<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-107/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0107</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:722">EU:C:2021:722</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad‑<DATE ISO="20210909">9.9.2021</DATE> – Kawża C‑107/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Dopravní podnik hl. m. Prahy</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20210909">9 ta’ Settembru 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/88/KE</KEYWORD><KEYWORD>Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol</KEYWORD><KEYWORD>Kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/> u ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>perijodu ta’ serħan<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/></KEYWORD><KEYWORD>Perijodu ta’ pawża li matulu l-impjegat għandu jibqa’ lest għal intervent ta’ emerġenza f’terminu ta’ żewġ minuti</KEYWORD><KEYWORD>Supremazija tad-dritt tal-Unjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑107/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Obvodní soud pro Prahu 9 (il-Qorti tad-Distrett Amministrattiv ta’ Praga 9, ir-Repubblika Ċeka), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20190103">3 ta’ Jannar 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20190212">12 ta’ Frar 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">XR</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Dopravní podnik hl. m. Prahy, akciová společnost,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn E. Juhász, li qiegħed jaġixxi bħala President ta’ Awla, C. Lycourgos (Relatur) u I. Jarukaitis, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Pitruzzella,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Dopravní podnik hl. m. Prahy, akciová společnost, minn L. Novotná,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, J. Vláčil u J. Pavliš, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. van Beek kif ukoll minn K. Walkerová, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑<DATE ISO="20200213">13 ta’ Frar 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20031104">4 ta’ Novembru 2003</DATE> li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn XR u Dopravní podnik hl. K. Prahy, akciová společnost (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>DPP<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) dwar ir-rifjut ta’ din tal-aħħar li tħallas lil XR is-somma ta’ <FT TYPE="NUMBER">95335</FT> koruna Ċeka (CZK) (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">3600</FT>) miżjuda b’interessi moratorji, għar-remunerazzjoni tal-ħinijiet ta’ pawża meħuda matul l-attività professjonali tagħha bejn Novembru 2005 u Diċembru 2008.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 4 u 5 tad-Direttiva 2003/88 jistabbilixxu li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>(4)</NO.P><TXT>It-titjib tas-sigurtà, l-iġene u s-saħħa tal-ħaddiema fil-post tax-xogħol huwa għan li m’għandux ikun subordinat sempliċement għal raġunijiet ekonomiċi.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>(5)</NO.P><TXT>il-ħaddiema kollha għandhom ikollhom perjodi adekwati ta’ serħan. Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>serħan<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> għandu jkun espress f’unitajiet ta’ ħin, i.e. f’jiem, f’sigħat u/jew frazzjonijiet tagħhom. Il-ħaddiema tal-[Unjoni Ewropea] għandhom ikunu mogħtija l-perjodi minimi ta’ serħan ta’ kull jum u ta’ kull ġimgħa, u waqfien adekwati. […]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva tistabbilixxi ħtiġiet minimi tas-siġurtà u s-saħħa għall-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Din id-Direttiva tapplika għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-perjodi minimi ta’ serħan ta’ kull jum, serħan ta’ kull ġimgħa u leave annwali, għal waqfien u ħin tax-xogħol massimu ta’ kull ġimgħa; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>ċerti aspetti tax-xogħol bil-lejl, ix-xogħol bix-<HT TYPE="ITALIC">shift</HT> u t-tendenzi tax-xogħol.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> ifisser kwalunkwe perjodu li matulu il-ħaddiem ikunu għax-xogħol, għad-disposizzjoni ta’ min jimpjegah u jwettaq l-attivitajiet jew id-doveri tiegħu, b’konformità mal-liġijiet nazzjonali u/jew prattiċi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>perijodu ta’ serħan<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> ifisser kwalunkwe perijodu li ma jkunx il-ħin tax-xogħol;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>kull mod ta’ organizzazzjoni tax-xogħol bit-tim li ħaddiema jiġu okkupati suċċessivament fl-istess postijiet tax-xogħol, skont ċertu ritmu, inkluż ritmu rotattiv, u li jista’ jkun ta’ tip kontinwu jew mhux kontinwu, li jwassal għall-ħaddiema għall-ħtieġa li