18.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9776 — Worldline/Ingenico)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 273/06)

1.   

Fit-12 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Worldline S.A. (“Worldline”, Franza),

—

Ingenico Group S.A. (“Ingenico”, Franza).

Worldline takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Ingenico kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Worldline: servizzi relatati mal-pagament bħall-akkwist ta’ kummerċjanti għal negozji fiżiċi (f’ħanut) jew online (kummerċ elettroniku), attivitajiet ta’ pproċessar ta’ pagamenti (akkwist u ħruġ) u soluzzjonijiet ta’ aċċettazzjoni tal-kummerċ elettroniku, kif ukoll il-provvista ta’ terminals fil-punt tal-bejgħ,

—

Ingenico: id-disinn, l-iżvilupp u l-provvista ta’ terminals tal-punt tal-bejgħ u software relatat, kif ukoll servizzi relatati mal-pagament bħal servizzi ta’ akkwist ta’ kummerċjanti u servizzi ta’ aċċettazzjoni tal-kummerċ elettroniku.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9776 — Worldline/Ingenico

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 229-64301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).