<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑553/10 P</NO.CASE><NO.CASE>C‑554/10 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CJ0553</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:682">EU:C:2012:682</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20121106">6.11.2012</DATE> – KAWŻI MAGĦQUDA C-553/10 P U C-554/10 P</P><P>IL-KUMMISSJONI U LAGARDÈRE vs ÉDITIONS ODILE JACOB</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20121106">6 ta’ Novembru 2012</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Konċentrazzjoni ta’ impriżi fis-suq tal-pubblikazzjoni tal-kotba</KEYWORD><KEYWORD>Annullament tad-deċiżjoni relatata mal-approvazzjoni ta’ impriża tal-investiment bħala akkwirenti tal-assi ċeduti</KEYWORD><KEYWORD>Portata tal-eventwali nuqqas ta’ indipendenza tal-mandatarju</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C-553/10 P u C-554/10 P,</P><P>li għandhom bħala suġġett żewġ appelli abbażi tal-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentati fl-<DATE ISO="20101124">24 ta’ Novembru 2010</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT> (C-553/10 P), irrappreżentata minn O. Beynet kif ukoll minn A. Bouquet u S. Noë, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><P>il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma:</P><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Éditions Odile Jacob SAS</HT>, stabbilita f’Pariġi (Franza), irrappreżentata minn O. Fréget, M. Struys u L. Eskenazi, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Wendel Investissement SA</HT>, stabbilita f’Pariġi, irrappreżentata minn M. Trabucchi, F. Gordon u C. Baldon, avukati,</P><P><HT TYPE="BOLD">Lagardère SCA</HT>, stabbilita f’Pariġi, irrappreżentata minn A. Winckler, F. de Bure u J.-B. Pinçon, avukati,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS><P>u</P><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Lagardère SCA,</HT> stabbilita f’Pariġi, (C-554/10 P), irrappreżentata minn A. Winckler, F. de Bure u J.-B. Pinçon, avukati,</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><?PAGE NO="2"?><P>il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma:</P><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Éditions Odile Jacob SAS</HT>, stabbilita f’Pariġi, irrappreżentata minn O. Fréget, M. Struys u L. Eskenazi, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn, O. Beynet kif ukoll minn A. Bouquet u S. Noë, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>konvenuta fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Wendel Investissement SA</HT>, stabbilita f’Pariġi, irrappreżentata minn M. Trabucchi, F. Gordon u C. Baldon, avukati,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn V. Skouris, K. Lenaerts, viċi-president, A. Tizzano, R. Silva de Lapuerta, A. Rosas, M. Berger u E. Jarašiūnas, presidenti tal-Awla, E. Juhász (relatur), J. C. Bonichot, A. Prechal u C. G. Fernlund, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Mazák,</P><P>Reġistratur: R. Şereş, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20120327">27 ta’ Marzu 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appelli rispettivi tagħhom, il-Kummissjoni Ewropea u Lagardère SCA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Lagardère<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) jitolbu l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-<DATE ISO="20100913">13 ta’ Settembru 2010</DATE>, Éditions Jacob vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-452/04" PAGE.ECR="II-4713" YEAR="2010">T-452/04, Ġabra p. II-4713</REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), li permezz tagħha din tal-aħħar annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2004) D/203365, tat-<DATE ISO="20040730">30 ta’ Lulju 2004</DATE>, dwar l-approvazzjoni ta’ Wendel Investissement bħala akkwirenti tal-assi ċeduti skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/422/KE, tas-<DATE ISO="20040107">7 ta’ Jannar 2004</DATE>, li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Każ Nru COMP/M.2978 ‐ Lagardère/Natexis/VUP) (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="54" NO.OJ="125" DATE.PUB="2004">ĠU L 125, p.54</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ddeċidiet li tapprova lil Wendel Investissement SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Wendel Investissement<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) bħala akkwirenti tal-assi ċeduti mill-ġdid, b’mod konformi mal-paragrafu 14 tal-impenji mehmuża mad-Deċiżjoni 2004/422/KE, ippubblikata fil-forma ta’ sinteżi fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> tat-<DATE ISO="20040428">28 ta’ April 2004</DATE>, meħuda skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE), tal-<DATE ISO="19891221">21 ta’ Diċembru 1989</DATE>, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 31), kif emendat bir-Regolament<?PAGE NO="3"?> tal-Kunsill (KE) Nru 1310/97, tat-<DATE ISO="19970630">30 ta’ Ġunju 1997</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 164, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Regolament Nru 4064/89<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), fil-Każ COMP/M.2978 – Lagardère/Natexis/VUP.</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Dawk iż-żewġ kawżi magħquda jifformaw parti minn lista ta’ kawżi ppreżentati mill-parteċipanti differenti involuti fil-bejgħ tal-assi tal-pubblikazzjoni li huma proprjetà ta’ Vivendi Universal Publishing SA fl-Ewropa (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>VUP<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), u li ġew ċeduti lil Lagardère u lil Wendel Investissement, li minnhom irriżultat il-kawża li tat lok għas-sentenza tat-<DATE ISO="20120628">28 ta’ Ġunju 2012</DATE>, Il-Kummissjoni vs Éditions Odile Jacob (C-404/10 P), relatata mal-aċċess għad-dokumenti matul din il-proċedura ta’ konċentrazzjoni, u l-kawża li tat lok għas-sentenza odjerna, Éditions Odile Jacob vs Il-Kummissjoni (C-551/10 P), li tirrigwarda r-regolarità tal-konċentrazzjoni nnifisha.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-fatti li wasslu għall-kawża, kif esposti fil-punti 1 sa 47 tas-sentenza appellata huma s-segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20020925">25 ta’ Settembru 2002</DATE>, Vivendi Universal SA […] iddeċidiet li ċċedi l-assi ta’ pubblikazzjoni miżmuma fl-Ewropa mis-sussidjara tagħha [VUP].</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>[Lagardère] kkandidat ruħha għall-akkwist ta’ dawn l-assi, li kienu jikkonsistu f’ishma u f’assi ta’ direzzjoni ta’ VUP (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>assi mmirati<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/>).</TXT><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20021029">29 ta’ Ottubru 2002</DATE>, [Vivendi Universal SA] approvat iċ-ċessjoni tal-assi mmirati lil Lagardère.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20021203">3 ta’ Diċembru 2002</DATE>, Investima 10 SAS [(iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Investima 10<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/>)], sussidjarja totali ta’ Ecrinvest 4 SA [(iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Ecrinvest 4<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/>)], min-naħa tagħha sussidjarja totali ta’ Segex Sarl [(iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Segex<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/>)], li min-naħa tagħha hija kkontrollata kompletament minn [Natexis Banques Populaire SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>NBP<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/>)], iffirmat favur VUP impenn formali ta’ akkwist tal-assi mmirati.