijiet jipprattikaw bejniethom kooperazzjoni leali.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Din il-kooperazzjoni leali madankollu tiġi eżerċitata fl-osservanza tal-limiti tas-setgħat mogħtija fit-trattati lil kull istituzzjoni. L-obbligu li jirriżulta mill-Artikolu 13(2) TUE għalhekk ma huwiex ta’ natura li jibdel l-imsemmija setgħat.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni jekk il-Kunsill kisirx il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali meta adotta d-direttiva kkontestata, għandu jitfakkar li, kif ġie kkonstatat fil-punt 39 ta’ din is-sentenza, din tal-aħħar kienet ibbażata fuq bażi legali adegwata, jiġifieri l-Artikolu 31 EA.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Il-fatt li, għall-finijiet tal-adozzjoni tad-direttiva kkontestata, il-Parlament kien ġie kkonsultat, u ma kienx ipparteċipa fil-kwalità tiegħu ta’ koleġiżlatur skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jirriżulta għalhekk unikament mill-għażla tal-awturi tat-trattati u mhux minn ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza, Il‑Parlament vs Il‑Kunsill, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:472">EU:C:2012:472</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 82).</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, lanqas ma jista’ jiġi milqugħ l-argument tal-Parlament li, qabel l-adozzjoni tad-direttiva kkontestata, id-Direttiva 98/83 kellha tiġi parzjalment imħassra abbażi tal-Artikolu 192(1) TFUE u fl-osservanza tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Fil-fatt, it-teżi tal-Parlament tfisser li jiġi ammess li l-eżerċizzju mill-Kunsill tas-setgħet li huma attribwiti lilu mill-Artikoli 30 EA u 31 EA jista’ jiġi suġġett għal kunsens minn qabel tal-Parlament, anki jekk dawn id-dispożizzjonijiet jirrikonoxxulu biss rwol konsultattiv. Issa, kif jirriżulta mill-punt 58 ta’ din is-sentenza, is-setgħat li l-Parlament u l-Kunsill għandhom skont l-Artikolu 30 EA u 31 EA ma jistgħux, rispettivament, jiġu limitati jew imwessgħa skont il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tielet motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Miċ-ċirkustanzi preċedenti kollha jirriżulta li r-rikors għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li l-Parlament tilef, hemm lok li huwa jiġi ordnat ibati l-ispejjeż kif mitluba mill-Kunsill.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 140(1) tar-Regoli tal-Proċedura, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Franċiża u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Franċiża u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>