|
19.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 14/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 34/2011
tat-18 ta’ Jannar 2011
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 288/2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-għajnuna Komunitarja għall-forniment ta’ frott u ħaxix, frott u ħaxix ipproċessat u prodotti tal-banana lit-tfal fl-istabbilimenti edukattivi, fil-qafas tal-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 103h(f) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 288/2009 (2) jistabbilixxi regoli dettaljati għall-Iskema Ewropea tal-Frott għall-Iskejjel stabbilita mill-Artikolu 103ga tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-ewwel sena tal-implimentazzjoni tal-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel u sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tagħha mill-Istati Membri, għandhom jiġu emendati għadd ta’ dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 288/2009. |
|
(2) |
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 288/2009 jistabbilixxi regoli dwar l-għajnuna għall-forniment ta’ frott u ħaxix, frott u ħaxix ipproċessat u prodotti tal-banana lit-tfal fil-qafas tal-iskema tal-frott għall-iskejjel, fosthom regoli dwar l-allokazzjoni tal-għajnuna u l-allokazzjoni mill-ġdid tagħha. Sabiex l-Istati Membri jkunu megħjuna jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom għall-għajnuna u sabiex ikun żgurat li ma jkun hemm ebda dubji dwar l-ammont tal-għajnuna li għalih tkun intbagħtet l-applikazzjoni, l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-applikazzjoni għall-għajnuna flimkien mal-istrateġija tagħhom billi jużaw formola preċiża. |
|
(3) |
Fl-ebda ċirkustanza t-taxxa fuq il-valur miżjud ma tista’ titqies bħala nefqa eliġibbli għall-għajnuna tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 103ga tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Minħabba li hemm bżonn ta’ regoli ċari dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa għall-għanijiet tal-ġestjoni finanzjarja u tal-kontroll, ir-regoli dwar l-ispejjeż eliġibbli fil-qafas tal-iskema tal-frott għall-iskejjel għandhom jiġu ċċarati f’dan ir-rigward. |
|
(4) |
L-Artikolu 5(1)(b)(ii) u (iii) tar-Regolament (KE) Nru 288/2009 fih dispożizzjonijiet dwar l-eliġibbiltà tal-ispejjeż marbutin mal-monitoraġġ, mal-evalwazzjoni u mal-komunikazzjoni rispettivament. L-Artikolu 7 fih dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet ġenerali għall-approvazzjoni tal-applikanti għall-għajnuna. Sabiex tkun żgurata implimentazzjoni iktar flessibbli tal-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel, l-Artikolu 7 għandu jiġi emendat, sabiex ikun żgurat li s-servizzi marbutin mal-monitoraġġ, mal-evalwazzjoni u mal-komunikazzjoni jkunu jistgħu jingħataw minn applikanti għall-għajnuna li ma jużawx jew ma jwasslux huma stess il-prodotti ffinanzjati mill-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel. |
|
(5) |
L-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 288/2009 fih dispożizzjonijiet dwar l-użu ta’ kartellun dwar “l-Iskema Ewropea tal-Frott għall-Iskejjel”. Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, ir-referenzi għall-“Komunità Ewropea” għandhom jinbidlu b’referenzi għall-“Unjoni Ewropea”. Fl-istess ħin, l-Istati Membri għandhom jitħallew ikomplu jużaw il-kartelluni u l-mezzi l-oħrajn tat-tagħrif li jkunu saru qabel għal perjodu raġonevoli taż-żmien. |
|
(6) |
Il-miżuri li dwarhom hemm dispożizzjoni f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 288/2009 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 4(1) għandu jinbidel b’dan li ġej: “1. L-Istati Membri li jistabbilixxu Skema tal-Frott għall-Iskejjel jistgħu japplikaw għall-għajnuna msemmija fl-Artikolu 103ga tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għal perjodu wieħed jew aktar li jibda fl-1 ta’ Awwissu u jintemm fil-31 ta’ Lulju, billi, sal-31 ta’ Jannar tas-sena meta jibda l-ewwel perjodu, jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-istrateġija tagħhom. L-istrateġija għandu jkollha magħha l-applikazzjoni għall-għajnuna mfassla skont il-mudell mogħti fl-Anness IIa, anke meta l-istrateġija tkun tkopri iktar minn sena waħda.”; |
