|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5141 |
28.10.2025 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Prattika tajba għad-djalogu ċivili tal-UE fid-dawl tal-proċessi parteċipattivi
(opinjoni fuq inizjattiva proprja)
(C/2025/5141)
Relatur:
Arnaud SCHWARTZ|
Konsulenti |
Matteo VESPA (konsulent għar-relatur, Grupp III) Ruairí FITZGERALD (konsulent, Grupp II) |
|
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
19.9.2024 |
|
Bażi legali |
Artikolu 52(2) tar-Regoli ta’ Proċedura |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
27.6.2025 |
|
Adozzjoni fis-sessjoni plenarja |
16.7.2025 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
598 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
183/3/5 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
L-isforzi bla heda tas-soċjetà civili biex tippromovi l-involviment taċ-ċittadini u ċ-ċittadinanza attiva, trawwem id-djalogu ċivili, tippromovi d-drittijiet tal-bniedem u tippromovi prattiki demokratiċi, huma kontribut imprezzabbli li jikkontribwixxu għas-saħħa, ir-reżiljenza u l-leġittimità tal-UE (1). |
|
1.2. |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) juri li r-rwol speċifiku tal-organizzazzjonijiet tal-imsieħba soċjali għandu jiġi rikonoxxut u rispettat bis-sħiħ fl-istrutturi u l-proċessi tad-djalogu soċjali, u fl-istess waqt jirrikonoxxi li d-djalogu ċivili, li jinvolvi sett usa’ ta’ partijiet ikkonċernati fuq firxa usa’ ta’ suġġetti, huwa proċess separat. Din id-distinzjoni għandha ssir ukoll fl-appoġġ għall-bini tal-kapaċitajiet għall-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili usa’ (2). |
|
1.3. |
F’kuntest ta’ kriżijiet ġeopolitiċi, ekonomiċi, soċjali u ekoloġiċi evidenti, minbarra l-isfidi diġitali, il-KESE jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jaġixxu fuq il-proposti preċedenti tal-KESE dwar id-djalogu soċjali u d-djalogu ċivili u jinvolvu liċ-ċittadini individwali fid-demokrazija b’mod ġenerali. |
|
1.4. |
Barra minn hekk, il-KESE jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jieħdu vantaġġ mill-elementi komplementari li d-djalogu ċivili joffri, kif deskritti f’din l-Opinjoni fuq inizjattiva proprja. |
|
1.5. |
Abbażi tal-impenn tal-Kummissjoni Ewropea li żżid l-involviment tagħha mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-KESE beħsiebu jaħdem mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea dwar il-ħolqien, il-governanza u l-operat regolari ta’ pjattaforma tas-soċjetà ċivili. |
|
1.6. |
F’dan ir-rigward, il-KESE, bħala l-korp konsultattiv tal-UE bbażat fuq it-Trattat u magħmul minn rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet ta’ min ħaddem, tal-ħaddiema u tas-soċjetà ċivili u d-dar tas-soċjetà ċivili organizzata, jipproponi li jospita din il-pjattaforma. Inħoloq grupp ad hoc iddedikat magħmul minn membri tal-KESE biex ikompli jiżviluppa l-involviment tal-KESE mal-pjattaforma. |
|
1.7. |
Bl-appoġġ tal-istituzzjonijiet tal-UE, il-KESE jista’ jaġixxi wkoll bħala ċentru u kustodju għall-parteċipazzjoni pubblika u organizzata tas-soċjetà ċivili, billi jimmultiplika l-effett tal-konsultazzjonijiet li jsiru mill-Kummissjoni u istituzzjonijiet oħra u jiġbor b’mod sistematiku kontribut dwar l-Opinjonijiet tiegħu mill-membri tiegħu u mis-soċjetà ċivili organizzata Ewropea b’mod aktar ġenerali dwar prijoritajiet u politiki ewlenin fuq l-aġenda politika Ewropea (3). |
|
1.8. |
