|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2191 |
2.9.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2191
tas-27 ta’ Awwissu 2024
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri
(notifikata bid-dokument C(2024) 6127)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1), il-punt (c), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI, highly pathogenic avian influenza) hija marda virali infettiva fl-għasafar u tista’ tħalli impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-pollam li jikkawża tfixkil fil-kummerċ fl-Unjoni u fl-esportazzjoni lejn il-pajjiżi terzi. Il-viruses tal-HPAI jistgħu jinfettaw lill-għasafar migratorji, u dawn imbagħad jistgħu jxerrdu dawn il-viruses fuq distanzi twal waqt il-migrazzjoni tagħhom fil-ħarifa u fir-rebbiegħa. Għalhekk, il-preżenza tal-viruses tal-HPAI fl-għasafar selvaġġi toħloq theddida kontinwa għall-introduzzjoni diretta u indiretta ta’ dawn il-viruses fl-azjendi fejn jinżammu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq. Fil-każ ta’ tifqigħa tal-HPAI, hemm ir-riskju li l-aġent tal-marda jista’ jinxtered f’azjendi oħrajn fejn jinżammu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi qafas leġiżlattiv ġdid għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li huwa trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin. L-HPAI taqa’ fid-definizzjoni ta’ marda elenkata f’dak ir-Regolament, u hija soġġetta għar-regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard stabbiliti fih. Barra minn hekk, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat, inkluż il-miżuri għall-kontroll tal-mard għall-HPAI. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2447 (3) ġiet adottata fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429 u tistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza fil-livell tal-Unjoni marbuta mat-tifqigħat tal-HPAI. |
|
(4) |
B’mod aktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti oħrajn stabbiliti mill-Istati Membri wara t-tifqigħat tal-HPAI, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, għandhom ikunu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti oħrajn fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(5) |
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 ġie emendat dan l-aħħar bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2172 (4) wara tifqigħat tal-HPAI fil-pollam fi Franza u fil-Ġermanja, u tifqigħa tal-HPAI fl-għasafar imrobbija fil-magħluq fil-Portugall, li kienu jeħtieġu li jiġu riflessi f’dak l-Anness. |
|
(6) |
Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2172, Franza nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-HPAI, fi stabbiliment fejn kien jinżamm il-pollam, fid-dipartiment ta’ Morbihan. |
|
(7) |
L-awtoritajiet kompetenti ta’ Franza ħadu l-miżuri meħtieġa għall-kontroll tal-mard f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, fosthom l-istabbiliment ta’ żona ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza madwar din it-tifqigħa. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri ta’ kontroll tal-mard li ħadet Franza, u hija sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Franza jinsabu ’l bogħod biżżejjed mill-istabbiliment fejn ġiet ikkonfermata t-tifqigħa tal-HPAI. |
|
(9) |
Biex ikun evitat kwalunkwe tfixkil għall-kummerċ bla bżonn fl-Unjoni u tkun evitata l-impożizzjoni ta’ ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, jeħtieġ issir deskrizzjoni mingħajr dewmien fil-livell tal-Unjoni, b’kollaborazzjoni ma’ Franza, taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti minn dak l-Istat Membru f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
|
(10) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu emendati ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza elenkati għal Franza fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447. |
|
(11) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi emendat l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 biex tiġi aġġornata r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni ħalli jitqiesu ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti kif xieraq minn Franza, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u d-durata tal-miżuri applikabbli fihom. |
|
(12) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 tiġi emendata kif xieraq. |
|
(13) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tal-HPAI, huwa importanti li l-emendi li għandhom isiru fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 b’din id-Deċiżjoni jsiru effettivi kemm jista’ jkun malajr. |
|
(14) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’Awwissu 2024.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2447 tal-24 ta’ Ottubru 2023 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri (ĠU L, 2023/2447, 30.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2447/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2172 tal-20 ta’ Awwissu 2024 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri (ĠU L 2024/2172, 26.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2172/oj).
ANNESS
Parti A
Żoni ta’ protezzjoni fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (a), u fl-Artikolu 2:
Stat Membru: Franza
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
||||||||
|
Department: Ille-et-Vilaine |
||||||||||
|
3.9.2024 |
|||||||||
|
Departments: Morbihan and Loire Atlantique |
||||||||||
|
Department Loire Atlantique
Department Morbihan
|
11.9.2024 |
|||||||||
Stat Membru: il-Ġermanja
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
||||||
|
Mecklenburg-Vorpommern |
||||||||
|
DE-HPAI(P)-2024-00012 |
Landkreis Rostock Amt Tessin:
|
5.9.2024 |
||||||
Stat Membru: il-Portugall
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
Viana do Castelo |
||
|
PT-HPAI(NON-P)-2024-00008 |
The parts from the county of Viana do Castelo, from the district of Viana do Castelo, that are contained within circle of 3 kilometers radius, centered on GPS coordinates 41.637500N, –8,819083 W |
6.9.2024 |
Parti B
Żoni ta’ sorveljanza fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (a), u fl-Artikolu 3:
Stat Membru: Franza
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Department: Ille-et-Vilaine |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
4.9.2024 – 12.9.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
12.9.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Departments: Morbihan and Loire Atlantique |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Department Loire Atlantique
Department Morbihan
|
12.9.2024 – 20.9.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Department Loire Atlantique
Department Morbihan
|
20.9.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Stat Membru: il-Ġermanja
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
||||||||||||||||||||||||||||
|
Mecklenburg-Vorpommern |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
DE-HPAI(P)-2024-00012 |
Landkreis Rostock Amt Tessin:
|
6.9.2024 – 14.9.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||
|
DE-HPAI(P)-2024-00012 |
Landkreis Rostock Amt Tessin:
Amt Gnoien:
Landkreis Vorpommern-Rügen
|
14.9.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||
Stat Membru: il-Portugall
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
Viana do Castelo |
||
|
PT-HPAI(NON-P)-2024-00008 |
The parts from the county of Viana do Castelo, from the district of Viana do Castelo, that are contained within circle of 3 kilometers radius, centered on GPS coordinates 41.637500N, –8,819083 W |
7.9.2024 – 15.9.2024 |
|
The parts of from the county of Viana do Castelo, from the district of Viana do Castelo, and the parts of the counties of Barcelos and Esposende from the district of Braga, that are beyond the areas described in the protection zone, and are contained within circle of 10 kilometers radius, centered on GPS coordinates 41.637500N, –8,819083 W |
15.9.2024 |
|
Parti C
Żoni ristretti oħrajn fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (b), u fl-Artikolu 4:
Stat Membru: L-ebda
|
Żona li tinkludi: |
Id-data sa meta l-miżuri jridu jibqgħu jkunu applikabbli f’konformità mal-Artikolu 3a |
|
|
|
|
* |
F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Qafas ta’ Windsor (ara d-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1/2023 tal-Unjoni u tar-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-24 ta’ Marzu 2023, ĠU L 102, 17.4.2023, p. 87) flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Qafas, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2191/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)