|
(2) |
Fl-Artikolu 5(1), il-frażi tal-bidu għandha tinbidel b’dan li ġej: “L-ispejjeż li ġejjin huma eliġibbli għall-għajnuna tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 103ga tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, minbarra t-taxxa fuq il-valur miżjud (il-VAT):”; |
|
(3) |
Fl-Artikolu 6(2)(e), il-punt (ii) għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(4) |
Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 7 għandu jiddaħħal il-punt ġdid (aa) li ġej:
|
|
(5) |
L-Artikolu 10(1) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(6) |
L-Artikolu 14 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 14 Il-kartellun dwar “l-Iskema Ewropea tal-Frott għall-Iskejjel” 1. L-Istati Membri li jkunu qed jieħdu sehem fl-“Iskema Ewropea tal-Frott għall-Iskejjel” għandhom jgħarrfu lill-pubbliku li l-iskema rċeviet għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri jistgħu jużaw kartellun, magħmul skont ir-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Anness III, li għandu jitqiegħed b’mod permanenti f’post fejn ikun jidher u fejn ikun jista’ jinqara biċ-ċar fid-daħla prinċipali tal-istabbiliment edukattiv li jkun qed jieħu sehem fl-iskema. 2. F’każ li l-Istati Membri jiddeċiedu li ma jużawx il-kartellun imsemmi fil-paragrafu 1, fl-istrateġija tagħhom għandhom jispjegaw b’mod ċar kif se jgħarrfu lill-pubbliku dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni Ewropea fl-iskema tagħhom. Fi kwalunkwe każ, is-siti tal-internet u kwalunkwe strument ieħor tat-tagħrif jew għar-riklamar dwar l-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel ta’ Stat Membru għandhom juru l-bandiera Ewropea u jsemmu “l-Iskema Ewropea tal-Frott għall-Iskejjel” u l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni Ewropea. 3. Referenzi għall-kontribuzzjoni finanzjarja li tkun tat l-Unjoni Ewropea għandu jkollhom tal-anqas l-istess viżibbiltà bħall-kontribuzzjonijiet minn entitajiet privati jew pubbliċi oħrajn li jkunu qed jappoġġaw l-iskema tal-Istat Membru. 4. L-Istati Membri jistgħu jkomplu jużaw il-kartelluni u l-mezzi l-oħrajn tat-tagħrif stampati qabel il-31 ta’ Jannar 2011 abbażi tal-leġiżlazzjoni li kienet tapplika meta saru sal-31 ta’ Awwissu 2012.”; |
|
(7) |
L-Artikolu 15 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(8) |
Għandu jiddaħħal Anness ġdid – l-Anness IIa, mogħti fl-Anness għal dan ir-Regolament; |
|
(9) |
Fl-Anness III, l-aħħar inċiż għandu jinbidel b’dan li ġej: “ ‘[It-tip ta’ stabbiliment edukattiv tagħna (pereżempju skola tat-trabi/skola ta’ qabel l-iskola primarja/skola)] jieħu sehem fl-“Iskema Ewropea tal-Frott għall-Iskejjel” bl-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni Ewropea.’ Il-kartellun għandu jkollu l-emblema tal-Unjoni Ewropea.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Jannar 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
“ANNESS IIa
Applikazzjoni għall-għajnuna li għandha titressaq mill-Istati Membri kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)
|
|
Stat Membru |
|
|
|
|
Sena skolastika |
|
|
|
|
Allokazzjoni indikattiva tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 4(3) u fl-Anness II, mogħtija f’Euro |
|
|
|
Mistoqsija Nru 1 |
Il-possibbiltà li jintuża ammont ikbar mill-allokazzjoni indikattiva msemmija fl-Artikolu 4(3) u fl-Anness II |
Iva |
Le |
|
Mistoqsija Nru 2 |
Jekk weġibt ‘Le’ għall-Mistoqsija Nru 1, l-allokazzjoni mitluba, f’Euro |
(f’ċifri) |
(fi kliem) |
|
Mistoqsija Nru 3 |
Jekk weġibt ‘Iva’ għall-Mistoqsija Nru 1, l-ammont massimu tal-allokazzjoni addizzjonali mitluba, f’Euro (minbarra l-allokazzjoni indikattiva) |
(f’ċifri) |
(fi kliem)” |