Barra minn hekk, il-KESE jenfasizza li l-proposti tiegħu jibnu fuq it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u r-rapport finali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa tad-9 ta’ Mejju 2022 li jitlob b’mod espliċitu li jissaħħaħ ir-rwol istituzzjonali tal-KESE u li dan jingħata s-setgħa bħala faċilitatur tal-attivitajiet tad-demokrazija parteċipattiva, bħad-djalogu strutturat mas-soċjetà ċivili. |
2. Kummenti ġenerali
|
2.1. |
Is-soċjetà ċivili organizzata għandha rwol ewlieni x’taqdi biex tiffaċilita l-parteċipazzjoni u tesprimi l-aspirazzjonijiet tal-firxa sħiħa u diversa ta’ individwi u gruppi tas-soċjetà fit-teħid ta’ deċiżjonijiet demokratiċi. Il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili hija komponent kruċjali tad-demokrazija Ewropea, kemm bħala prerekwiżit għal-leġittimità tal-politiki tal-UE kif ukoll bħala għodda biex jiġi żgurat li l-politiki u l-liġijiet imfassla fil-livell Ewropew jirrispondu għas-sitwazzjonijiet u l-ħtiġijiet ta’ kull persuna milquta minn dawn il-politiki. Id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet u s-soċjetà ċivili huwa għodda ewlenija biex tinbena l-fiduċja tan-nies fid-demokrazija. |
|
2.2. |
Bħala korp konsultattiv b’mandat mit-TFUE (4), il-KESE għandu għarfien espert speċifiku u jikkostitwixxi forum uniku u permanenti għad-djalogu ċivili, fejn jitressqu soluzzjonijiet ibbażati fuq kunsens bejn ir-rappreżentanti tal-impjegaturi, il-ħaddiema u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili oħrajn (5). Il-membri tiegħu għandhom mandati mill-organizzazzjonijiet (6) rispettivi tagħhom u jirrappreżentaw madwar 90 miljun persuna minn kull qasam tal-ħajja. |
|
2.3. |
Għal għexieren ta’ snin il-KESE kkontribwixxa għall-evoluzzjoni tad-djalogu ċivili (7), li sussegwentement ġie inkluż fl-Artikolu 11(1) u (2) tat-Trattat ta’ Liżbona. Reċentement, il-KESE nnota (8) li Civil Society Europe appellat għal bidla lejn qafas ta’ djalogu ċivili tal-UE aktar formalizzat u strutturat (9). |
|
2.4. |
Il-KESE talab ukoll lill-istituzzjonijiet tal-UE jieħdu t-tmexxija fl-iżvilupp ta’ strateġija għas-soċjetà ċivili, bi pjan ta’ azzjoni ċar (10). Fuq talba tal-Presidenza Belġjana, il-KESE reċentement esplora kif jista’ jissaħħaħ id-djalogu ċivili, inkluż liema elementi jistgħu jiġu inklużi f’qafas biex isir aktar favorevoli għall-parteċipazzjoni diretta taċ-ċittadini u d-djalogu ma’ korpi intermedji, kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f’dak tal-Istati Membri (11). |
|
2.5. |
B’segwitu għall-ħidma preċedenti tal-KESE dwar dan is-suġġett (12), din l-Opinjoni tiddeskrivi l-karatteristiċi ewlenin ta’ qafas li jiffaċilita aktar id-djalogu ċivili fil-livell tal-UE bbażat fuq it-TFUE u l-prattika tajba. |
3. L-għan tad-djalogu ċivili
|
3.1. |
Id-djalogu ċivili għandu jkun interazzjoni permanenti, strutturata, ugwali u sinifikanti bejn l-istituzzjonijiet u s-soċjetà ċivili organizzata, maħsuba biex tiġġenera politiki adegwati li mbagħad jiġu implimentati u evalwati. |
|
3.2. |
Waqt li jibni fuq ir-rakkomandazzjonijiet mill-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, ir-rwol speċjali tal-KESE bħala l-gwardjan istituzzjonali tal-proċeduri ta’ konsultazzjoni tas-soċjetà ċivili u d-djalogu ċivili b’mod ġenerali jeħtieġ li jiġi enfasizzat u mtejjeb, kif iddikjarat fl-Opinjoni tiegħu dwar il-panels taċ-ċittadini (13). |
|
3.3. |