jwettqu xogħol f’ħinijiet differenti fuq perijodu partikolari ta’ jiem jew ta’ ġimgħat;</TXT><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/88, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Waqfien [Perijodu ta’ pawża]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>,</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa ħalli jassiguraw li, meta l-jum tax-xogħol ikun itwal min sitt sigħat, li kull ħaddiem ikun intitolat għal waqfien ta’ serħan, li d-dettalji tiegħu, inkluż it-tul ta’ żmien u t-terminu li fuqhom jingħata, ikunu stabbiliti fi ftehim kollettiv jew ftehim bejn iż-żewġ naħat ta’ l-industrija jew, f’nuqqas ta’ dan, b’leġislazzjoni nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ċek</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 83 taż-zákon č. 65/1965 Sb., zákoník práce (il-Liġi Nru 65/1965 li Tistabbilixxi l-Kodiċi tax-Xogħol), applikabbli sal‑<DATE ISO="20061231">31 ta’ Diċembru 2006</DATE>, kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="083.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Il-ħin tax-xogħol huwa l-perijodu li matulu l-impjegat huwa obbligat iwettaq xogħol għall-persuna li timpjega.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="083.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Il-perijodu ta’ serħan huwa l-perijodu li ma huwiex ħin tax-xogħol.</ALINEA></PARAG><ALINEA>[…]</ALINEA><PARAG IDENTIFIER="083.005"><NO.PARAG>(5)</NO.PARAG><ALINEA>Ix-xogħol tal-għassa huwa l-perijodu li matulu l-impjegat, skont il-kuntratt tax-xogħol tiegħu, iżomm ruħu lest għal possibbiltà ta’ missjoni li, f’każ ta’ ħtieġa urġenti, għandha tiġi eżegwita barra mill-ħin tax-xift tax-xogħol tiegħu.</ALINEA></PARAG><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 89 ta’ din il-liġi, dwar il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>perijodu ta’ pawża<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, kien jindika:</TXT><P><PARAG IDENTIFIER="089.001"><NO.PARAG>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuna li timpjega hija obbligata tagħti lill-impjegat, wara massimu ta’ sitt sigħat ta’ xogħol mhux interrott, perijodu ta’ pawża għall-ikel u għas-serħan ta’ mhux inqas minn 30 minuta; din il-pawża għandha tingħata lill-minaturi wara massimu ta’ erba’ sigħat u nofs ta’ xogħol mhux interrott. Fil-każ ta’ xogħol li ma jistax jiġi interrott, għandu jiġi żgurat perijodu adegwat għas-serħan u għall-ikel lill-impjegat anki mingħajr interruzzjoni tas-servizz jew tax-xogħol;<?PAGE NO="4"?> fil-każ ta’ minaturi, għandha dejjem tingħata pawża għall-ikel u għas-serħan skont l-ewwel sentenza.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="089.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuna li timpjega tista’ tistabbilixxi b’mod adegwat it-tul tal-pawża għall-ikel, wara konsultazzjoni mal-organu sindakali kompetenti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="089.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuna li timpjega għandha tistabbilixxi l-bidu u t-tmiem ta’ dawn il-pawżi, wara konsultazzjoni mal-organu sindakali kompetenti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="089.004"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA>Il-pawżi għall-ikel u għas-serħan ma għandhomx jingħataw fil-bidu jew fit-tmiem tal-ħin tax-xogħol.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="089.005"><NO.PARAG>(5)</NO.PARAG><ALINEA>Il-pawżi mogħtija għall-ikel u għas-serħan ma humiex inklużi fil-kalkolu tal-ħin tax-xogħol.”</ALINEA></PARAG></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Dawn id-dispożizzjonijiet ġew imħassra u ssostitwiti biż-zákon č. 262/2006 Sb., zákoník práce (il-Liġi Nru 262/2006 li Tistabbilixxi l-Kodiċi tax‑Xogħol), li daħlet fis-seħħ fl‑<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE>. Skont l-Artikolu 78 ta’ din il-liġi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="078.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-ħin tax-xogħol u l-perijodu ta’ serħan, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="2019" ID="QE0017"/>, il-perijodu li matulu l-impjegat huwa obbligat iwettaq xogħol għall-persuna li timpjega u l-perijodu li matulu l-impjegat iżomm ruħu lest, fuq il-post tax-xogħol, sabiex iwettaq missjoni skont l-istruzzjonijiet tal-persuna li timpjega;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>h)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>xogħol tal-għassa<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/>, il-perijodu li matulu l-impjegat, skont il-kuntratt tax-xogħol tiegħu, iżomm ruħu lest għal possibbiltà ta’ missjoni li, f’każ ta’ ħtieġa urġenti, għandha tiġi eżegwita barra mill-ħin tax-xift tiegħu. Ix-xogħol tal-għassa jista’ biss iseħħ f’post differenti miftiehem mal-impjegat, liema post ikun differenti mill-postijiet tax-xogħol tal-persuna li timpjega;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-perijodu ta’ pawża u tal-pawża ta’ sigurtà, l-Artikolu 88 tal-imsemmija liġi jippreċiża:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="088.