<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-500/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CJ0500</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:186">EU:C:2012:186</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAD-<DATE ISO="20120329">29.3.2012</DATE> — KAWŻA C-500/10</P><P>BELVEDERE COSTRUZIONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20120329">29 ta’ Marzu 2012</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>VAT</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4(3) TUE</KEYWORD><KEYWORD>Sitt Direttiva</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 2 u 22</KEYWORD><KEYWORD>Għeluq awtomatiku tal-proċeduri pendenti quddiem il-qorti fiskali tat-tielet istanza</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-500/10,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Commissione tributaria centrale, sezione di Bologna (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20100922">22 ta’ Settembru 2010</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20101019">19 ta’ Ottubru 2010</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ufficio IVA di Piacenza</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Belvedere Costruzioni Srl,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot, President tal-Awla, A. Prechal, L. Bay Larsen, C. Toader u E. Jarašiūnas (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: A. Impellizzeri, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20110922">22 ta’ Settembru 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn P. Gentili, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn E. Traversa u L. Lozano Palacios, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20111117">17 ta’ Novembru 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(3) TUE u tal-Artikoli 2 u 22 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Sitt Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn l-Ufficio IVA di Piacenza (Uffiċċju tal-VAT ta’ Piacenza) u Belvedere Costruzioni Srl (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Belvedere Costruzioni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar stima mill-ġdid tat-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>VAT<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) għas-sena 1982.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 tas-Sitt Direttiva, huma suġġetti għall-VAT il-provvista ta’ oġġetti u servizzi magħmula bi ħlas fit-territorju tal-pajjiż minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali, kif ukoll l-importazzjonijiet ta’ oġġetti.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 22 tas-Sitt Direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="022.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Kull persuna taxxabbli għandha tissottometti prospett [dikjarazzjoni] f’intervall li għandu jkun stabbilit minn kull Stat Membru. […]</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="022.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Kull persuna taxxabbli għandha tħallas l-ammont net ta[l-VAT] meta jissottometti l-prospett. L-Istati Membri jistgħu, madanakollu, jiffissaw data differenti għall-ħlas ta’ l-ammont u jistgħu jitolbu ħlas temporanju..</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="022.008"><NO.PARAG>8.</NO.PARAG><ALINEA>[…] l-Istati Membri jistgħu jimponu obbligazzjonijiet oħrajn li huma jqisu neċessarji għall-impożizzjoni ġusta u l-ġbir tat-taxxa u għall-prevenzjoni ta’ frodi.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu3(2a) tad-Digriet-Liġi Nru 40/2010 (GURI Nru 71, tas-<DATE ISO="20100326">26 ta’ Marzu 2010</DATE>), ikkonvertit, b’emendi, fil-Liġi Nru 73/2010 (GURI Nru 120, tal-<DATE ISO="20100525">25 ta’ Mejju 2010</DATE>, iktar ’il quddiem id-“Digriet-Liġi Nru 40/2010) jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Sabiex jiġi żgurat li l-proċeduri ġudizzjarji f’kawżi fiskali jinżammu fi żmien raġonevoli, kif titlob il-[Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>KEDB<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/>)], irrattifikata permezz tal-Liġi Nru 848 tal-<DATE ISO="19550804">4 ta’ Awwissu 1955</DATE>, il-kawżi fiskali pendenti li jirriżultaw minn rikorsi ppreżentati fl-ewwel istanza iktar minn 10 snin qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-liġi li kkonvertiet id-digriet attwali f’liġi, u li fir-rigward tagħhom l-Awtorità<?PAGE NO="3"?