Id-djalogu ċivili għandu jkun inklużiv, trasparenti u orjentat lejn ir-riżultati, u jippermetti skambju sostantiv ta’ informazzjoni, għarfien espert u esperjenza, kif ukoll jipprovdi lok għal feedback. Jinvolvi l-ħolqien konġunt ta’ soluzzjonijiet u sħubijiet fit-tul bejn l-awtoritajiet pubbliċi u s-soċjetà ċivili organizzata. Dan id-djalogu għandu jsir fil-livelli kollha u fl-istadji kollha taċ-ċiklu tat-teħid tad-deċiżjonijiet politiċi, mit-twaqqif tal-aġenda sat-tfassil tal-pożizzjonijiet u l-prijoritajiet, sal-evalwazzjoni. Id-djalogu ċivili għandu jiżgura li d-deċiżjonijiet ta’ politika jqisu l-ħtiġijiet ta’ dawk affettwati minn dawn id-deċiżjonijiet, b’mod partikolari l-gruppi f’sitwazzjonijiet vulnerabbli u dawk l-aktar emarġinati, waqt li jiżgura l-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċess tat-tfassil tal-politika u l-effettività tal-miżuri adottati. |
|
3.4. |
Id-djalogu ċivili fil-livell tal-UE għandu dejjem jinvolvi lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell tal-UE. Il-KESE stabbilixxa il-Grupp ta’ Kuntatt fl-2004 — u dan kien ta’ eżempju fost il-korpi tal-UE — biex jipprovdi qafas għad-djalogu u l-kooperazzjoni bejn il-KESE u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u n-networks Ewropej. Il-Grupp jikkoordina magħhom dwar kwistjonijiet trażversali ta’ interess komuni. Dan jipprovdi lill-organizzazzjonijiet umbrella tas-soċjetà ċivili (14) bi struttura istituzzjonali unika, li tippermetti d-djalogu ċivili tippromovi d-demokrazija parteċipattiva. Permezz tiegħu, is-soċjetà ċivili organizzata li tipparteċipa fil-Grupp ta’ Kuntatt tkun tista’ tiddiskuti u tinfluwenza l-aġenda tal-UE u l-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet (kif previst fl-Artikolu 11 tat-TUE) (15). |
|
3.5. |
L-istituzzjonijiet tal-UE għandhom obbligu legali li jimplimentaw l-Artikolu 11 tat-TUE b’mod kontinwu u effettiv fil-livell tal-UE (16), kif enfasizzat ukoll fid-dokument ta’ riflessjoni reċenti tal-Grupp ta’ Kuntatt dwar Strateġija Ewropea għas-soċjetà ċivili (17). L-Artikolu 11 tat-TUE jobbliga legalment lill-istituzzjonijiet tal-UE jżommu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mal-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u mas-soċjetà ċivili. Madankollu, hemm nuqqas ta’ linji gwida dwar kif is-soċjetà ċivili tista’ tinvolvi ruħha f’dan id-djalogu sinifikanti mal-istituzzjonijiet tal-UE (18). |
|
3.6. |
Il-KESE jemmen li huwa essenzjali li jiġu applikati ċerti standards fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE sabiex l-Artikolu 11 tat-TUE jsir effettiv. Dan għandu jkopri kwistjonijiet bħat-tifsira tad-djalogu ċivili, attivitajiet orjentati lejn ir-riżultati u li huma regolari u fiż-żmien adatt, il-kondiviżjoni tal-aġenda u l-prijoritajiet tal-politika, inklużi l-gruppi vulnerabbli, u l-feedback u l-eżiti. Il-KESE jenfasizza li din l-istrateġija għandha potenzjal reali li ttejjeb l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ politika Ewropea fil-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini. Barra minn hekk, it-titjib fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 11 tat-TUE, b’mod li jsaħħaħ l-involviment tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-proċess tat-tfassil tal-politika tal-UE, flimkien mat-tisħiħ tar-rwol tal-KESE, iwasslu għal politiki aktar immirati u effettivi (19). |
|
3.7. |