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fl-istess jum, Segex u Ecrinvest 4 kkonkludew ma’ Lagardère kuntratt ta’ ċessjoni […] li jippermetti lil Lagardère (permezz ta’ Ecrinvest 4), wara awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni tal-operazzjoni ta’ konċentrazzjoni prevista, tikseb il-kapital kollu ta’ Investima 10, detentriċi tal-assi mmirati bil-kundizzjoni li VUP tosserva l-impenn ta’ akkwist iċċitat iktar ’il fuq. Il-prezz ta’ akkwist ta’ dawn it-titoli kien tħallas minn qabel minn Lagardère lil Segex, il-proprjetarja tal-azzjonijiet kollha li kienu jiffurmaw il-kapital ta’ Ecrinvest 4.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20021220">20 ta’ Diċembru 2002</DATE>, VUP osservat l-impenn ta’ akkwist ta’ Investima 10 u fl-istess jum din ikkonkludiet ma’ VUP il-kuntratt ta’ akkwist tal-assi mmirati.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fl-istess jum, NBP ippubblikat l-istqarrija għall-istampa segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="2"><P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>NBP akkwistat it-totalità tal-assi mmirati kollha bil-għan tal-bejgħ tagħhom [lil Lagardère] wara l-kisba tal-awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni.</P><P>Minn dan il-jum, l-assi ta’ VUP ser ikunu miżmuma mill-kumpannija Investima 10, miżmuma indirettament kompletament minn NBP.</P><P>Din il-kumpannija b’responsabbiltà limitata b’bord eżekuttiv u b’bord ta’ sorveljanza ssir il-kumpannija parent tal-kumpanniji li jikkomprendu l-assi ċeduti.</P><?PAGE NO="4"?><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/></P></QUOT.S></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20021220">20 ta’ Diċembru 2002</DATE>, ġie mwaqqaf il-bord eżekuttiv ta’ Investima 10 u B., President tad-ditta S, ġie maħtur bħala membru tal-bord bħala <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>terza parti indipendenti<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/>, skont l-Artikolu 4(1)(ii)(e) tal-kuntratt ta’ ċessjoni [konkluż minn Segex u Ecrinvest 4 ma’ Lagardère].</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(2) tal-kuntratt iffirmat minn Ecrinvest 4 u mid-ditta S. fid-<DATE ISO="20021219">19 ta’ Diċembru 2002</DATE>, jispeċifika, fl-ewwel subparagrafu tiegħu li, fil-kapaċità tiegħu ta’ mandatarju, B. għandu jaġixxi fl-interess ta’ Investima 10 u tal-assi mmirati u, b’mod partikolari, bil-għan li tinżamm il-vijabbiltà tagħhom, l-interess tal-valur ekonomiku tagħhom u l-kompetittività tagħhom.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20030414">14 ta’ April 2003</DATE>, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament [Nru 4064/89], Lagardère nnotifikat lill-Kummissjoni l-proġett tagħha ta’ akkwist tal-assi mmirati ta’ VUP.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20030605">5 ta’ Ġunju 2003</DATE>, il-Kummissjoni, wara li kkonstatat li l-proġett ta’ konċentrazzjoni nnotifikat kien iqajjem dubji serji dwar il-kompatibbiltà tiegħu mas-suq komuni, bdiet investigazzjoni fil-fond ta’ din l-operazzjoni, abbażi tal-Artikolu 6(1)(ċ) tar-Regolament Nru 4064/89.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Mill-osservazzjonijiet bil-miktub tal-partijiet jirriżulta li fl-<DATE ISO="20031014">14 ta’ Ottubru 2003</DATE> Investima 10 saret Éditis SA [iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Éditis<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/>].</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20031027">27 ta’ Ottubru 2003</DATE>, il-Kummissjoni bagħtet lil Lagardère dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet li kienet tindika l-problemi ta’ kompetizzjoni li kienet tqajjem l-operazzjoni ta’ konċentrazzjoni nnotifikata u fis-<DATE ISO="20031117">17 ta’ Novembru 2003</DATE> Lagardère bagħtet it-tweġibiet tagħha f’dan ir-rigward.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fit-<DATE ISO="20031202">2 ta’ Diċembru 2003</DATE>, Lagardère ppreżentat lill-Kummissjoni numru ta’ miżuri korrettivi fil-forma ta’ impenji ta’ ċessjoni mill-ġdid tal-assi mmirati.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni [2004/422], adottata abbażi tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 4064/89, tipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="2"><ARTICLE IDENTIFIER="001"><TI.ART><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Artikolu 1</TI.ART><ALINEA>L-operazzjoni nnotifikata, kif emendata bil-pakkett ta’ impenji tal-<DATE ISO="20031221">21 ta’ Diċembru 2003</DATE>, li permezz tagħha Lagardère tikseb il-kontroll esklużiv tal-[assi mmirati] ta’ VUP, issa msejħa Éditis, hija ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni u mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea[, tat-<DATE ISO="19920502">2 ta’ Mejju 1992</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="3" NO.OJ="001" DATE.PUB="1994">ĠU 1994, L 1, p.3</REF.DOC.OJ>)].</ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="002"><TI.ART>Artikolu 2</TI.ART><ALINEA>L-Artikolu 1 huwa applikabbli bil-kundizzjoni li Lagardère tosserva kompletament l-impenji msemmija [f]l-Anness II.</ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="003"><TI.ART>Artikolu 3</TI.ART><ALINEA><P>Din id-deċiżjoni hija suġġetta għall-obbligu li Lagardère tosserva kompletament l-impenji l-oħra deskritti fl-Anness II.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/></P></ALINEA></ARTICLE></QUOT.S></P></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Skont il-paragrafu 1 tal-impenji tagħha fl-Anness II, Lagardère hija obbligata ċċedi mill-ġdid l-assi kollha ta’ Éditis (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>assi ċeduti mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="2019" ID="QE0017"/>) bl-esklużjoni tal-assi enumerati b’mod limitat f’dan il-paragrafu (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>assi miżmuma<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/>).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>L-assi ċeduti mill-ġdid jirrappreżentaw bejn wieħed u ieħor 60 sa 70 % tad-dħul mill-bejgħ globali ta’ VUP u 70 sa 80 % tad-dħul mill-bejgħ imwettaq minn VUP fis-swieq tal-pubblikazzjoni Frankofona kkonċernati mill-operazzjoni ta’ konċentrazzjoni awtorizzata […].</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-paragrafu 2 tal-impenji ta’ Lagardère jippreċiża li l-assi miżmuma huma ddefiniti fid-dettall fl-Anness 1 tal-imsemmija impenji.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Skont il-paragrafu 3 ta’ dawn l-impenji, Lagardère timpenja ruħha tikkonkludi ftehim irrevokabbli ta’ ċessjoni mill-ġdid f’terminu, miżmum kunfidenzjali, li jibda jiddekkorri mid-data li fiha tiġi riċevuta d-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni kundizzjonali u li tipproċedi għaċ-ċessjoni mill-ġdid effettiva f’terminu, miżmum kunfidenzjali, li jibda jiddekkorri mill-konklużjoni tal-ftehim.