Official Journal L 019 , 23/01/2003 P. 0025 - 0038
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 151/2002 tat-8 ta' Novembru 2002 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 110/2002 tat-12 ta' Lulju 2002 [1]. (2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/377/KE tat-18 ta' Mejju 1998 li jadatta l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88 bl-iskop li jiġi organiżżat stħarriġ fil-Komunità dwar l-istruttura ta' l-ażjendi agrikoli [2] għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Punt 23 (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88) ta' l-Anness XXI tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej: (a) l-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud: "- 398 D 0377: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 98/377/KE tat-18 ta' Mejju 1998 (ĠU L 168, tat-13.6.1998, p. 29)." (b) it-test adattat (e) għandu jinbidel ma' dan li ġej: "L-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88 għandu jiġi supplimentat bil-lista li hemm fAppendiċi 1 ta' dan l-Anness." (ċ) L-intestatura "Appendiċi I għall-Anness XXI" għandu jidħol fl-aħħar ta' l-Anness XXI. (d) Il-lista fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandu jidħol bħala test ta' l-Appendiċi 1 għall-Anness XXI, taħt s-sub-intestatura "LISTA TA' KARATTERISTIĊI". Artikolu 2 It-testi tad-Deċiżjoni 98/377/KE li huma fil-lingwi Islandiża u Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom jkunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar id-9 ta' Novembru 2002, fuq kondizzjoni li n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikun saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmul fi Brussel, fit-8 ta' Novembru 2002. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President Kjartan Jóhannsson [1] ĠU L 298, tal-31.10.2002, p. 35. [2] ĠU L 168, tat-13.6.1998, p. 29. [3] L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali indikati. -------------------------------------------------- L-ANNESS għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 151/2002 +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------