Il-parteċipanti fid-djalogu ċivili għandhom ikunu rappreżentanti delegati mis-soċjetà ċivili organizzata. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili nazzjonali u reġjonali storikament organizzaw lilhom infushom f’networks u organizzazzjonijiet umbrella tal-UE ibbażati fuq is-sħubija biex jinteraġixxu mal-istituzzjonijiet tal-UE. Il-Parlament Ewropew, u mbagħad il-Kummissjoni Ewropea permezz tal-programmi ta’ finanzjament differenti, appoġġjaw din il-kooperazzjoni transnazzjonali biex jiżguraw parteċipazzjoni demokratika u governanza msaħħa, jgħinu biex jitnaqqas id-distakk bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet tal-UE, u jibbilanċjaw l-interessi privati. |
|
3.8. |
Id-djalogu ċivili ma jeskludix il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili organizzata f’forums ta’ konsultazzjoni u ta’ tfassil tal-politika flimkien ma’ atturi importanti oħra, bħal gruppi ta’ riflessjoni, istituti ta’ riċerka u organizzazzjonijiet oħra tal-partijiet ikkonċernati. Dan għandu jikkomplementa aktar milli jissostitwixxi l-prattiki attwali ta’ involviment tal-partijiet ikkonċernati stabbiliti fil-qafas ta’ Regolamentazzjoni Aħjar, u għandu jipprovdi kontribut biex jittejbu t-trasparenza, il-feedback u s-segwitu. |
|
3.9. |
F’dan il-kuntest, il-KESE jtenni s-sejħa tiegħu (20) għal strateġija komprensiva għad-djalogu ċivili, li twassal għal pjan ta’ azzjoni. Fl-Opinjoni tiegħu dwar It-tisħiħ tad-djalogu ċivili u d-demokrazija parteċipattiva fl-UE: it-triq ’il quddiem, huwa ppropona li l-istrateġija tinkludi pilastru bħala parti mill-Pakkett Ewropew dwar id-Difiża tad-Demokrazija. Din it-talba tibqa’ valida u għandha tiġi inkluża fil-proposta li jmiss għal tarka Ewropea għad-demokrazija. Barra minn hekk, l-istrateġija tista’ tfittex li tikseb ftehim interistituzzjonali fost l-istituzzjonijiet tal-UE li jistabbilixxi azzjonijiet u r-riżorsi relatati li għandhom jintużaw, kif mitlub mill-Grupp III tal-KESE u għadd ta’ networks, organizzazzjonijiet u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili (21). Il-KESE jista’ jiffaċilita dan kollu, u jinvolvi lin-networks tas-soċjetà ċivili fil-livell tal-UE. L-istrateġija tkun l-ewwel pass fit-tisħiħ tar-rwol tas-soċjetà ċivili u l-iżvilupp ulterjuri ta’ djalogu ċivili (22). |
|
3.10. |
Il-KESE jinnota li l-Kummissjoni impenjat ruħha li żżid l-involviment mas-soċjetà ċivili dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u kwistjonijiet relatati u tibni pjattaforma tas-soċjetà ċivili biex tappoġġja djalogu ċivili aktar sistematiku u taħdem biex issaħħaħ il-protezzjoni tas-soċjetà ċivili, l-attivisti u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-ħidma tagħhom (23). |
|
3.11. |
Bħala l-korp konsultattiv tal-UE b’mandat mit-Trattati, magħmul minn rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, tal-ħaddiema u ta’ organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili, il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħmlu l-istituzzjoni ospitanti li tiffaċilita l-istabbiliment, l-operat u l-governanza tal-pjattaforma tas-soċjetà ċivili, u li tappoġġjaha b’riżorsi addizzjonali adatti għal dan l-għan. |
|
3.12. |