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Lagardère kellha l-possibbiltà li tagħżel l-akkwirent tal-assi ċeduti mill-ġdid, abbażi ta’ kriterji għall-għażla ddefiniti kif ġej fil-paragrafu 10 tal-impenji tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="2"><P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Sabiex iżżomm kompetizzjoni effettiva fis-swieq ikkonċernati, il-parti notifikanti timpenja ruħha tipproċedi għaċ-ċessjoni tal-assi ċeduti lil ċessjonarju wieħed jew iktar indipendenti mill-parti notifikanti u li jissodisfa l-kundizzjonijiet segwenti:</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/></P></QUOT.S></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-paragrafu 14 tal-impenji ta’ Lagardère jippreċiża li l-għażla taċ-ċessjonarju jew taċ-ċessjonarji għandha tkun suġġetta għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni u li t-talba għal approvazzjoni tal-persuni kkonċernati għandha tinkludi l-informazzjoni neċessarja sabiex tippermetti lill-Kummissjoni tivverifika li ċ-ċessjonarju jew iċ-ċessjonarji jissodisfaw il-kundizzjonijiet iddefiniti mill-paragrafu 10 iċċitat fil-punt 27 iktar ’il fuq.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Lagardère kellha taħtar mandatarju li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti kif ġej fil-paragrafu 15 tal-impenji tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="2"><P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Il-parti notifikanti għandha taħtar mandatarju biex iwettaq id-dmirijiet iddefiniti iktar ’il quddiem. Il-mandatarju għandu jkun indipendenti minn Lagardère u minn Éditis, għandu jkollu l-kwalifiki neċessarji biex iwettaq il-mandat tiegħu, pereżempju fil-kapaċità tiegħu bħala bank ta’ konsulenza, konsulent jew awditur, u ma għandux ikun espost għal kunflitt ta’ interessi. Il-mandatarju għandu jkun irremunerat minn Lagardère b’mod li ma jikkompromettix it-twettiq tajjeb tal-mandat tiegħu jew l-indipendenza tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/></P></QUOT.S></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-paragrafu 9 tal-impenji ta’ Lagardère jipprevedi kif ġej għall-ħatra ta’ ġestjonarju tal-assi miżmuma separatament (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Hold Separate Manager<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="2019" ID="QE0021"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="2"><P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Il-parti notifikanti għandha taħtar [ġestjonarju tal-assi miżmuma separatament] responsabbli għall-ġestjoni tal-assi ċeduti, taħt is-superviżjoni tal-mandatarju. Il-[ġestjonarju tal-assi miżmuma separatament] għandu jiġġestixxi l-assi ċeduti b’mod indipendenti u fil-kuntest normali tan-negozju, bil-għan li tiġi ggarantita ż-żamma tal-vijabbiltà ekonomika tagħhom, tan-negozjabbiltà tagħhom, tal-kompettività tagħhom u tal-awtonomija tagħhom fir-rigward tal-assi miżmuma u tal-attivitajiet l-oħra ta’ Lagardère. Fil-każ li diriġent tal-kumpannija ta’ sussidjarja ta’ Éditis li hija s-suġġett tal-impenn ta’ ċessjoni jtemm il-funzjonijiet tiegħu, il-[ġestjonarju tal-assi miżmuma separatament] ikollu s-setgħa jaħtar is-suċċessur tiegħu, taħt is-superviżjoni tal-mandatarju.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/></P></QUOT.S></P></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-missjoni tal-mandatarju hija ddefinita kif ġej fl-impenji ta’ Lagardère:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="2"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>20.</NO.P><TXT>L-intervent tal-mandatarju huwa intiż biex jiżgura t-twettiq tal-impenji preżenti. Il-Kummissjoni tindirizza lill-mandatarju, <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jew fuq it-talba tal-mandatarju jew tal-parti notifikanti, kull istruzzjoni intiża biex tiżgura t-twettiq ta’ dawn l-impenji.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…].<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/></P></QUOT.S></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-paragrafu 24 tal-impenji jippreċiża s-segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="2"><P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn Lagardère u Éditis dwar il-miżuri ta’ ristrutturazzjoni neċessarji għat-twettiq tal-impenji preżenti, waħda mill-partijiet tista’ tinforma lill-mandatarju dwar dan permezz ta’ ittra rreġistrata li kopja tagħha għandha tiġi indirizzata lill-parti l-oħra. Il-mandatarju mbagħad jagħmel rakkomandazzjoni, fl-iqsar żmien possibbli, wara li jkun sema’ lill-partijiet filwaqt li josserva l-prinċipju ta’ kontradittorju, dwar il-portata tal-miżuri ta’ ristrutturazzjoni neċessarji. Il-mandatarju għandu jindirizza lill-Kummissjoni rapport li jinformaha bir-rakkomandazzjoni tiegħu. Jekk in-nuqqas ta’ qbil bejn Lagardère u Éditis jissussisti, waħda mill-partijiet tista’ titlob lill-Kummissjoni tistabbilixxi, wara li tkun semgħet lill-partijiet filwaqt li tosserva l-prinċipju ta’ kontradittorju, il-portata tal-miżuri ta’ ristrutturazzjoni neċessarji.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="2019" ID="QE0024"/></P></QUOT.S></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fl-aħħar, l-impenji ta’ Lagardère li jaqaw taħt it-Taqsima <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Bidla fil-forma legali ta’ Éditis<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="2019" ID="QE0025"/> jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="2"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>30.</NO.P><TXT>Wara approvazzjoni tal-istatuti l-ġodda mill-Kummissjoni, il-parti notifikanti tittrasforma lil Éditis f’kumpannija b’responsabbiltà limitata simplifikata (société par actions simplifiée, SAS). Wara din it-trasformazzjoni, il-korpi regolatorji ta’ Éditis ikunu […] president direttur ġenerali, li jassumi l-funzjonijiet ta’ [ġestjonarju tal-assi miżmuma separatament] u […] kumitat tal-azzjonisti kompost minn tliet […] rappreżentanti tal-mandatarju msemmi fil-paragrafu 15 iktar ’il fuq u minn żewġ […] rappreżentanti ta’ Lagardère.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Il-kumpannija b’responsabbiltà limitata simplifikata tkun organizzata skont il-prinċipji segwenti:</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Waqt il-perijodu bejn l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ deċiżjoni li tawtorizza l-operazzjoni nnotifikata u t-trasformazzjoni ta’ Éditis f’kumpannija b’responsabbiltà limitata simplifikata, Éditis għandha tkompli tkun immexxija mill-korpi tal-kumpannija attwalment fis-seħħ, b’koordinazzjoni mal-mandatarju. Matul dan il-perijodu, Lagardère, fil-kapaċità tagħha ta’ azzjonist ta’ Éditis, ikollha d-dritt għall-informazzjoni kollha relatata mal-assi miżmuma. Fir-rigward tal-assi ċeduti, il-mandatarju għandu jiżgura li Lagardère tiġi kkomunikata l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 31(c) iktar ’il fuq.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="2019" ID="QE0026"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20010205">5 ta’ Frar 2001</DATE>, il-Kummissjoni:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>approvat lil A. K. bħala ġestjonarju tal-assi miżmuma separatament u approvat l-abbozz li jiddefinixxi l-mandat tiegħu, ippreżentat fit-<DATE ISO="20040130">30 ta’ Jannar 2004</DATE>;</P></ITEM><ITEM><P>approvat lid-ditta S., irrappreżentata mill-President tagħha B. bħala mandatarja, u approvat l-abbozz li jiddefinixxi l-mandat tagħha ppreżentat fit-<DATE ISO="20040130">30 ta’ Jannar 2004</DATE>.