> tat-Taxxa Statali tkun tilfet fl-ewwel u fit-tieni istanza, għandhom jiġu magħluqa, abbażi tan-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżit ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>żmien raġonevoli<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> stipulat fl-Artikolu 6(1) ta’ din il-konvenzjoni, f’konformità mar-regoli li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-kawżi fiskali pendenti quddiem il-Commissione tributaria centrale, għajr dawk li jikkonċernaw talbiet għal rimbors, għandhom jiġu magħluqa awtomatikament fuq ordni tal-president ta’ dik il-qorti jew ta’ membru ieħor magħżul għal dak l-għan […]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-Liġi Nru 73/2010, li kkonvertiet f’liġi d-Digriet-Liġi Nru 40/2010, daħlet fis-seħħ fis-<DATE ISO="20100526">26 ta’ Mejju 2010</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Mill-<DATE ISO="19960401">1 ta’ April 1996</DATE>, il-Commissione tributaria centrale, li kienet teżerċita l-funzjonijiet ta’ qorti tat-tielet istanza fil-qasam tat-taxxa, ġiet abolita permezz tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 5451992 (GURI Nru 9, tat-<DATE ISO="19930113">13 ta’ Jannar 1993</DATE>).</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Fid-dikjarazzjoni annwali tagħha tal-VAT għas-sena 1982, Belvedere Costruzioni naqset kreditu ta’ taxxa ta’ ITL <FT TYPE="NUMBER">22264000</FT> indikat bħala kreditu li jirriżulta mid-dikjarazzjoni għas-sena 1981. Fit-<DATE ISO="19850812">12 ta’ Awwissu 1985</DATE>, l-Ufficio IVA di Piacenza, peress li kien iqis li d-dikjarazzjoni tal-VAT għas-sena 1981 kienet tardiva u li għaldaqstant ma kienx possibbli li dan il-kreditu ta’ taxxa jitnaqqas fil-kuntest tad-dikjarazzjoni tal-VAT għas-sena 1982, bagħat lil din il-kumpannija avviż ta’ stima mill-ġdid.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Belvedere Costruzioni ppreżentat rikors kontra dan l-avviż quddiem il-Commissione tributaria di primo grado di Piacenza (Qorti Fiskali tal-Prim’Istanza ta’ Piacenza) fejn sostniet li l-kreditu ta’ taxxa inkwistjoni ma kienx jirriżulta mid-differenza bejn it-taxxa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>ta’ debitu<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> fuq il-bejgħ u t-taxxa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>ta’ kreditu<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> fuq ix-xiri għall-operazzjonijiet taxxabli mwettqa matul is-sena 1981, iżda kienet tirrappreżenta parti mill-kreditu ta’ taxxa msemmi fid-dikjarazzjoni tagħha għas-sena 1980 Hija sostniet li, fid-dawl tal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti, id-dritt tagħha li tnaqqas dan il-kreditu ta’ taxxa ma kienx estint, filwaqt li l-Ufficio IVA di Piacenza sostna l-kontra.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-Commissione tributaria di primo grado di Piacenza laqgħet dan ir-rikors permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="19861010">10 ta’ Ottubru 1986</DATE>, li ġiet ikkonfermata permezz ta’ deċiżjoni tal-Commissione tributaria di secondo grado (Qorti Fiskali tal-Appell) tat-<DATE ISO="19900528">28 ta’ Mejju 1990</DATE> wara l-appell ippreżentat minn dan l-Ufficio IVA. Għaldaqstant dan tal-aħħar ippreżenta appell minn din id-deċiżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni tar-rinviju, il-Commissione tributaria centrale, sezione di Bologna tindika li, peress li l-awtorità tat-taxxa tilfet quddiem l-ewwel żewġ istanzi ġudizzjarji, hija għandha tapplika l-Artikolu 3(2a)(a) tad-Digriet-Liġi Nru 40/2010, bil-konsegwenza li d-deċiżjoni tat-tieni istanza ġudizzjarja ssir <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> u l-kreditu fiskali mitlub mill-awtorità tat-taxxa quddiem it-tliet istanzi ġudizzjarji jiġi estint.