Kif iddikjarat qabel mill-KESE, ir-rwol speċifiku tal-organizzazzjonijiet tal-imsieħba soċjali għandu jiġi rikonoxxut, rispettat u promoss bis-sħiħ fl-istrutturi u l-proċessi tad-djalogu soċjali, u fl-istess waqt jiġi rikonoxxut li d-djalogu ċivili, li jinvolvi sett usa’ ta’ partijiet ikkonċernati fuq firxa usa’ ta’ suġġetti, huwa proċess separat (24). Id-diskussjonijiet u kwalunkwe azzjoni dwar id-djalogu ċivili, inkluża pjattaforma tas-soċjetà ċivili, ma għandhomx idgħajfu, jaffettwaw jew jinterferixxu mad-djalogu soċjali jew mar-rwol u l-prerogattivi tal-imsieħba soċjali, kif definiti mit-Trattati. Id-djalogu soċjali għandu jissaħħaħ u mhux jiddgħajjef. |
4. Inwittu t-triq għal qafas li jwassal aktar għad-djalogu ċivili fil-livell tal-UE
|
4.1. |
Il-qafas ta’ djalogu ċivili eżistenti tal-UE ġie identifikat (25) bħala li jinkludi kemm id-dimensjoni “vertikali” (djalogu ċivili speċifiku għas-settur bejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-imsieħba tagħhom fi ħdan l-awtoritajiet leġiżlattivi u eżekuttivi dwar politiki speċifiċi) kif ukoll id-dimensjoni “trasversali” (djalogu strutturat u regolari bejn l-istituzzjonijiet tal-UE jew il-kontropartijiet nazzjonali tagħhom u s-soċjetà ċivili dwar l-iżvilupp tal-UE u l-politiki trasversali tagħha). Id-djalogu ċivili tal-UE jikkonċerna kemm oqsma ta’ politika speċifiċi u politika ġenerali kif ukoll linji gwida politiċi, bħall-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-Kummissjoni Ewropea). |
|
4.2. |
F’dan ir-rigward, u bl-għan li jiġu megħjuna joħolqu, flimkien mas-soċjetà ċivili organizzata, qafas Ewropew li jiffavorixxi aktar id-djalogu ċivili fil-livell tal-UE, il-KESE jiġbed l-attenzjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE għall-prattika tajba nazzjonali li ġejja, u jenfasizza l-proċessi parteċipattivi ta’ suċċess: |
|
4.2.1. |
Fi Franza, il-Kummissjoni Nazzjonali għad-Dibattitu Pubbliku (CNDP) (26) hija awtorità indipendenti li tissalvagwardja d-dritt tal-pubbliku għall-informazzjoni u l-parteċipazzjoni fl-iżvilupp ta’ proġetti u politiki pubbliċi li għandhom impatt ambjentali. L-intervent tagħha mill-iktar stadji bikrin, fejn tistaqsi mhux biss dwar il-“kif” iżda wkoll dwar l-“għaliex”, jippermetti li d-deċiżjonijiet jiġu influwenzati. |
|
4.2.2. |
Fl-Italja, l-Artikolu 118 tal-Kostituzzjoni Taljana jħaddan id-dritt taċ-ċittadini għal inizjattiva awtonoma fl-interess ġenerali, fuq l-istess livell tal-istituzzjonijiet pubbliċi. Dan il-prinċipju tas-sussidjarjetà huwa rifless fir-regolamenti lokali dwar l-amministrazzjoni kondiviża, għalkemm l-applikazzjoni tiegħu għadha kumplessa u soġġetta għal interpretazzjonijiet varjabbli (27). |
|
4.2.3. |
Fl-Irlanda, il-Kunsill Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali (NESC) (28) janalizza u jirrapporta lill-gvern “dwar kwistjonijiet ta’ politika strateġika relatati mal-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli”. Il-Kunsill Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali għandu ħames pilastri ta’ “sħubija soċjali”: trade unions, organizzazzjonijiet tan-negozju u ta’ min iħaddem, organizzazzjonijiet agrikoli u tal-biedja, is-settur komunitarju u volontarju, u l-pilastru ambjentali. |
|
4.2.4. |
Fil-Latvja, id-djalogu ċivili huwa strutturat abbażi ta’ Memorandum ta’ Kooperazzjoni (29) li ġie ffirmat fl-2005 bejn il-gvern u aktar minn 500 organizzazzjoni. Id-djalogu ċivili issa qed jibda jaqdi rwol ewlieni ta’ koordinazzjoni, bi gruppi ta’ ħidma, opportunitajiet ta’ arbitraġġ u portal iddedikat għad-deċiżjonijiet pubbliċi. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jipparteċipaw ukoll f’forum parlamentari annwali, f’jiem għall-pubbliku u fit-tħejjija tar-rapport dwar l-affarijiet barranin u Ewropej. Id-dokumenti kollha huma disponibbli online u l-laqgħat spiss isiru b’mod ibridu biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni mir-reġjuni. |