</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20040209">9 ta’ Frar 2004</DATE>, Lagardère ħatret lid-ditta S. bħala mandatarja.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="7"?><ITEM><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20040325">25 ta’ Marzu 2004</DATE>, Éditis ġiet ittrasformata, skont il-paragrafu 30 tal-impenji ta’ Lagardère, bħala kumpannija b’responsabbiltà limitata simplifikata, li l-korpi tal-kumpannija tagħha kienu jinkludu minn dak iż-żmien, barra l-President Direttur Ġenerali li jwettaq il-funzjonijiet ta’ ġestjonarju tal-assi miżmuma separatament, il-kumitat tal-azzjonisti kompost minn tliet rappreżentanti tal-mandatarja u minn żewġ rappreżentanti ta’ Lagardère.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Lagardère kkuntattjat varji impriżi, fosthom ir-rikorrenti, [fosthom Éditions Odile Jacob SAS (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Odile Jacob<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="2019" ID="QE0027"/>)] li setgħu jixtru l-assi ċeduti.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>[Odile Jacob] wriet l-interess tagħha f’din l-operazzjoni. Permezz ta’ faks tat-<DATE ISO="20040428">28 ta’ April 2004</DATE>, hija bagħtet l-offerta ta’ xiri tagħha lil Lagardère.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>F’ittra tad-<DATE ISO="20040519">19 ta’ Mejju 2004</DATE>, Lagardère ddikjarat li hija kienet ikkunsidrat l-offerti ta’ xiri ta’ ħames akkwirenti potenzjali, fosthom dik ta’ [Odile Jacob], u li hija tat esklużività sa nofsillejl tal-<DATE ISO="20040525">25 ta’ Mejju 2004</DATE> lil wieħed minnhom, [Wendel Investissement].</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20040528">28 ta’ Mejju 2004</DATE> Lagardère u [Wendel Investissement] waslu għal abozz ta’ ftehim ta’ xiri tal-assi ċeduti mill-ġdid.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20040604">4 ta’ Ġunju 2004</DATE>, Lagardère talbet lill-Kummissjoni tapprova lil [Wendel Investissement] bħala akkwirenti ta’ dawn l-assi.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20040705">5 ta’ Lulju 2004</DATE>, id-ditta S. ippreżentat lill-Kummissjoni r-rapport tagħha fil-qosor bil-konklużjoni li x-xiri prospettiv ta’ [Wendel Investissement] kien kompatibbli mal-kriterji għall-approvazzjoni ddefiniti fil-paragrafu 10 tal-impenji ta’ Lagardère.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Permezz ta’ [deċiżjoni kkontestata], il-Kummissjoni approvat lil [Wendel Investissement] bħala akkwirenti tal-assi ċeduti mill-ġdid, wara li kkonstatat li hija kienet tissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 10 tal-impenji ta’ Lagardère.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Din id-deċiżjoni ġiet adottata skont il-paragrafu 14 tal-impenji ta’ Lagardère u abbażi tat-talba għal approvazzjoni msemmija iktar ’il fuq, tal-abbozz ta’ ftehim ta’ ċessjoni li kien anness magħha, tar-rapport tad-ditta S., tat-tweġibiet bil-miktub ta’ Lagardère u ta’ [Wendel Investissement] għal talba għal informazzjoni tal-Kummissjoni, tal-informazzjoni mogħtija minn [Wendel Investissement] waqt laqgħa mas-servizzi tal-Kummissjoni, kif ukoll abbażi ta’ skambju ta’ opinjonijiet dwar ix-xiri prospettiv ta’ [Wendel Investissement] mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-persunal ta’ Éditis u ta’ terzi interessati.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20040708">8 ta’ Lulju 2004</DATE> [Odile Jacob] ippreżentat kawża għall-annullament tad-Deċiżjoni [2004/422] (Kawża T-279/04).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Permezz ta’ faks tas-<DATE ISO="20040827">27 ta’ Awwissu 2004</DATE>, il-Kummissjoni kkomunikat lil [Odile Jacob], fuq it-talba tagħha, id-deċiżjoni [kkontestata].</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>It-trasferiment lil [Wendel Investissement] tal-proprjetà ta’ dawn l-assi, imsejħa <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Nouvel Éditis<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="2019" ID="QE0028"/> sar fit-<DATE ISO="20040930">30 ta’ Settembru 2004</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fit-<DATE ISO="20041108">8 ta’ Novembru 2004</DATE>, Odile Jacob ippreżentat rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, abbażi tal-Artikolu 230 KE.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha, Odile Jacob tinvoka erba’ motivi, ibbażati rispettivament fuq il-fatt li l-Kummissjoni, fl-ewwel lok, naqset milli twettaq l-obbligu tagħha ta’ superviżjoni tas-selezzjoni tal-kandidati għall-akkwist tal-assi ċeduti mill-ġdid, fit-tieni lok, approvat lil Wendel Investissement abbażi ta’ rapport stabbilit minn mandatarju mhux indipendenti minn Éditis, minn Lagardère u minn Wendel Investissement, fit-tielet lok, kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni li hija kellha u, fir-raba’ lok, wettqet żball manifest fl-evalwazzjoni tal-konformità tal-kandidatura ta’ Wendel Investissement mal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-akkwirent tal-assi ċeduti mill-ġdid, iddefiniti fil-paragrafu 10(b) tal-impenji ta’ Lagardère.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>B’riposta għat-tieni motiv li ġie eżaminat preliminarjament, il-Qorti Ġenerali irrelevat li Investima 10, li saret Éditis, fl-<DATE ISO="20021220">20 ta’ Diċembru 2002</DATE>, ħatret lil B., president tad-ditta S., bħala membru tal-bord eżekuttiv tagħha, fil-kwalità ta’ terza parti indipendenti, filwaqt li, barra minn dan, Lagardère fid-<DATE ISO="20040209">9 ta’ Frar 2004</DATE> ħatret lill-istess ditta S. bħala mandatarja responsabbli, skont il-paragrafu 21(g) tal-impenji li jinsabu fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2004/422, sabiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>tiżgura l-eżekuzzjoni sodisfaċenti<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> taċ-ċessjoni tal-assi ċeduti mill-ġdid. Din il-mandatarja kienet irremunerata f’din il-kapaċità minn Lagardère.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>B’hekk id-ditta S. ġiet maħtura mandatarja, fis-sens tal-paragrafu 15 tal-impenji ta’ Lagardère, u B., il-President tagħha f’din id-data, wettaq il-funzjonijiet marbuta ma’ din il-missjoni, għalkemm kien membru tal-bord eżekuttiv ta’ Investima 10, li saret Éditis. Barra minn hekk, mid-<DATE ISO="20040209">9 ta’ Frar 2004</DATE>, id-data meta nħatret id-ditta S., sal-<DATE ISO="20040325">25 ta’ Marzu 2004</DATE>, id-data meta Éditis ġiet ikkonvertita f’kumpannija b’responsabbiltà limitata simplifikata, B., fl-istess ħin, wettaq id-dmirijiet ta’ membru tal-bord ta’ Éditis u dawk ta’ mandatarju.