|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2395 |
25.11.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/2395
tal-24 ta’ Novembru 2025
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1894 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-11 ta’ Novembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1894 (1). |
|
(2) |
Il-Kunsill irrieżamina l-miżuri restrittivi stipulati fid-Deċiżjoni (PESK) 2019/1894. Fuq il-bażi ta’ dak ir-rieżami, jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu estiżi sat-30 ta’ Novembru 2026, b’lista vojta. |
|
(3) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1894 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2019/1894 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 8, id-data “30 ta’ Novembru 2025” tiġi sostitwita bi “30 ta’ Novembru 2026”; |
|
(2) |
l-Anness huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Novembru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
L. LØKKE RASMUSSEN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1894 tal-11 ta’ Novembru 2019 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran (ĠU L 291, 12.11.2019, p. 47, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/1894/oj).
ANNESS
“ANNESS
LISTA TA’ PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI, ENTITAJIET U KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 1 U 2”.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2395/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)