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuna li timpjega hija obbligata tagħti lill-impjegat, wara massimu ta’ sitt sigħat ta’ xogħol mhux interrotti, perijodu ta’ pawża għall-ikel u għas-serħan ta’ mhux inqas minn 30 minuta; din il-pawża għandha tingħata lill-minaturi wara massimu ta’ erba’ sigħat u nofs ta’ xogħol mhux interrott. Fil-każ ta’ xogħol li ma jistax jiġi interrott, għandu jiġi żgurat perijodu adegwat għas-serħan u għall-ikel lill-impjegat anki mingħajr interruzzjoni tas-servizz jew tax-xogħol; dan il-perijodu huwa inkluż fil-kalkolu tal-ħin tax-xogħol. Fil-każ tal-minaturi, għandha dejjem tingħata pawża għall-ikel u għas-serħan skont l-ewwel sentenza.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="088.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Jekk il-perijodu ta’ pawża għall-ikel u għas-serħan ikollu jinqasam, parti minn din il-pawża għandha tkun ta’ mhux inqas minn ħmistax‑il minuta. […]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Minn Novembru 2005 sa Diċembru 2008, XR eżerċita l-professjoni ta’ pompier ta’ impriża ma’ DPP.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>XR kien suġġett għal sistema ta’ xogħol bix-xift ta’ timijiet suċċessivi, inkluż xift ta’ matul il-jum, li jkopri l-ħin bejn is-6.45 u s-19.00, u xift ta’ matul il-lejl, li jkopri l-ħin bejn is-18.45 u s-7.00. Il-ħinijiet tax-xogħol ta’ kuljum tiegħu kienu jinkludu żewġ pawżi intiżi għall-ikel u għas-serħan ta’ tul ta’ 30 minuta kull waħda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Bejn is-6.30 u s-13.30, XR seta’ jmur fil-kantin tax-xogħol, li kienet tinsab 200 metru ’l bogħod mill-post tax-xogħol tiegħu, bil-kundizzjoni li miegħu jieħu apparat li, f’każ li jkun hemm bżonn, jinformah li kellu żewġ minuti sabiex jippreżenta ruħu fil-post tat-tluq u li jinformah bil-vettura ta’ intervent quddiem il-kantin tax-xogħol. Barra minn hekk, l-uffiċċju fejn kien iwettaq xogħlu XR kien mgħammar bi spazju fejn seta’ jiġi ppreparat ikel, b’mod partikolari, meta l-kantin tax-xogħol ma kinitx tkun miftuħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-perijodi ta’ pawża ma kinux jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tal-ħin tax-xogħol ta’ XR ħlief meta kienu jiġu interrotti minn intervent ta’ emerġenza. Konsegwentement, il-perijodi ta’ pawża mhux interrotti ma kinux jiġu rremunerati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>XR ikkontesta dan il-metodu ta’ kalkolu tar-remunerazzjoni tiegħu u, peress li qies li l-perijodi ta’ pawża, anki jekk mhux interrotti, kienu jikkostitwixxu ħin tax-xogħol, huwa talab is-somma ta’ CZK <FT TYPE="NUMBER">95335</FT> flimkien ma’ interessi moratorji, bħala remunerazzjoni dovuta lilu għaż-żewġ pawżi ta’ kuljum li ma ttiħdux inkunsiderazzjoni matul il-perijodu tax-xogħol inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Adita fl-ewwel istanza, l-Obvodní soud pro Prahu 9 (il-Qorti tad-Distrett Amministrattiv ta’ Praga 9), li hija l-qorti tar-rinviju, laqgħet it-talba ta’ XR, b’sentenza tal‑<DATE ISO="20160914">14 ta’ Settembru 2016</DATE> li ġiet ikkonfermata fl-appell b’sentenza tat‑<DATE ISO="20170322">22 ta’ Marzu 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>DPP appellat minn dawn is-sentenzi quddiem in-Nejvššyí soud (il-Qorti Suprema, ir-Repubblika Ċeka), li annullat tali sentenzi permezz tas-sentenza tagħha tat‑<DATE ISO="20180612">12 ta’ Ġunju 2018</DATE>. Din il-qorti qieset, abbażi tad-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti, li, filwaqt li ma huwiex eskluż li l-pawżi jistgħu jiġu interrotti minħabba intervent ta’ emerġenza, dawn l-interruzzjonijiet iseħħu biss b’mod okkażjonali u imprevedibbli, b’tali mod li ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala aspett ordinarju tal-eżekuzzjoni tal-obbligi professjonali. Għalhekk, skont din il-qorti, il-perijodi ta’ pawża ma setgħux, fil-prinċipju, jitqiesu bħala ħin tax-xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>In-Nejvššyí soud (il-Qorti Suprema) għalhekk bagħtet il-kawża għal deċiżjoni dwar il-mertu quddiem il-qorti tar-rinviju. Din tal-aħħar enfasizzat li, skont ir-regoli proċedurali nazzjonali, hija kienet marbuta bl-evalwazzjonijiet fid-dritt tan-Nejvyššyí soud (il-Qorti Suprema).