|
22.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 280/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/515/PESK
tal-21 ta’ Ottubru 2013
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-25 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/638/PESK (1). |
|
(2) |
Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni 2010/638/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġu estiżi sas-27 ta’ Ottubru 2014. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni 2010/638/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 8 tad-Deċizjoni 2010/638/PESK, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-27 ta’ Ottubru 2014. Hija għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Hija tista’ tiġġedded jew tiġi emendata, kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) Deċiżjoni 2010/638/PESK tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 10).