|
18.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 121/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 421/2010
tas-17 ta’ Mejju 2010
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 53/2010 rigward il-limiti tal-qbid għall-capelin fl-ilmijiet ta’ Greenland
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010, tal-14 ta’ Jannar 2010 li jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta’ qbid u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1359/2008, (KE) Nru 754/2009, (KE) Nru 1226/2009 u (KE) Nru 1287/2009 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-opportunitajiet tas-sajd tal-Unjoni għall-capelin fl-ilmijiet ta’ Greenland taż-żoni V u XIV tal-ICES huma stipulati provviżorjament fl-Anness IB għar-Regolament (UE) Nru 53/2010 u jammontaw għal 0 tunnellati. Skont l-Artikolu 5(4) ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi dawk l-opportunitajiet tas-sajd malli l-ammont ta’ qabdiet totali permissibbli (TAC) għal dak it-tip ta’ sajd ikunu ġew stabbiliti. |
|
(2) |
Skont il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribut finanzjarju previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu ta’ Greenland, min-naħa l-oħra (2), l-Unjoni għandha tirċievi 7,7 % tat-TAC għall-capelin fl-ilmijiet ta’ Greenland taż-żoni V u XIV tal-ICES. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni mill-awtoritajiet ta’ Greenland li t-TAC ġie stabbilit għal 150 000 tunnellata u li Greenland se talloka 11 550 tunnellata lill-Unjoni f’konformità mas-sehem stabbilit skont il-Protokoll, li għandu jiġi mistad sat-30 ta’ April 2010. |
|
(4) |
Fid-dawl tal-Minuti Maqbula dwar il-Konklużjonijiet mill-konsultazzjonijiet rigward is-sajd bejn l-Unjoni u l-Iżlanda għall-2009, iffirmati fis-16 ta’ Ottubru 2009, u b’mod partikolari l-kwantità pendenti ta’ 21 624 tunnellata ta’ capelin dovuti lill-Islanda mill-istaġun tas-sajd preċedenti, huwa xieraq li l-opportunitajiet għas-sajd tal-capelin tal-Unjoni Ewropea fl-2010 jiġu ttrasferiti lill-Iżlanda. |
|
(5) |
L-Anness IB tar-Regolament (UE) Nru 53/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Sabiex tiġi evitata l-interruzzjoni għall-attivitajiet tas-sajd, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu u japplika mill-1 ta’ Jannar 2010, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness IB għar-Regolament (UE) Nru 53/2010, l-entrata dwar l-ispeċi Capelin fl-ilmijiet ta’ Greenland taż-żoni V u XIV għandha tinbidel b’dan li ġej:
|
|
|||||||
|
UE |
11 550 (3) |
|
||||||
|
TAC |
Mhux rilevanti |
|
||||||
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 172, 30.6.2007, p. 4.
(3) Allokat lill-Iżlanda. Għandhom jiġu mistada qabel it-30 ta’ April 2010.”