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tqis li ċ-ċirkustanzi li fihom XR kellu jieħu l-pawżi tiegħu jimmilitaw favur il-klassifikazzjoni tagħhom bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Obvodní soud pro Prahu 9 (il-Qorti tad‑Distrett Amministrattiv ta’ Praga 9) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>“1)</NO.P><TXT>Il-perijodu ta’ pawża li matul tiegħu impjegat għandu jkun għad-dispożizzjoni tal-persuna li timpjegah fi żmien żewġ minuti fil-każ ta’ intervent ta’ emerġenza għandu jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="2019" ID="QE0021"/> fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva [2003/88]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-evalwazzjoni [tal-ewwel] domanda preċedenti hija influwenzata mill-fatt li l-interruzzjoni [tal-pawża] fil-każ ta’ intervent ta’ emerġenza ssir biss okkażjonalment u imprevedibbilment jew, skont il-każ, mill-frekwenza li biha sseħħ l-interruzzjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Qorti tal-ewwel istanza, li tiddeċiedi wara li d-deċiżjoni tagħha tkun ġiet annullata minn qorti superjuri u l-kawża tkun intbagħtet lura quddiemha għal [deċiżjoni fil-mertu], tista’ ma tosservax l-[evalwazzjoni] legali ta’ qorti superjuri li hija vinkolanti fuq il-qorti tal-ewwel istanza, jekk din l-[evalwazzjoni] ma tkunx konformi mad-dritt tal-Unjoni?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u t-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel u tat-tieni domanda, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-perijodu ta’ pawża mogħti lil ħaddiem matul il-ħin tax-xogħol tiegħu ta’ kuljum, u li matulu huwa għandu jkun f’pożizzjoni li jibda jintervjeni f’terminu ta’ żewġ minuti f’każ ta’ bżonn, għandux jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>perijodu ta’ serħan<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u jekk in-natura okkażjonali u imprevedibbli kif ukoll il-frekwenza ta’ intervent ta’ emerġenza matul dan il-perijodu ta’ pawża għandux effett fuq din il-klassifikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi kkonstatat li t-tilwima fil-kawża prinċipali tirrigwarda r-remunerazzjoni li ħaddiem jallega li għandu dritt għaliha minħabba l-perijodi ta’ pawża li huwa jibbenefika minnhom matul il-ġurnata tax-xogħol tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Issa, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, bl-eċċezzjoni tal-ipoteżi partikolari dwar il-leave annwali mħallas, imsemmija fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88, din id-direttiva sempliċement tirregola ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema, b’tali mod li, bħala prinċipju, hija ma tapplikax għar-remunerazzjoni tal-ħaddiema (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210309">9 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>Radiotelevizija Slovenija (Perijodu ta’ għassa f’post imbiegħed</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑344/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:182">EU:C:2021:182</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Madankollu, peress li, kif tindika l-qorti tar-rinviju, fil-kuntest tat-tilwima fil-kawża prinċipali, il-kwistjoni tar-remunerazzjoni tal-perijodi ta’ pawża tiddependi mill-klassifikazzjoni ta’ dawn il-perijodi bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>perijodu ta’ serħan<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, fis-sens tad-Direttiva 2003/88, għandha tingħata risposta għad-domandi magħmula, li jirrigwardaw l-imsemmija klassifikazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88 jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>kwalunkwe perjodu li matulu il-ħaddiem ikunu għax-xogħol, għad-disposizzjoni ta’ min jimpjegah u jwettaq l-attivitajiet jew id-doveri tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>. Skont il-punt 2 tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>perijodu ta’ serħan<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> ifisser kwalunkwe perijodu li ma jkunx il-ħin tax-xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>It-tieni kapitolu tad-Direttiva 2003/88 huwa ddedikat, fost l-oħrajn, għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>perjodi minimi ta’ serħan<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>. Minbarra s-serħan ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa, dan il-kapitolu jsemmi, fl-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>perijodu ta’ pawża<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> li kull ħaddiem għandu jibbenefika minnu fil-każ fejn il-ħin tax-xogħol ta’ kuljum ikun ta’ iktar minn sitt sigħat u li l-modalitajiet tiegħu, u b’mod partikolari t-tul u l-kundizzjonijiet għall-għoti tiegħu, huma stabbiliti bi ftehimiet kollettivi, ftehimiet konklużi bejn imsieħba soċjali jew, fin-nuqqas ta’ dan, mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, matul il-perijodi ta’ pawża tiegħu, XR ma kienx issostitwit fil-pożizzjoni tiegħu u kien mgħammar b’riċevitur li kien jippermettilu li jiġi informat jekk huwa kellu jinterrompi l-pawża tiegħu għal intervent b’emerġenza. Minn dan jirriżulta li r-rikorrent fil-kawża