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Hija madankollu tqis li l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tista’ twassal għal ksur tal-Artikolu 4(3) TUE kif ukoll tal-Artikoli 2 u22 tas-Sitt Direttiva, kif interpretati fis-sentenza tas-<DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-132/06" PAGE.ECR="I-5457" YEAR="2008">C-132/06, Ġabra p. I-5457</REF.DOC.ECR>) peress li din tostakola definittivament l-irkupru tal-kreditu tal-VAT li l-awtorità tat-taxxa espressament titlob il-konstatazzjoni tiegħu b’mod ġudizzjarju. Fil-fatt skontha dan jikkostitwixxi ksur tal-obbligu tal-Istat Taljan li jiġġarantixxi l-ġbir effettiv tar-riżorsi tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Commissione tributaria centrale, sezione di Bologna, iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>L-Artikolu 10 […] KE, li issa sar l-Artikolu 4 […] TUE, u l-Artikoli 2 u 22 tas-Sitt Direttiva […], jipprekludu regola tal-Istat Taljan, li tinsab fl-Artikolu 3(2a) tad-[Digriet-Liġi Nru 40/2010], li tipprojbixxi l-qorti kompetenti fil-qasam fiskali milli tiddeċiedi dwar l-eżistenza ta’ dejn fiskali li l-ħlas tiegħu ntalab fit-terminu previst mill-awtorità tat-taxxa permezz ta’ appell minn deċiżjoni sfavorevoli, u li għaldaqstant tipprovdi, essenzjalment, għar-rinunzja totali tal-kreditu ta’ VAT inkwistjoni meta l-ineżistenza ta’ dan tal-aħħar tkun ġiet ikkonstatata f’żewġ istanzi ġudizzjarji, mingħajr ebda ħlas, lanqas parzjali, tal-kreditu inkwistjoni mill-persuna taxxabbli li tibbenefika minn din ir-rinunzja?<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 4(3) TUE u l-Artikoli 2 u 22 tas-Sitt Direttiva għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni, fil-qasam tal-VAT, ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi l-għeluq awtomatiku tal-proċeduri pendenti quddiem il-qorti fiskali tat-tielet istanza, meta dawn il-proċeduri joriġinaw minn rikors ippreżentat fl-ewwel istanza iktar minn għaxar snin qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-dispożizzjoni u meta l-awtorità tat-taxxa tilfet quddiem l-ewwel żewġ istanzi ġudizzjarji, bil-konsegwenza li dan l-għeluq awtomatiku jwassal sabiex id-deċiżjoni tat-tieni istanza ġudizzjarja ssir <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> u l-kreditu fiskali mitlub mill-awtorità jiġi estint.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-Gvern Taljan iqis li din id-domanda hija inammissibbli. Skontu l-qorti tar-rinviju naqset milli twettaq l-obbligu li tipprovdi lill-Qorti tal-Ġustizzja l-elementi ta’ fatt u ta’ liġi kollha li jippermettu li tiġi mifhuma r-raġuni li għaliha hija tqis li l-Artikolu 3(2a) tad-Digriet-Liġi Nru 40/2010 jinvolvi rinunzja tal-awtorità tat-taxxa għas-setgħa ta’ verifika tagħha tal-operazzjonijiet taxxabbli. Fl-assenza ta’ analiżi ta’ dan l-artikolu fid-deċiżjoni tar-rinviju, id-domanda hija manifestament astratta u ipotetika.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn qorti nazzjonali tista’ tiġi ddikjarata inammissibbli biss jekk jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma għandha ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema hija ta’ natura ipotetika jew meta wkoll il-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex l-elementi ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex twieġeb b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19951215">15 ta’ Diċembru 1995</DATE>, Bosman, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-415/93" PAGE.ECR="I-4921" YEAR="1995">C-415/93, Ġabra p. I-4921</REF.DOC.ECR>, punt 61, kif ukoll tal-<DATE ISO="20110331">31 ta’ Marzu 2011</DATE>, Schröder, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-450/09" PAGE.ECR="I-2497" YEAR="2011">C-450/09, Ġabra p. I-2497</REF.DOC.ECR>, punt 17).</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fir-rigward b’mod partikolari tal-informazzjoni li għandha tingħata lill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ deċiżjoni tar-rinviju, din ma sservix biss sabiex tippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposti utli lill-qorti tar-rinviju, iżda għandha wkoll tagħti lill-gvernijiet tal-Istati Membri, kif ukoll lill-partijiet ikkonċernati l-oħra l-possibbiltà li jippreżentaw osservazzjonijiet skont l-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li, għal dawn il-finijiet, huwa, minn naħa, neċessarju li l-qorti nazzjonali tiddefinixxi l-kuntest fattwali u leġiżlattiv li fih jidħlu d-domandi magħmula minnha jew li, għall-inqas, tispjega s-sitwazzjonijiet fattwali li fuqhom dawn id-domandi huma bbażati. Min-naħa l-oħra, id-deċiżjoni tar-rinviju għandha tindika r-raġunijiet preċiżi li wasslu lill-qorti nazzjonali sabiex ikollha dubji dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u sabiex tqis neċessarju li tagħmel domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tat-<DATE ISO="20090908">8 ta’ Settembru 2009</DATE>, Liga Portuguesa de Futebol Profissional u Bwin International, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-42/07" PAGE.ECR="I-7633" YEAR="2009">C-42/07, Ġabra p. I-7633</REF.DOC.ECR>, punt 40 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dan il-każ, id-deċiżjoni tar-rinviju tinkludi sunt tal-fatti li wasslu għall-kawża prinċipali u tad-dritt nazzjonali rilevanti, jiġifieri l-Artikolu 3(2a)(a) tad-Digriet-Liġi Nru 40/2010. Barra minn hekk, din tindika r-raġunijiet li wasslu lill-qorti tar-rinviju sabiex ikollha dubji dwar il-kompatibbiltà ta’ dan l-artikolu mad-dritt tal-Unjoni u sabiex tqis neċessarju li tagħmel domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja. Din id-domanda mhux talli ma hijiex astratta u ta’ natura ipotetika iżda tidher li hija determinanti għas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali peress li, skont l-analiżi ta’ din id-dispożizzjoni mwettqa mill-qorti tar-rinviju, hija għandha tagħlaq il-kawża mingħajr ma tiddeċiedi dwar il-fondatezza tad-deċiżjoni kkontestata quddiemha.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Għaldaqstant, id-domanda preliminari għandha titqies bħala ammissibbli</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Hekk kif fakkret il-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 37 tas-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Italja ċċitata iktar ’il fuq, mill-Artikoli 2 u 22 tas-Sitt Direttiva kif ukoll mill-Artikolu 4(3) TUE jirriżulta li kull Stat Membru għandu l-obbligu li jadotta l-liġijiet u l-miżuri amministrattivi neċessarji kollha sabiex jiġi żgurat il-ġbir tal-VAT kollha dovuta fit-territorju tiegħu. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw id-dikjarazzjonijiet tal-persuni taxxabbli, il-kontijiet tagħhom u d-dokumenti rilevanti l-oħra u għandhom jikkalkolaw u jiġbru t-taxxa dovuta.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fil-kuntest tas-sistema komuni tal-VAT, l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-osservanza tal-obbligi li għalihom huma suġġetti l-persuni taxxabbli filwaqt li jibbenefikaw, f’dan ir-rigward, minn ċertu flessibbiltà fir-rigward, b’mod partikolari, tal-mod ta’ kif għandhom jagħmlu użu mill-mezzi għad-dispożizzjoni tagħhom (sentenza Il-Kummissjoni vs L-Italja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 38).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Din il-flessibbiltà hija madankollu limitata mill-obbligu li jiġi żgurat ġbir effettiv tar-riżorsi tal-Unjoni u minn dak li ma jinħolqux differenzi sinjifikattivi fil-mod ta’ kif jiġu ttrattati l-persuni taxxabbli, kemm fi ħdan wieħed mill-Istati Membri kif ukoll fl-Istati Membri kollha. Is-Sitt Direttiva għandha tiġi interpretata skont il-prinċipju ta’ newtralità fiskali inerenti għas-sistema komuni tal-VAT, li skontha operaturi ekonomiċi li jwettqu l-istess operazzjonijiet ma għandhomx jiġu ttrattati b’mod differenti matul il-ġbir tal-VAT. Kull azzjoni tal-Istati Membri fir-rigward tal-ġbir tal-VAT għandha tosserva dan il-prinċipju (sentenza Il-Kummissjoni vs L-Italja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 39).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Madankollu, l-ewwel nett, l-obbligu li jiġi żgurat ġbir effettiv tar-riżorsi tal-Unjoni ma jistax imur kontra l-osservanza tal-prinċipju ta’ żmien raġonevoli ta’ deċiżjoni, li, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundametali tal-Unjoni Ewropea, huwa impost fuq l-Istati Membri meta huma jimplementaw id-dritt tal-Unjoni u li l-protezzjoni tiegħu hija imposta wkoll bis-saħħa tal-Artikolu 6(1) tal-KEDB</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi enfasizzat li l-Artikolu 3(2a)(a) tad-Digriet-Liġi Nru 40/2010 jipprevdi l-għeluq tal-proċeduri fiskali biss li t-tul tagħhom wara l-preżentata tar-rikors fl-ewwel istanza huwa itwal minn għaxar snin fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-dispożizzjoni, u li dan huwa intiż, hekk kif jirriżulta mill-kliem tiegħu stess, sabiex jirrimedja għall-ksur tal-osservanza tat-terminu raġonevoli previst fl-Artikolu 6(1) tal-KEDB. Barra minn hekk mill-osservazzjonijiet ippreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-Artikolu 3(2a) tad-Digriet-Liġi Nru 40/2010 daħal fis-seħħ iktar minn erbatax-il sena wara t-terminu li fih setgħu jiġu ppreżentati rikorsi quddiem il-Commissione tributaria centrale, b’mod li l-proċeduri kollha li kienu għadhom pendenti quddiem din il-qorti kienu, fil-fatt laħqu tul ta’ itwal minn erbatax-il sena.