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li B. kien dipendenti fuq Éditis, sa tali punt li jitqajjem dubju fuq in-newtralità li din il-persuna, bħala membru tal-bord eżekuttiv ta’ Investima 10 li saret Éditis, għandha turi fl-eżerċizzju tal-missjoni tad-ditta preseduta minnha u li kienet inħatret bħala mandatarja. Konsegwentement, il-missjoni tal-mandatarju, li tikkonsisti fl-iżgurar tal-eżekuzzjoni sodisfaċenti tal-impenji ta’ Lagardère, fosthom iċ-ċessjoni tal-assi ċeduti mill-ġdid, u, abbażi ta’ dan, fir-redazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet ta’ miżuri ta’ ristrutturazzjoni neċessarji u fir-redazzjoni ta’ rapport li jinforma lill-Kummissjoni b’dawn ir-rakommandazzjonijiet, ma ġietx żgurata b’mod indipendenti. L-eżerċizzju minn B. tal-funzjonijiet ta’ membru tal-bord eżekuttiv tal-kumpannija detentriċi tal-assi kollha ta’ Éditis kien tali li jaffettwa l-indipendenza li B. kellu juri, bħala president tad-ditta S., fir-redazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ta’ miżuri ta’ ristrutturazzjoni neċessarji u tar-rapport li jinforma lill-Kummissjoni b’dawn ir-rakommandazzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali rrilevat li d-ditta S., fil-kapaċità tagħha ta’ mandatarja, kienet ġiet mitluba tippreżenta lill-Kummissjoni rapport li jevalwa l-kandidatura ta’ Wendel Investissement bħala akkwirenti tal-assi ċeduti mill-ġdid, fid-dawl tal-kriterji ta’ approvazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 10 tal-impenji ta’ Lagardère annessi mad-deċiżjoni 2004/422.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali kkonkludiet, fil-punt 107 tas-sentenza appellata, li dan ir-rapport ta’ evalwazzjoni tal-kandidatura ta’ Wendel Investissement kien ġie redatt minn mandatarju li ma kienx jissodisfa l-kundizzjoni ta’ indipendenza, fir-rigward ta’ Editis, meħtieġa mill-paragrafu 15 tal-impenji ta’ Lagardère, iddefiniti fl-Anness II tad-deċiżjoni 2004/422.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Issa, id-deċiżjoni kkontestata kienet ibbażata, partikolarment, fuq ir-rapport tal-mandatarju li, fl-opinjoni tal-Qorti Ġenerali espressa fil-punt 110 tas-sentenza appellata, eżerċita <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>influwenza determinanti<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> fuq l-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet, fil-punti 118 u 119 tas-sentenza appellata, li n-nuqqas ta’ indipendenza tal-mandatarju li pproduċa l-imsemmi rapport jikkostitwixxi illegalità li kienet ta’ natura li tivvizzja l-legalità tad-deċiżjoni kkontestata u għalhekk annullat din id-deċiżjoni, mingħajr ma eżaminat il-motivi l-oħra żviluppati minn Odile Jacob insostenn tat-talbiet tagħha għal annullament.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>B’digriet tad-<DATE ISO="20110329">29 ta’ Marzu 2011</DATE>, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ddeċieda li jgħaqqad il-kawżi C-553/10 P u C-554/10 P għall-finijiet tal-proċedura orali u tas-sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha fil-Kawża C-553/10 P, il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata, sa fejn din tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tiddeċiedi b’mod definittiv, jekk dan ikun il-każ, dwar il-kwistjonijiet li huma s-suġġett ta’ dan l-appell u tiċħad ir-rikors għal annullament, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lil Odile Jacob għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Lagardère issostni l-appell ippreżentat mill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Wendel titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata, sa fejn din tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tiddeċiedi b’mod definittiv dwar il-kwistjonijiet li huma s-suġġett ta’ dan l-appell u tiċħad ir-rikors għal annullament ta’ Odile Jacob, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lil Odile Jacob għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Odile Jacob titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, jekk jintlaqa’ l-appell u l-kawża tiġi kkunsidrata bħala fi stat li tiġi deċiża, tannulla d-deċiżjoni kkontestata, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha fil-Kawża C-554/10 P, Lagardère titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata, sa fejn din tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tiċħad ir-rikors ippreżentat minn Odile Jacob quddiem il-Qorti Ġenerali kontra din id-deċiżjoni u;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lil Odile Jacob għall-ispejjeż kollha relatati ma’ dawn il-proċeduri kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fil-kuntest ta’ dan l-appell.</P></ITEM></LIST></P></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fir-risposti tagħhom, il-Kummissjoni u Wendel Investissement jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata, sa fejn din tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tiċħad ir-rikors għal annullament ta’ Odile Jacob kontra din id-deċiżjoni, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lil Odile Jacob għall-ispejjeż kollha relatati ma’ dawn il-proċeduri kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fil-kuntest ta’ dan l-appell.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Odile Jacob titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, jekk jintlaqa’ l-appell u l-kawża tiġi kkunsidrata bħala fi stat li tiġi deċiża, tannulla d-deċiżjoni kkontestata, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appelli</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fl-appell tagħha fil-Kawża C-553/10 P, il-Kummissjoni tinvoka tliet aggravji. L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi, sa fejn il-Qorti Ġenerali naqset mill-teżamina l-konsegwenzi tal-eventwali nuqqas ta’ indipendenza tal-mandatarju fil-konfront ta’ Éditis, fil-missjoni tiegħu, meta mqabbel ma’ Wendel Investissement. Permezz tat-tieni aggravju tagħha, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, kontradizzjoni tal-motivi u żnaturament tal-fatti sa fejn hija kkonkludiet li r-rapport tal-mandatarju kellu influwenza determinanti fuq id-deċiżjoni kkontestata. It-tielet aggravju, li huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fir-rigward tar-rikonoxximent tan-natura operattiva ta’ motiv u fuq ksur tal-obbigu ta’ motivazzjoni f’dan ir-rigward, huwa maqsum f’żewġ partijiet. L-ewwel parti ta’ dan l-aggravju hija relatata ma’ żball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali sa fejn din tal-aħħar annullat id-deċiżjoni kkontestata abbażi ta’ motiv li kellu jiġi ddikjarat bħala ineffettiv. It-tieni parti tal-istess aggravju tikkonċerna ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sa fejn il-Qorti Ġenerali naqset milli tindika r-raġunijiet li hija bbażat ruħha fuqhom sabiex tikkunsidra li d-deċiżjoni kkontestata setgħet kienet differenti fl-assenza ta’ nuqqas ta’ indipendenza tal-mandatarju.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fl-appell tagħha fil-Kawża C-554/10 P, Lagardère tinvoka żewġ aggravji. L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi sa fejn il-Qorti Ġenerali invokat bħala eċċezzjoni l-illegalità tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-mandatarju sabiex issejjes l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata. Permezz tat-tieni aggravju, Lagardère issostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ddeċidiet b’mod żbaljat li l-preżenza ta’ mandatarju fil-bord ta’ tmexxija ta’ Éditis bħala terz indipendenti setgħet tiġġustifika l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata. Dan l-aggravju, li jinkludi erba’ partijiet, jirriproduċi essenzjalment l-ewwel motiv tal-Kawża C-553/10 P.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Peress li hemm sovrapożizzjoni bejn l-ewwel tliet aggravji tal-Kawża C-553/10 P u t-tieni aggravju tal-Kawża C-554/10 P, hemm lok li dawn jiġi ttrattati konġuntement.