prinċipali kien suġġett, matul il-pawżi tiegħu, għal sistema ta’ għassa, terminu li jkopri, b’mod ġeneriku, il-perijodi kollha li matulhom il-ħaddiem jibqa’ għad-dispożizzjoni tal-persuna li timpjegah sabiex ikun jista’ jiżgura xogħol, fuq talba ta’ dan tal-aħħar (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210309">9 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>Radiotelevizija Slovenija (Perijodu ta’ stand by f’post imbiegħed)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑344/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:182">EU:C:2021:182</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0002">2</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għandi jitfakkar, f’dan ir-rigward, li l-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>perijodu ta’ serħan<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, huma esklużivi wieħed mill-ieħor. Il-perijodu ta’ għassa ta’ ħaddiem għandu għalhekk jiġi kklassifikat jew bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> jew bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>perijodu ta’ serħan<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/88, peress li din tal-aħħar ma tipprevedix kategorija intermedja (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210309">9 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>Radiotelevizija Slovenija (Perijodu stand by f’post imbiegħed)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑344/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:182">EU:C:2021:182</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>perijodu ta’ serħan<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> jikkostitwixxu kunċetti tad-dritt tal-Unjoni li għandhom jiġu ddefiniti skont karatteristiċi oġġettivi, billi jsir riferiment għas-sistema u għall-għan tad-Direttiva 2003/88. Fil-fatt, hija biss tali interpretazzjoni awtonoma li hija ta’ natura li tiżgura lil din id-direttiva l-effikaċja sħiħa kif ukoll applikazzjoni uniformi ta’ dawn il-kunċetti fl-Istati Membri kollha (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210309">9 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>Radiotelevizija Slovenija (Perijodu ta’ stand by f’post imbiegħed)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑344/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:182">EU:C:2021:182</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fir-rigward b’mod iktar preċiż tal-perijodi ta’ għassa, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li perijodu li matulu ebda attività ma hija effettivament eżerċitata mill-ħaddiem għall-benefiċċju tal-persuna li timpjegah ma jikkostitwixxix neċessarjament <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>perijodu ta’ serħan<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/88 (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210309">9 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>Radiotelevizija Slovenija (Perijodu ta’ stand by f’post imbiegħed)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑344/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:182">EU:C:2021:182</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>B’hekk, minn naħa, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fir-rigward tal-perijodi ta’ għassa mwettqa f’postijiet tax-xogħol li kienu separati mir-residenza tal-ħaddiem, li l-fattur determinanti sabiex jiġi kkunsidrat li l-elementi karatteristiċi tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, fis-sens tad-Direttiva 2003/88, huma preżenti huwa l-fatt li l-ħaddiem huwa mġiegħel ikun fiżikament preżenti fil-post stabbilit mill-persuna li timpjegah u li joqgħod għad-dispożizzjoni ta’ dan<?PAGE NO="8"?> tal-aħħar sabiex ikun jista’ jipprovdi s-servizzi tiegħu immedjatament f’każ ta’ bżonn (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210309">9 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>Radiotelevizija Slovenija (Perijodu ta’ stand by f’post imbiegħed)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑344/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:182">EU:C:2021:182</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li, matul tali perijodu ta’ għassa, il-ħaddiem, obbligat li jibqa’ fil-post tax-xogħol tiegħu għad-dispożizzjoni immedjata tal-persuna li timpjegah, għandu jibqa’ mbiegħed mill-ambjent soċjali u familjari tiegħu u jibbenefika minn flessibbiltà żgħira sabiex jiġġestixxi l-ħin li matulu s-servizzi professjonali tiegħu ma humiex mitluba. Għaldaqstant, dan il-perijodu kollu għandu jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, fis-sens tad-Direttiva 2003/88, indipendentement mix-xogħol realment imwettaq mill-ħaddiem matul l-imsemmi perijodu (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210309">9 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>Radiotelevizija