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-fatti fil-kawża prinċipali, li jmorru lura għal xi tletin sena, juru li t-tul ta’ xi wħud minn dawn il-proċeduri kien saħansitra laħaq numru ta’ snin sinjifikattivament ogħla. Issa, tali tul tal-proċeduri jista’ <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT>, fih innifsu, jippreġudika l-osservanza tal-prinċipju ta’ żmien raġonevoli kif ukoll, barra minn hekk, jikser l-obbligu li jiġi żgurat ġbir effettiv tar-riżorsi tal-Unjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>It-tieni nett, jirriżulta li din il-miżura ma hijiex paragunabbli ma’ dawk inkwistjoni fil-kawża li tat lok għas-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Italja, iċċitata iktar ’il fuq. Fil-fatt, hekk kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punti 36 u 37 tal-konklużjonijiet tagħha, il-miżuri inkwistjoni f’din il-kawża ġew introdotti ftit taż-żmien wara l-iskadenza tat-termini mogħtija għall-ħlas tal-ammonti tal-VAT normalment dovuti u għaldaqstant kienu jippermettu lill-persuni taxxabbli kkonċernati jaħarbu minn kull kontroll tal-awtorità tat-taxxa. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li dawn kienu jikkostitwixxu rinunzja ġenerali u indifferenzjata għall-verifika tal-operazzjonijiet taxxabbli mwettqa matul numru ta’ perijodi ta’ tassazzjoni. Minn dak li ntqal fil-punti 24 u 25 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-miżura li tinsab fl-Artikolu 3(2a) tad-Digriet-Liġi Nru 40/2010 ma tikkostitwixxix rinunzja ġenerali għall-ġbir tal-VAT għal perijodu partikolari, iżda dispożizzjoni eċċezzjonali intiża sabiex jiġi osservat il-prinċipju ta’ terminu raġonevoli billi jingħalqu l-proċeduri l-iktar antiki pendenti quddiem il-qorti fiskali tat-tielet istanza, bil-konsegwenza li d-deċiżjoni tat-tieni istanza ġudizzjarja ssir <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minħabba n-natura selettiva u limitata tagħha, dovuta għall-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħha, tali miżura ma toħloqx differenzi sinjifikattivi fil-mod li bih huma ttrattati l-persuni taxxabbli fl-intier tagħhom u, għaldaqstant, ma tiksirx il-prinċipju ta’ newtralità fiskali.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Għaldaqstant hemm lok li r-risposta għad-domanda magħmula tkun li l-Artikolu 4(3) TUE u l-Artikoli 2 u 22 tas-Sitt Direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux l-applikazzjoni, fil-qasam tal-VAT, ta’ dispożizzjoni nazzjonali eċċezzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-għeluq awtomatiku tal-proċeduri pendenti quddiem il-qorti fiskali tat-tielet istanza, meta dawn il-proċeduri joriġinaw minn rikors ippreżentat fl-ewwel istanza iktar minn għaxar snin, u fil-prattika iktar minn erbatax-il sena, qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-dispożizzjoni u meta l-awtorità tat-taxxa tilfet quddiem l-ewwel żewġ istanzi ġudizzjarji, bil-konsegwenza li dan l-għeluq awtomatiku jwassal sabiex id-deċiżjoni tat-tieni istanza ġudizzjarja ssir <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> u l-kreditu fiskali mitlub mill-awtorità tat-taxxa jiġi estint.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 4(3) TUE u l-Artikoli 2 u 22 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux l-applikazzjoni, fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud, ta’ dispożizzjoni nazzjonali eċċezzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-għeluq awtomatiku tal-proċeduri pendenti quddiem il-qorti fiskali tat-tielet istanza, meta dawn il-proċeduri joriġinaw minn rikors ippreżentat fl-ewwel istanza iktar minn għaxar snin, u fil-prattika iktar minn erbatax-il sena, qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-dispożizzjoni u meta l-awtorità tat-taxxa tilfet quddiem l-ewwel żewġ istanzi ġudizzjarji, bil-konsegwenza li dan l-għeluq awtomatiku jwassal sabiex id-deċiżjoni tat-tieni istanza ġudizzjarja ssir <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> u l-kreditu fiskali mitlub mill-awtorità tat-taxxa jiġi estint.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>