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel tliet aggravji tal-Kawża C-553/10 P u t-tieni aggravju tal-Kawża C-554/10 P</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi sa fejn hija ma eżaminatx kif dan in-nuqqas ta’ indipendenza tal-mandatarja seta’ jaffettwa l-evalwazzjoni ta’ din tal-aħħar dwar il-kwalitajiet ta’ Wendel Investissement bħala akkwirenti tal-assi ta’ Éditis, u lanqas kif seta’ jqum is-suspett li din il-mandatarja abbozzat rapport li jista’ jwassal lill-Kummissjoni għal żball waqt l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. Tali pożizzjoni tmur kontra l-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali li tistabbilixxi li n-nuqqas ta’ indipendenza ta’ persuna inkarigata li tevalwa kandidat huwa ta’ portata legali biss jekk jiġi stabbilit li din il-persuna ħadet inkunsiderazzjoni, fl-evalwazzjoni tagħha, interess li huwa estranju għal dak li huwa marbut mal-iżvolġiment tajjeb tal-missjoni tagħha. Il-Qorti Ġenerali ma eżaminatx jekk l-insuffiċjenza tal-indipendenza tal-mandatarja fil-konfront ta’ Éditis setgħetx ikollha konsegwenzi fuq l-oġġettività tal-kontenut tar-rapport ta’ din tal-aħħar u, għaldaqstant, fuq l-evalwazzjoni ta’ Wendel Investissement bħala akkwirenti. Għalhekk, il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha fuq motiv ineffettiv sabiex tannulla d-deċizjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tirreleva li d-deċiżjoni finali li tapprova l-akkwirenti tal-assi ċeduti mill-ġdid, fil-kuntest ta’ konċentrazzjoni, dejjem taqa’ fuq il-Kummissjoni, li ma tibbażax ruħha biss fuq ir-rapport tal-mandatarja, iżda tiġbor informazzjoni fuq inizjattiva tagħha stess.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Insostenn tal-Kummissjoni, Wendel Investissement tirriproduċi l-kritika espressa fil-konfront tas-sentenza appellata billi tenfasizza li l-Qorti Ġenerali ma stabbilixxietx kif ir-rabta ta’ bejn Éditis u l-mandatarja setgħet ikollha influwenza fuq il-kontenut tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-kandidatura ta’ Wendel Investissement.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Skont Odile Jacob, ma jistax jiġi allegat li l-Qorti Ġenerali għamlet riferiment għal-liġi Franċiża sabiex tivverifika jekk l-eżerċizzju simultanju minn B. tal-funzjoni ta’ membru tal-bord ta’ tmexxija ta’ Éditis u dik ta’ mandatarju, bħala president tad-ditta S., kienx kompatibbli mal-kriterju tal-indipendenza fir-rigward ta’ din il-kumpannija, peress li kien hemm biss l-applikazzjoni tal-<HT TYPE="ITALIC">lex societatis</HT> u tal-prinċipju li jiddetermina l-liġi applikabbli għal kumpannija, b’mod konformi mal-prinċipji tad-dritt internazzjonali privat, sanċiti fir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20080617">17 ta’ Ġunju 2008</DATE>, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="6" NO.OJ="177" DATE.PUB="2008">ĠU L 177, p. 6</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Għal Lagardère, il-Qorti Ġenerali ma setgħetx tikkonkludi li kien hemm nuqqas ta’ indipendenza awtomatika tal-mandatarju minħabba r-rabtiet ta’ B. ma’ Éditis, iżda kellha tevalwa jekk il-mandat soċjali ta’ B. ipprekluldiex lill-mandatarja milli teżegwixxi l-kompiti tagħha b’indipendenza u trasparenza. Għall-kuntrarju, minbarra li ma kienx jikkostitwixxi kunflitt ta’ interess, il-mandat soċjali eżerċitat minn B. u l-missjoni eżerċitata mill-mandatarja kellhom bħala l-għan tagħhom l-indipendenza ta’ Éditis, u għalhekk kienu jikkostitwixxu missjonijiet kumplimentari.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-portata tan-nuqqas ta’ indipendenza tal-mandatarja, Odile Jacob tikkunsidra li l-argument tal-Kummissjoni huwa ineffettiv, peress li l-illegalità kkonstatata tal-Qorti Ġenerali tikkostitwixxi ksur ta’ impenn kuntrattwali essenzjali li sar obbligatorju permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/422, li għalhekk jivvizzja l-proċess deċiżjonali kollu relatat mat-tranżazzjoni ta’ ċessjoni imposta mill-impenji ta’ Lagardère.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fit-tieni aggravju tagħha, il-Kummissjoni tikkunsidra li s-sentenza appellata hija vvizzjata bi żball ta’ liġi, b’kontradizzjoni tal-motivi u bi żnaturament tal-fatti, sa fejn il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li r-rapport tal-mandatarja kellu influwenza determinanti fuq id-deċiżjoni kkontestata. Il-Kummissjoni ssosnti li, permezz ta’ din il-konklużjoni, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat it-tqassim tal-kompiti bejnha u l-mandatarja. Fil-fatt, hija biss il-Kummissjoni li għandha tiddeċiedi dwar<?PAGE NO="12"?> l-approvazzjoni ta’ kandidat xerrej. Għalkemm l-evalwazzjoni inkluża fir-rapport ta’ mandatarju tittieħed inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni għall-iżvilupp tad-deċiżjoni finali tagħha, il-Kummissjoni bl-ebda mod ma tkun marbuta mill-opinjoni tal-mandatarju, li ma tistax tissostitwixxi l-evalwazzjoni proprja tagħha. Il-Kummissjoni tibqa’ marbuta li twettaq l-investigazzjoni neċessarja, li tiġbor l-informazzjoni fuq inizjattiva tagħha billi tibbaża ruħha fuq id-dipartimenti proprji tagħha u fuq diversi talbiet għal informazzjoni indirizzati lill-impriżi kkonċernati, f’dan il-każ Lagardère u Wendel Investissement.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Minn ċertu xebh bejn ir-rapport tal-mandatarja u d-deċiżjoni kkontestata ma jistax jiġi dedott li r-rapport in kwistjoni kellu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>influwenza determinanti<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> fuq l-imsemmija deċiżjoni, kif indikat il-Qorti Ġenerali fil-punt 110 tas-sentenza appellata. Skont il-Kummissjoni, kien hemm biss ir-riproduzzjoni ta’ elementi oġġettivi u verifikabbli li ma jinkludux evalwazzjonijiet suġġettivi.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Wendel Investissement qablet mal-argumentazzjoni tal-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Odile Jacob kkunsidrat li l-Qorti Ġenerali ma interpretatx b’mod żbaljat it-tqassim tal-kompiti bejn il-Kummissjoni u l-mandatarja. In-nuqqas ta’ indipendenza tal-mandatarja approvata vvizzjat il-proċess deċiżjonali kollu. Fil-fatt il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni b’mod reali r-rapport tal-mandatarja fid-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Wara li wettqet eżami komparattiv, fil-punti 112 sa 116 tas-sentenza appellata, tar-rapport tal-mandatarja u tad-deċiżjoni kkontestata, fid-dawl tal-erba’ kundizzjonijiet imposti mill-paragrafu 10 tal-impenji ta’ Lagardère dwar il-kwalitajiet tal-kandidat akkwirenti tal-assi ċeduti mill-ġdid, il-Qorti Ġenerali ġustament irrilevat li l-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni kienu identiċi għal dawk inklużi fir-rapport tal-mandatarja. Għalhekk, Odile Jacob ġustament tikkunsidra li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat li dan ir-rapport eżerċita influwenza determinanti fuq id-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tielet aggravju fil-Kawża C-553/10 P, Odile Jacob tirreleva li n-nuqqas ta’ indipendenza tal-mandatarju ma jikkostitwixxix biss sempliċi irregolarità, iżda ksur tal-forom sostanzjali tal-proċedura amministrattiva, li għandu jwassal għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata mingħajr il-bżonn li jintwera li din id-deċiżjoni seta’ jkollha kontenut differenti fin-nuqqas ta’ din l-irregolarità. Il-kundizzjoni ta’ indipendenza tal-mandatarja hija kundizzjoni fundamentali stabbilita fl-impenji ta’ Lagardère, li ingħataw il-forza obbligatorja bis-saħħa tad-Deċiżjoni 2004/422. Ir-rekwiżit tal-indipendenza tal-mandatarja għandu jiġi vverifikat mhux <HT TYPE="ITALIC">ex post</HT>, iżda <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT>, bil-għan li jiġi evitat il-kontroll tal-motivazzjonijiet suġġettivi li jistgħu jiggwidaw lill-mandatarja fil-missjoni tagħha, kif jirriżulta mir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, tas-<DATE ISO="20020516">16 ta’ Mejju 2002</DATE> intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>Indipendenza tal-Awdituri Legali fl-UE: prinċipji fundamentali<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="22" NO.OJ="191" DATE.PUB="2002">ĠU L 191, p.22</REF.DOC.OJ>). Dan ir-rekwiżit ta’ indipendenza jaqbel mar-rekwiżit ta’ indipendenza u ta’ apparenza ta’ indipendenza tal-qorti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>L-appellanti jsostnu essenzjalment li l-Qorti Ġenerali wettqet diversi żbalji ta’ liġi, billi naqset milli tanalizza l-konsegwenzi tal-eventwali nuqqas ta’ indipendenza tal-mandatarja fir-rigward ta’ Éditis dwar l-evalwazzjoni tal-kandidatura ta’ Wendel Investissement bħala akkwirenti tal-assi ta’ Éditis, u jikkontestaw li r-rapport tal-mandatarja setgħet twassal lill-Kummissjoni għal żball fil-missjoni tagħha ta’ evalwazzjoni tal-kandidatura ta’ Wendel Investissement bil-għan li tapprovaha bħala akkwirenti tal-assi ċeduti mill-ġdid.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2004/422, it-tranżazzjoni nnotifikata, li permezz tagħha Lagardère takkwista l-kontroll esklużiv tal-assi mmirati ta’ VUP, issa msejħa Éditis, hija ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni u mal-funzjonament tal-ftheim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, b’riserva għall-osservanza minn Lagardère tal-impenji msemmija fl-Anness II tal-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Skont il-paragrafi 15 u 21 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2004/422, il-parti li tinnotifika għandha tinnomina mandatarju bil-għan li jeżerċita l-missjonijiet partikolari u ġenerali li huwa jingħata, jiġifieri, partikolarment, li jiżgura l-eżekuzzjoni sodisfaċenti tal-impenji li Lagardère assumiet, kif ukoll sabiex jiżgura li l-assi ċeduti mill-ġdid jinżammu u jiġi ġestiti fi ħdan struttura distinta b’mod separat u indipendenti mill-assi kkonservati u minn attivitajiet oħra ta’ Lagardère, sad-data taċ-ċessjoni effettiva tal-assi ċeduti mill-ġdid.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>F’każ ta’ diżgwid bejn Lagardère u Éditis dwar il-miżuri ta’ ristrutturazzjoni neċessarji għall-eżekuzzjoni tal-impenji, jista’ jiġi involut il-mandatarju. Huwa għandu jiddeċiedi permezz ta’ rakkomandazzjoni dwar il-portata ta’ dawn il-miżuri, skont il-paragrafu 24 ta’ dawn l-impenji. Il-mandatarju għandu jinforma b’dan lill-Kummissjoni, li tista’ tistabbilixxi hija stess il-portata tal-miżuri ta’ ristrutturazzjoni neċessarji.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Għall-finijiet tal-eżerċizzju ta’ dawn il-missjonijiet, il-paragrafu 15 tal-imsemmija impenji jippreċiżaw, partikolarment, li l-mandatarju għandu jkun indipendenti minn Lagardère u minn Éditis u li ma jkunx espost għal kunflitt ta’ interessi. Ir-remunerazzjoni tiegħu għandha tkun żgurata minn Lagardère skont modalitajiet li ma jippreġudikawx l-eżekuzzjoni tajba tal-mandat tiegħu u lanqas l-indipendenza tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Din l-indipendenza hija element mill-impenji li Lagardère assumiet u li għandhom jiġu osservati b’mod sħiħ. Din l-indipendenza ġiet stabbilita <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> u tkopri l-attività kollha tal-mandatarju.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Mill-punti 85 u 87 tas-sentenza appellata jirriżulta li B., president tad-ditta S., ġie maħtur fl-<DATE ISO="20021220">20 ta’ Diċembru 2002</DATE> bħala membru tal-bord ta’ tmexxija ta’ Investima 10, li saret Éditis, u li fid-<DATE ISO="20040209">9 ta’ Frar 2004</DATE> d-ditta S. ġiet maħtura mandatarja. Fil-punt 89 tas-sentenza appellata huwa kkonstatat li B. wettaq il-funzjonijiet ta’ membru tal-bord eżekuttiv ta’ Éditis u ta’ mandatarju simultanjament, mid-<DATE ISO="20040209">9 ta’ Frar 2004</DATE> sal-<DATE ISO="20040325">25 ta’ Marzu 2004</DATE>, data tat-trasformazzjoni ta’ Editis f’kumpannija b’responsabbiltà limitata simplifikata. Wara t-trasformazzjoni ta’ Éditis, B. żamm ir-rabtiet mill-qrib ma’ Éditis, peress li l-mandatarja kellha tliet rappreżentanti fi ħdan il-kumitat tal-azzjonisti.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet b’mod korrett, fil-punt 104 tas-sentenza appellata, li l-eżerċizzju minn B. tal-funzjonijiet ta’ membru tal-bord ta’ tmexxija ta’ Investima 10, li saret Éditis, kien ta’ natura li jaffettwa l-indipendenza tal-mandatarju, u li din is-sitwazzjoni ma kinitx tippermetti li jiġi żgurat l-eżerċizzju, bl-indipendenza kollha, tal-attribuzzjonijiet ta’ mandatarju indipendenti msemmija fil-paragrafu 15 tal-impenji ta’ Lagardère.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Bl-istess mod, ġustament il-Qorti Ġenerali ddeċidiet fil-punt 107 tas-sentenza appellata, li r-rapport ta’ evalwazzjoni tal-kandidatura ta’ Wendel Investissement dwar ix-xiri mill-ġdid tal-assi ċeduti mill-ġdid ġie redatt minn mandatarju li ma kienx jissodisfa l-kundizzjoni tal-indipendenza fir-rigward ta’ Éditis.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ma tikkontestax il-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali dwar in-nuqqas ta’ indipendenza tal-mandatarja peress li dan kien punt ta’ fatt. Għall-kuntrarju, hija tallega li l-Qorti Ġenerali naqset milli teżamina jekk dak in-nuqqas ta’ indipendenza kellux b’mod konkret influwenza fuq id-deċiżjoni kkontestata jew jekk, fin-nuqqas ta’ din l-irregolarità, id-deċiżjoni kkontestata setax ikollha kontenut differenti. Skont il-Kummissjoni, is-sitwazzjoni tal-mandatarja ma affettwatx l-oġġettività tal-evalwazzjoni li hija għamlet fir-rapport tagħha fuq l-akkwirenti tal-assi ta’ Éditis u, konsegwentement, il-legalità tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Dan l-argument tal-Kummissjoni għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Fil-fatt, f’dan il-każ, il-mandatarja responsabbli <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>mill-eżekuzzjoni sodisfaċenti<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> tal-impenji tal-parti li tinnotifka ssodisfat il-funzjonijiet li ġew imposti fuqha indirettament mill-Kummissjoni. Dawn kienu funzjonijiet li l-Kummissjoni setgħet twettaq hija stess li kieku kellha riżorsi umani suffiċjenti.</TXT></NP><?PAGE NO="14"?