Slovenija (Perijodu ta’ stand by f’post imbiegħed)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑344/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:182">EU:C:2021:182</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li perijodu ta’ għassa taħt sistema stand by, jiġifieri perijodu li matulu l-ħaddiem jibqa’ għad-dispożizzjoni tal-persuna li timpjegah sabiex iwettaq xogħol, minkejja li ma jkunx obbligat li jibqa’ fuq il-post tax-xogħol tiegħu, għandu wkoll jiġi kklassifikat, fl-intier tiegħu, bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, fis-sens tad-Direttiva 2003/88, meta, fid-dawl tal-impatt oġġettiv u sinjifikattiv ħafna tar-restrizzjonijiet imposti fuq il-ħaddiem fuq il-possibbiltajiet, għal dan tal-aħħar, li jiddedika ruħu għall-interessi personali u soċjali tiegħu, huwa distint minn perijodu li matulu l-ħaddiem għandu biss ikun għad-dispożizzjoni ta’ min iħaddmu sabiex dan tal-aħħar ikun jista’ jingħaqad miegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210309">9 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>Radiotelevizija Slovenija (Perijodu ta’ stand by f’post imbiegħed)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑344/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:182">EU:C:2021:182</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, fis-sens tad-Direttiva 2003/88, il-perijodi ta’ għassa kollha, inklużi dawk taħt sistema stand by, li matulhom ir-restrizzjonijiet imposti fuq il-ħaddiem huma tali li jaffettwaw oġġettivament u b’mod sinjifikattiv ħafna l-possibbiltà, għal dan tal-aħħar, li jiġġestixxi liberament, matul dawn il-perijodi, il-ħin li matulu s-servizzi professjonali tiegħu ma humiex mitluba u li jiddedika dan il-ħin għall-interessi tiegħu stess (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210309">9 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>Radiotelevizija Slovenija (Perijodu ta’ stand by f’post imbiegħed)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑344/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:182">EU:C:2021:182</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>B’mod iktar preċiż, il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat li perijodu ta’ għassa li matulu ħaddiem jista’, fid-dawl tat-terminu raġonevoli mogħti lilu sabiex ikompli l-attivitajiet professjonali tiegħu, jippjana l-attivitajiet personali u soċjali tiegħu ma jikkostitwixxix, <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT>, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, fis-sens tad-Direttiva 2003/88. Għall-kuntrarju, perijodu ta’ għassa li matulu t-terminu impost fuq il-ħaddiem sabiex jerġa’ jibda jaħdem huwa limitat għal ftit minuti għandu, bħala prinċipju, jitqies fl-intier tiegħu bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>, fis-sens ta’ din id-direttiva, peress li l-ħaddiem huwa, fil-prattika, skoraġġut ħafna milli jippjana kwalunkwe attività ta’ mistrieħ, anki għal żmien qasir (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210309">9 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>Radiotelevizija Slovenija (Perijodu ta’ stand by f’post imbiegħed)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑344/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:182">EU:C:2021:182</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Madankollu, kif enfasizzat il-Qorti tal-Ġustizzja, l-impatt ta’ tali terminu ta’ reazzjoni għandu jiġi evalwat wara evalwazzjoni konkreta, li tieħu inkunsiderazzjoni, jekk ikun il-każ, restrizzjonijiet oħra imposti fuq il-ħaddiem, bħall-faċilitajiet mogħtija lilu, matul il-perijodu ta’ għassa tiegħu (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210309">9 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>Radiotelevizija Slovenija (Perijodu ta’ stand by f’post imbiegħed)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑344/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:182">EU:C:2021:182</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi rilevanti kollha, jekk ir-restrizzjoni li kien suġġett għaliha XR matul il-perijodu ta’ pawża tiegħu, li tirriżulta min-neċessità li jkun lest għal intervent ta’ emerġenza f’terminu ta’ żewġ minuti, kinitx tali li jillimita b’mod oġġettiv u sinjifikattiv ħafna l-possibbiltajiet li dan il-ħaddiem kellu li jiġġestixxi liberament il-ħin tiegħu sabiex jiddedika ruħu għall-attivitajiet tal-għażla tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fid-dawl tal-oġġezzjonijiet ifformulati minn DPP u mill-Kummissjoni Ewropea fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom, għandu jiġi rrilevat ukoll, fl-ewwel lok, li l-marġni ta’ diskrezzjoni li għandhom l-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/88, sabiex jiġu ddeterminati l-modalitajiet tal-perijodu ta’ pawża, u b’mod partikolari