|
4.2.5. |
Fin-Netherlands (30), il-Kunsill dwar il-Klima huwa l-korp konsultattiv li kien responsabbli għall-iżvilupp tal-Ftehim Nazzjonali dwar il-Klima fl-2018-2019. Dan laqqa’ flimkien rappreżentanti mis-setturi ekonomiċi, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali taħt it-tmexxija tal-gvern. Il-Ftehim, ippreżentat fl-2019, jissottolinja l-irriversibbiltà tat-tranżizzjoni tal-enerġija u l-ħtieġa għal impenn politiku qawwi. |
|
4.2.6. |
Fl-Iżvezja (31), il-kooperazzjoni bejn il-gvern u s-soċjetà ċivili hija strutturata madwar pjattaformi ta’ djalogu u sħubijiet strateġiċi mmirati lejn it-tisħiħ tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fit-tfassil tal-politika pubblika. Jeżisti rwol b’saħħtu fit-tħejjija għall-kriżijiet mil-livell individwali, sa dak lokali u nazzjonali. |
5. Organizzazzjoni f’kull istituzzjoni tal-UE
|
5.1. |
Ir-rwol konsultattiv tal-KESE jippermetti lis-soċjetà ċivili Ewropea tipparteċipa fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Unjoni Ewropea, u b’hekk jappoġġja l-idea Ewropea u jgħin biex tiżdied il-fiduċja tal-pubbliku fl-Ewropa (32). |
|
5.2. |
Id-djalogu ċivili għandu jiġi organizzat mat-tliet istituzzjonijiet ewlenin tal-UE skont l-istrutturi u l-għanijiet rispettivi tagħhom. Hawn taħt hawn uħud mill-miżuri li jistgħu jittieħdu. |
|
5.3. |
Il-Parlament Ewropew — minbarra l-ħatra ta’ viċi president bil-kompitu li jorganizza djalogu strutturat mas-soċjetà ċivili, jistgħu jiġu stabbiliti punti fokali għad-djalogu ċivili fis-segretarjat ta’ kull Kumitat Parlamentari, inkluż djalogu annwali mal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi f’dawn il-Kumitati u djalogu annwali mas-soċjetà ċivili organizzata dwar kwistjonijiet ewlenin diskussi fil-Parlament, li jappoġġjaw l-interazzjoni bejn ir-rapporteurs u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. |
|
5.4. |
Il-Kummissjoni Ewropea — għandu jiġi stabbilit dan li ġej: linji gwida għad-djalogu ċivili fi ħdan id-direttorati ġenerali differenti; grupp interservizzi dwar id-djalogu ċivili ma’ membri minn DĠs differenti; korsijiet ta’ taħriġ dwar id-djalogu ċivili; u, kif propost qabel, pjattaforma tas-soċjetà ċivili ospitata mill-KESE. F’dan ir-rigward, f’April 2025, il-Bureau tal-KESE ddeċieda li jwaqqaf grupp ta’ membri tal-KESE ddedikat biex ikompli jiżviluppa l-involviment tal-KESE mal-pjattaforma. |
|
5.5. |
Il-Kunsill — Il-Kunsill għandu jirrevedi kif jorganizza konsultazzjonijiet sistematiċi mas-soċjetà ċivili organizzata dwar il-ħidma leġiżlattiva u politika tiegħu. Dawn il-konsultazzjonijiet jistgħu jsiru billi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-grupp ta’ ħidma tiegħu. Barra minn hekk, il-presidenzi b’rotazzjoni tal-Kunsill jistgħu jorganizzaw laqgħat mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rigward il-prijoritajiet tal-presidenzi (33). |
6. Id-djalogu ċivili u l-KESE
|
6.1. |
Il-KESE, bħala korp konsultattiv magħmul minn rappreżentanti ta’ min iħaddem, il-ħaddiema u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili oħra li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili, huwa attur ewlieni fis-salvagwardja u l-promozzjoni tad-djalogu ċivili. |
|
6.2. |