><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Dan jirriżulta b’mod ċar mill-punti 52, 53, 55 u 56 tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-rimedji aċċettabbli taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4064/89 u taħt ir-Regolament tal-Kunsill [Kummissjoni] (KE) Nru 447/98 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 89). B’mod partikolari, il-punt 56 ta’ dan l-avviż jiddikjara li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>[i]d-depożitarju għandu jassumi dmirijiet speċifiċi sabiex jiżgura l-konformità b’rieda tajba ma’ l-impenni f’isem il-Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Jeħtieġ li jitfakkar li l-paragrafu 15 tal-impenji tagħha kienu jimponu fuq Lagardère li taħtar mandatarju li, fost kundizzjonijiet oħra, kellu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>jkun indipendenti minn Lagardère u minn Éditis<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Għaldaqstant huwa stabbilit li tali mandatarju għandu qabel xejn ikun indipendenti mill-partijiet u, barra minn hekk, jaġixxi b’mod indipendenti minn dawn tal-aħħar, b’tali mod li n-nuqqas ta’ indipendenza hija biżżejjed sabiex tannulla deċiżjoni tal-Kummissjoni bħad-deċiżjoni kkontestata. Il-kwistjoni dwar jekk dan il-mandatarju aġġixxiex b’mod indipendenti tqum biss jekk ikun ġie kkonstatat preliminarjament li dan tal-aħħar kien effettivament indipendenti mill-partijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Peress li l-Qorti Ġenerali kkonstatat ġustament li l-mandatarja ma kinitx indipendenti mill-partijiet, hija ma kinitx obbligata li teżamina jekk din il-mandatarja aġixxietx konkretament b’mod li juri dan in-nuqqas ta’ indipendenza.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal jirriżulta li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi billi annullat id-deċiżjoni kkontestata minħabba nuqqas ta’ indipendenza tal-mandatarja. Għaldaqstant, it-tliet aggravji invokati mill-Kummissjoni kif ukoll it-tieni aggravju sostnut minn Lagardère ma humiex fondati u għandhom jinċaħdu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel aggravju tal-Kawża C-554/10 P, relatati mal-eċċezzjoni ta’ illegalità</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Lagardère issostni li l-Qorti Ġenerali ma setgħetx tuża l-illegalità tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-mandatarja sabiex issejjes l-illegalità tad-deċiżjoni kkontestata, peress li l-mekkaniżmu tal-eċċezzjoni tal-illegalità ma jistax jiġi invokat meta jiġu kkontestati żewġ deċiżjonijiet individwali. Billi ma ppreżentatx rikors kontra d-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-mandatarja, fit-termini stabbiliti kkontestati, Odile Jacob ma tistax teċepixxi l-illegalità ta’ din id-deċiżjoni ta’ approvazzjoni, peress li din tal-aħħar tkun saret definittiva fil-konfront tagħha, insostenn tat-talba tagħha għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Skont Lagardère u Wendel Investissement, ir-raġunament imwettaq mill-Qorti Ġenerali jwassal sabiex tiġi invokata, bħala eċċezzjoni, l-illegalità tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-mandatarja, li hija deċiżjoni individwali. Il-Qorti Ġenerali eżaminat direttament mhux il-motivi li wasslu għad-deċiżjoni kkontestata, iżda dawk li wasslu għall-ħatra tal-mandatarja, li ppreċedew id-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Lagardère issostni li d-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-mandatarja ġiet ikkomunikata lill-partijiet fil-<DATE ISO="20050215">15 ta’ Frar 2005</DATE>, data li minnha id-deċiżjoni laqgħtet ħażin lil Odile Jacob u fiha saret att kontestabbli fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE. Din id-deċiżjoni għalhekk kellha tiġi kkontestata, fit-termini stabbiliti kkontestati, permezz ta’ rikors separat minn dak ippreżentat kontra d-deċiżjoni kkontestata. Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali ma setgħetx raġonevolment tagħmel riferiment għall-illegalità tal-ħatra tal-mandatarju sabiex tannulla d-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Odile Jacob tirrifjuta l-argumenti ta’ Lagardère u ta’ Wendel Investissement billi tirreleva li d-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-mandatarja għandha tiġi kkunsidrata mhux bħala deċiżjoni iżolata, iżda bħala deċiżjoni li tifforma parti minn kollettività ta’ atti li wasslu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><?PAGE NO="15"?><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Barra minn hekk, Odile Jacob tirreleva li hija ma kinitx id-destinatarja, fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE u tal-ġurisprudenza, tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-mandatarja u li, konsegwentement, kien diffiċli għaliha li tikkontestaha permezz ta’ rikors separat.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Hemm lok li jiġi osservat li d-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-mandatarja ġiet ikkomunikata lil Odile Jacob mhux qabel is-<DATE ISO="20050217">17 ta’ Frar 2005</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20041108">8 ta’ Novembru 2004</DATE>, Odile Jacob ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali r-rikors tagħha intiż għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, fejn ikkontestat ukoll il-kundizzjonijiet ta’ approvazzjoni tal-mandatarja. Issa, jeħtieġ li jiġi rrilevat li f’din id-data Odile Jacob kienet għadha ma ġietx ikkomunikata bid-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-mandatarja. Għalhekk, ma jistax jiġi allegat fil-konfront tagħha li hija kkontestat, fir-rikors tagħha dirett kontra d-deċiżjoni kkontestata, il-legalità tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-mandatarja mingħajr ma talbet l-annullament minn qabel meta l-imsemmija deċiżjoni kienet tifforma parti mill-istess kollettività ta’ atti bħad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Ikun formaliżmu superfluwu u inutli li Odile Jacob tintalab tippreżenta rikors separat sabiex tikkontesta deċiżjoni individwali, li ġiet ikkomunikata lilha wara r-rikors prinċipali tagħha u li tifforma parti minn numru ta’ atti u li hija kkontestata minn dan ir-rikors prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Għaldaqstant, dak l-aggravju għandu jinċaħad.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Peress li ma ntlaqa’ l-ebda aggravju invokat mill-appellanti, l-appelli fil-Kawżi C-553/10 P u C-554/10 P għandhom jinċaħdu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 122 tar-Regoli tal-Proċedura, meta l-appell ma jkunx fondat il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. Skont l-Artikolu 69(2) ta’ dawn ir-Regoli, applikabbli għall-proċedura tal-appell bis-saħħa tal-Artikolu 118 tagħhom, kull parti li titlef għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż jekk tkun saret talba f’dan is-sens. Peress li l-Kummissjoni u Lagardère tilfu fl-aggravji tagħhom u Odile Jacob talbet il-kundanna tagħhom, hemm lok li huma jiġi kkundannati kemm għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll għall-ispejjeż sostnuti minn Odile Jacob matul dawk l-appelli.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Peress li Odile Jacob ma talbitx li Wendel Investissement tiġi kkundannata għall-ispejjeż, din tal-aħħar għandha tbati biss l-ispejjeż tagħha.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appelli huma miċħuda.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea u Lagardère SCA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti minn Éditions Odile Jacob SAS.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Wendel Investissement SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>