t-tul u l-kundizzjonijiet għall-għoti tiegħu, ma huwiex rilevanti għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tal-perijodi inkwistjoni fil-kawża prinċipali bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> jew bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>perijodu ta’ serħan<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88, sa fejn dawn iż-żewġ kunċetti jikkostitwixxu kunċetti awtonomi tad-dritt tal-Unjoni, kif tfakkar diġà fil-punt 29 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Madankollu, peress li, kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, il-perijodi ta’ pawża li minnhom kien jibbenefika XR kienu ta’ tul qasir, jiġifieri tletin minuta kull wieħed, il-qorti tar-rinviju, fil-kuntest tal-eżami tagħha intiż sabiex jiġi ddeterminat jekk ir-restrizzjonijiet imposti fuq XR fil-kuntest ta’ dawn il-perijodi kinux tali li jillimitaw b’mod oġġettiv u sinjifikattiv ħafna l-possibbiltajiet li dan il-ħaddiem kellu li jirrilassa u li jiddedika ruħu għall-attivitajiet tal-għażla tiegħu, ma għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni r-restrizzjonijiet ta’ dawn il-possibbiltajiet li kienu jeżistu fi kwalunkwe każ, peress li kienu jirriżultaw inevitabbilment mit-tul ta’ tletin minuta ta’ kull ħin ta’ pawża, peress li tali restrizzjonijiet ikunu indipendenti mir-restrizzjonijiet marbuta mal-obbligu tiegħu li jkun lest għal intervent ta’ emerġenza f’terminu ta’ żewġ minuti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-fatt li l-interruzzjonijiet tal-ħin ta’ pawża huma okkażjonali u imprevedibbli, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-fatt li, bħala medja, il-ħaddiem rarament jintalab jintervjeni matul il-perijodi ta’ għassa ma jistax iwassal sabiex dawn tal-aħħar jitqiesu li huma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>perijodi ta’ serħan<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>, fis-sens tal-punt 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88, meta l-impatt tat-terminu impost fuq il-ħaddiem sabiex ikompli l-attivitajiet professjonali tiegħu huwa tali li jkun biżżejjed sabiex jirrestrinġi, b’mod oġġettiv u sinjifikattiv ħafna, il-fakultà li huwa għandu li jiġġestixxi liberament, matul dawn il-perijodi, iż-żmien li matulu s-servizzi professjonali tiegħu ma jkunux mitluba (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210309">9 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>Radiotelevizija Slovenija (Perijodu ta’ stand by f’post imbiegħed)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑344/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:182">EU:C:2021:182</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>)</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jingħad ukoll li n-natura imprevedibbli tal-interruzzjonijiet possibbli tal-ħin ta’ pawża jista’ jkollha effett restrittiv supplimentari fir-rigward tal-possibbiltà għall-ħaddiem li jiġġestixxi liberament dan il-ħin. Fil-fatt, l-inċertezza li tirriżulta tista’ tqiegħed lil dan il-ħaddiem f’sitwazzjoni permanenti ta’ allert.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għandu finalment jitfakkar, fid-dawl tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 23 ta’ din is-sentenza, li l-mod ta’ remunerazzjoni tal-ħaddiema għall-perijodi ta’ għassa ma jaqax taħt id-Direttiva 2003/88, iżda taħt id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali. Konsegwentement, din id-direttiva ma tipprekludix, l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, ta’ ftehim kollettiv ta’ xogħol jew ta’ deċiżjoni ta’ persuna li timpjega li, għall-finijiet tar-remunerazzjoni ta’ servizz stand by, tieħu inkunsiderazzjoni b’mod differenti l-perijodi li matulhom effettivament twettaq xogħol u dawk li matulhom ebda xogħol effettiv ma jitwettaq, anki meta dawn il-perijodi għandhom jitqiesu, fl-intier tagħhom, bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-imsemmija direttiva (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210309">9 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>Radiotelevizija Slovenija (Perijodu ta’ stand by f’post imbiegħed)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑344/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:182">EU:C:2021:182</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għall-ewwel u għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, il-perijodu ta’ pawża mogħti lil ħaddiem matul il-ħin tax-xogħol tiegħu ta’ kuljum, li matulu għandu jkun f’pożizzjoni li jintervjeni f’emerġenza f’terminu ta’ żewġ minuti fil-każ ta’ bżonn, peress li minn evalwazzjoni globali taċ-ċirkustanzi rilevanti kollha jirriżulta li r-restrizzjonijiet imposti fuq dan il-ħaddiem matul l-imsemmi perijodu ta’ pawża huma tali li jaffettwaw oġġettivament u b’mod sinjifikattiv ħafna l-fakultà għal dan tal-aħħar li jiġġestixxi liberament il-ħin li matulu s-servizzi professjonali ma jkunux mitluba u li jiddedika dan il-ħin għall-interessi tiegħu stess.