16.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 70/2010

tal-11 ta’ Ġunju 2010

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 51/2010 tat-30 ta’ April 2010 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/959/UE tal-14 ta’ Diċembru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2007/230/KE dwar formola li tikkonċerna l-leġiżlazzjoni soċjali b’rabta mal-attivitajiet ta’ trasport bit-triq (2) għandha tiġi inkoporata mal-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 21aa (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/230/KE) fl-Anness XIII mal-Ftehim:

“kif emendat permezz ta’:

—

32009 D 0959: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/959/UE tal-14 ta’ Diċembru 2009 (ĠU L 330, 16.12.2009, p. 80).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2009/959/UE li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-12 ta’ Ġunju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 181 15.7.2010, p. 19.

(2)   ĠU L 330, 16.12.2009, p. 80.

(*1)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.