Il-prattiki attwali għall-involviment tas-soċjetà ċivili tal-UE fil-ħidma tal-KESE se jkomplu, b’mod partikolari l-Grupp ta’ Kuntatt, l-organizzazzjoni ta’ seduti ta’ smigħ mas-soċjetà ċivili organizzata, il-kontributi għall-abbozzar tal-Opinjonijiet tal-KESE, it-Test taż-Żgħażagħ, l-istedina lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jitkellmu fis-sessjonijiet plenarji, u l-Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili annwali. |
|
6.3. |
Bħala segwitu għall-Pjan Direzzjonali adottat mill-Forum tal-NGOs f’Riga fl-2015, fl-2018 il-Grupp ta’ Kuntatt tal-KESE fassal pjan ta’ azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 11(1) u 11(2) tat-Trattat. Waħda mill-proposti kienet l-istabbiliment ta’ Osservatorju Ewropew dwar id-Djalogu Ċivili. Il-KESE jieħu nota ta’ din it-talba (34). |
|
6.4. |
Fl-aħħar nett, il-KESE jtenni t-talba li għamel fl-Opinjoni tiegħu dwar It-tisħiħ tad-djalogu ċivili u d-demokrazija parteċipattiva fl-UE: it-triq ’il quddiem għal strateġija għad-djalogu ċivili li twassal għal pjan ta’ azzjoni li jista’ jinkludi pilastru bħala parti mill-proposta għal tarka Ewropea għad-demokrazija. |
Brussell, is-16 ta’ Lulju 2025.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Oliver RÖPKE
(1) Il-kontribut tal-KESE għall-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għall-2025: https://www.eesc.europa.eu/en/documents/resolution/european-economic-and-social-committee-contribution-2025-european-commission-work-programme-all-languages.
(2) Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tad-djalogu soċjali fl-Unjoni Ewropea” (COM(2023) 38 final — 2023/0012 (NLE)) u dwar il-“Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Insaħħu d-djalogu soċjali fl-Unjoni Ewropea: nisfruttaw il-potenzjal kollu tiegħu biex niksbu tranżizzjonijiet ġusti” (COM(2023) 40 final) ( ĠU C 228, 29.6.2023, p. 87), punt 1.7.
(3) Grupp ta’ Kuntatt tal-KESE, Dokument ta’ Riflessjoni taċ-Ċiklu ta’ Djalogu 2024 dwar A European Strategy for Civil Society (Strateġija Ewropea għas-Soċjetà Ċivili, mhux disponibbli bil-Malti): https://www.eesc.europa.eu/sites/default/files/2025-01/reflection_paper_on_a_european_strategy_for_civil_society_fin_eesc-2024-04653-00-00-info-edi.pdf.
(4) Artikolu 300-304 tat-TFUE.
(5) Artikolu 300(2) tat-TFUE.
(6) ĠU C 349, 29.9.2023, punt 4.5 u Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “It-tisħiħ tad-djalogu ċivili u d-demokrazija parteċipattiva fl-UE: it-triq ’il quddiem” (opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Belġjana) ( ĠU C, C/2024/2481, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2481/oj), punt 1.8.
(7) Kompendju 2020 tal-KESE dwar id-demokrazija parteċipattiva [mhux disponibbli bil-Malti]: https://www.eesc.europa.eu/en/our-work/publications-other-work/publications/participatory-democracy-success-story-written-eesc.
(8) ĠU C, C/2024/2481, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2481/oj, punt 3.8.
(9) Ittra miftuħa minn Civil Society Europe lill-President tal-Kummissjoni Ewropea, 2022: https://www.eesc.europa.eu/en/our-work/publications-other-work/publications/participatory-democracy-success-story-written-eesc. Dan ma jinkludix l-imsieħba soċjali.
(10) Il-kontribut tal-KESE għall-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għall-2025, punt 6.7: https://www.eesc.europa.eu/en/documents/resolution/european-economic-and-social-committee-contribution-2025-european-commission-work-programme-all-languages.