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li qorti nazzjonali, li tiddeċiedi wara l-annullament tad-deċiżjoni tagħha minn qorti superjuri, tkun marbuta, skont id-dritt proċedurali nazzjonali, bl-evalwazzjonijiet ta’ dritt magħmula minn din il-qorti superjuri, meta dawn l-evalwazzjonijiet ma jkunux kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, bis-saħħa tal-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni, fl-assenza tal-possibbiltà li tinterpreta l-leġiżlazzjoni nazzjonali b’mod konformi mar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni, il-qorti nazzjonali li tkun responsabbli sabiex tapplika, fil-kuntest tal-kompetenza tagħha, id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni għandha l-obbligu tiżgura l-effett sħiħ tagħhom billi jekk ikun meħtieġ ma tapplikax, fuq il-bażi tal-awtorità tagħha stess, kwalunkwe dispożizzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, anki jekk sussegwenti, li tkun kuntrarja, mingħajr ma jkollha għalfejn titlob jew tistenna t-tħassir minn qabel tagħha permezz tal-proċess leġiżlattiv jew ta’ kwalunkwe proċess kostituzzjonali ieħor (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190624">24 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Popławski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑573/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:530">EU:C:2019:530</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti nazzjonali, fl-eżerċizzju tad-diskrezzjoni mogħtija lilha mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE hija marbuta, għas-soluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali, bl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja u għandha, jekk ikun il-każ, twarrab l-evalwazzjoni tal-qorti superjuri jekk tikkunsidra, fid-dawl ta’ din l-interpetazzjoni, li dawn ma jikkonformawx mad-dritt tal-Unjoni (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101005">5 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Elchinov</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑173/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:581">EU:C:2010:581</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>)</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-rekwiżit li jiġi żgurat l-effett sħiħ tad-dritt tal-Unjoni jinkludi l-obbligu, għall-qrati nazzjonali, li, jekk ikun il-każ, jemendaw ġurisprudenza stabbilita jekk din tkun ibbażata fuq interpretazzjoni tad-dritt intern li tkun inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160705">5 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Ognyanov</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑614/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:514">EU:C:2016:514</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, f’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju għandha l-obbligu li tiżgura l-effett sħiħ tal-Artikolu 267 TFUE billi fejn ikun neċessarju tħalli inapplikabbli, fuq inizjattiva tagħha stess, id-dispożizzjonijiet proċedurali nazzjonali li jimponulha li tapplika d-dritt nazzjonali kif interpretat min-Nejvyšší soud (il-Qorti Suprema), meta din l-interpretazzjoni ma hijiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għat-tielet domanda għandha tkun li l-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li qorti nazzjonali, li tiddeċiedi wara l-annullament tad-deċiżjoni tagħha minn qorti superjuri, tkun marbuta, konformement mad-dritt proċedurali nazzjonali, bl-evalwazzjonijiet ta’ dritt magħmula minn din il-qorti superjuri, meta dawn l-evalwazzjonijiet ma jkunux kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20031104">4 ta’ Novembru 2003</DATE> li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, il-perijodu ta’ pawża mogħti lil ħaddiem matul il-ħin tax-xogħol tiegħu ta’ kuljum, li matulu għandu jkun f’pożizzjoni li jintervjeni f’emerġenza f’terminu ta’ żewġ minuti fil-każ ta’ bżonn, peress li minn evalwazzjoni globali taċ-ċirkustanzi rilevanti kollha jirriżulta li r-restrizzjonijiet imposti fuq dan il-ħaddiem matul l-imsemmi perijodu ta’ pawża huma tali li jaffettwaw oġġettivament u b’mod sinjifikattiv ħafna l-fakultà għal dan tal-aħħar li jiġġestixxi liberament il-ħin li matulu s-servizzi professjonali ma jkunux mitluba u li jiddedika dan il-ħin għall-interessi tiegħu stess.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li qorti nazzjonali, li tiddeċiedi wara l-annullament tad-deċiżjoni tagħha minn qorti superjuri, tkun marbuta, konformement mad-dritt proċedurali nazzjonali, bl-evalwazzjonijiet ta’ dritt magħmula minn din il-qorti superjuri, meta dawn l-evalwazzjonijiet ma jkunux kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>