(11) ĠU C, C/2024/2481, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2481/oj.
(12) B’mod partikolari ĠU C, C/2024/2481, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2481/oj, Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew — Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar id-Difiża tad-Demokrazija (COM(2023) 630 final) — Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1024/2012 u (UE) 2018/1724 fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti stabbiliti mid-Direttiva (UE) XXXX/XXXX (COM(2023) 636 final) — Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi rekwiżiti armonizzati fis-suq intern dwar it-trasparenza tar-rappreżentanza tal-interessi mwettqa f’isem pajjiżi terzi u li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 (COM(2023) 637 final) ( ĠU C, C/2024/4061, 12.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4061/oj, ĠU C 349, 29.9.2023, p. 69), ĠU C 228, 29.6.2023, p. 87.
(13) Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Kif nistgħu nidħlu f’kuntatt mal-pubbliku destinatarju u nużaw b’mod effettiv ir-riżultati tal-ħidma tal-panels taċ-ċittadini?” (opinjoni fuq inizjattiva proprja) (ĠU C 349, 29.9.2023, p. 69), u Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew — L-iżbilanċi fil-protezzjoni soċjali b’mod ġenerali u għall-forom ġodda ta’ xogħol u l-ħaddiema atipiċi b’mod speċifiku (opinjoni fuq inizjattiva proprja) ( ĠU C, C/2025/106, 10.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/106/oj), punt 5.9.
(14) Dan ma jinkludix lill-organizzazzjonijiet tal-imsieħba soċjali Ewropej: Civil society organisations/Sociétés civiles organisées, KESE : https://www.eesc.europa.eu/en/sections-other-bodies/other/liaison-group/organisation/civil-society-organisations-societes-civiles-organisees.
(15) ĠU C, C/2024/2481, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2481/oj, punt 2.4.
(16) ĠU C, C/2024/2481, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2481/oj, punt 5.3.
(17) https://www.eesc.europa.eu/mt/news-media/news/civil-society-organisations-call-eu-civil-society-strategy.
(18) Grupp ta’ Kuntatt, Dokument ta’ Riflessjoni taċ-Ċiklu ta’ Djalogu 2024 dwar A European Strategy for Civil Society (Strateġija Ewropea għas-Soċjetà Ċivili, mhux disponibbli bil-Malti).
(19) ĠU C, C/2024/2481, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2481/oj, punt 1.9.
(20) ĠU C, C/2024/2481, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2481/oj, punt 1.5.
(21) https://www.eesc.europa.eu/sites/default/files/2024-01/OpenLetter_EN_updated.pdf [mhux disponibbli bil-Malti].
(22) ĠU C, C/2024/2481, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2481/oj, punt 1.5.
(23) Ittra ta’ missjoni tal-Kummissarju McGrath [mhux disponibbli bil-Malti]: https://commission.europa.eu/document/download/27636865-211e-46fe-97fb-582b514c78f9_en?filename=mission-letter-mcgrath.pdf.
(24) ĠU C, C/2024/2481, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2481/oj, punt 1.4.
(25) Ara pereżempju Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “It-tisħiħ tad-djalogu ċivili u d-demokrazija parteċipattiva fl-UE: it-triq ’il quddiem” (opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Belġjana) ( ĠU C, C/2024/2481, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2481/oj), punt 3.5.
(27) www.labsus.org/2024/03/unutopia-realizzata-dieci-anni-dopo.
(29) www.icnl.org/wp-content/uploads/Latvia_memo.pdf.
(31) www.nodsverige.se/english/.
(32) Stħarriġ ġdid tal-Ewrobarometru juri livell rekord ta’ fiduċja fl-UE f’dawn l-aħħar snin: https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/en/ip_24_6126.
(33) Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “It-tisħiħ tad-djalogu ċivili u d-demokrazija parteċipattiva fl-UE: it-triq ’il quddiem” (opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Belġjana) ( ĠU C, C/2024/2481, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2481/oj).
(34) ĠU C, C/2024/2481, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2481/oj, punt 1.11.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5141/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)