|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/1069 |
15.12.2023 |
P9_TA(2023)0199
Belarussja: it-trattament inuman u r-rikoveru l-isptar tal-kap tal-oppożizzjoni prominenti, Viktar Babaryka
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Mejju 2023 dwar il-Belarussja: it-trattament inuman u r-rikoveru l-isptar tal-kap tal-oppożizzjoni prominenti, Viktar Babaryka (2023/2693(RSP))
(C/2023/1069)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Belarussja, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi f’Lulju 2021, l-ex kandidat presidenzjali, Viktar Babaryka, ġie kkundannat 14-il sena ħabs fuq akkużi politikament motivati; |
|
B. |
billi Babaryka ġie rikoverat l-isptar b’sinjali ta’ swat u kellu jiġi operat; billi l-avukati u l-familja tiegħu qed jiġu miċħuda talbiet għal informazzjoni dwaru jew kuntatt miegħu; |
|
C. |
billi priġunieri politiċi prominenti Belarussi, inklużi l-kapijiet tal-oppożizzjoni Maryia Kalesnikava, Maksim Znak, Siarhei Tsikhanouski, Pavel Seviarynets u Mikalai Statkevich, ġew soġġetti għal iżolament komplet, b’nuqqas totali ta’ informazzjoni dwarhom; billi l-inkarċerazzjoni ta’ Andrzej Poczobut, mexxej tal-minoranza Pollakka fil-Belarussja, hija eżempju tal-persekuzzjoni tal-minoranzi nazzjonali fil-Belarussja; |
|
D. |
billi fir-rapport tiegħu tat-3 ta’ Frar 2023, il-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem iddikjara li l-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni fil-Belarussja jikkostitwixxu trattament krudili, inuman u degradanti, kif ukoll tortura; billi l-priġunieri ma jingħatawx assistenza medika jew konsulenza legali f’waqthom; billi hemm 1 500 priġunier politiku fil-Belarussja u Aliaksandr Vikhor, Dzianis Kuzniatsou, Vitold Ashurak u Mikalai Klimovich mietu waqt li kienu f’detenzjoni; |
|
1. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Belarussi jwaqqfu minnufih it-trattament ħażin ta’ Viktar Babaryka u ta’ priġunieri politiċi oħra, u jiżguraw assistenza medika xierqa u aċċess għall-avukati, il-familja, il-membri tal-korp diplomatiku u l-organizzazzjonijiet internazzjonali sabiex ikunu jistgħu jivvalutaw il-kundizzjoni tagħhom u jipprovdu l-għajnuna; |
|
2. |
Jappella għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet ta’ Viktar Babaryka u ta’ ibnu Eduard, flimkien ma’ Mariya Kalesnikava, Maksim Znak, Siarhei Tsikhanouski, Pavel Seviarynets, Mikalai Statkevich, Raman Pratasevich, Andrzej Poczobut, Ales Bialiatski u l-priġunieri politiċi l-oħra kollha fil-Belarussja; |
|
3. |
Jikkundanna bil-qawwa t-trattament inuman tal-priġunieri politiċi u l-familji tagħhom, u r-repressjoni kontinwa tal-oppożizzjoni politika, is-soċjetà ċivili, it-trade unions, id-difensuri legali, il-media indipendenti u l-minoranzi nazzjonali fil-Belarussja; |
|
4. |
Itenni s-solidarjetà tiegħu mal-poplu tal-Belarussja fil-ġlieda tiegħu għal Belarussja ħielsa, sovrana u demokratika; jikkundanna l-involviment tal-Belarussja fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna; |
|
5. |
Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jiżviluppaw programm immirat ta’ assistenza tal-UE biex jgħin lill-vittmi tar-repressjoni politika, inkluż billi jtejbu l-proċeduri tal-ażil u jipprovdu kenn temporanju fl-UE għal dawk li jfittxu rifuġju politiku; |
|
6. |
Itenni t-talba tiegħu lill-UE u lill-Istati Membri biex jespandu u jiżguraw l-infurzar xieraq tas-sanzjonijiet tal-UE kontra individwi u entitajiet responsabbli għar-repressjoni fil-Belarussja, inklużi l-imħallfin, il-prosekuturi, l-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi, tal-ħabsijiet u tal-kolonji penali, u l-faċilitaturi tar-reġim; jappella għal sanzjonijiet kontra dawk responsabbli għad-deportazzjoni illegali ta’ tfal Ukreni lejn il-Belarussja; |
|
7. |
Itenni t-talba tiegħu li jiġi stabbilit l-obbligu ta’ rendikont għall-awturi kollha tal-ksur sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem taħt ir-reġim ta’ Lukashenka; |
|
8. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Istati Membri, lir-rappreżentanti tal-forzi demokratiċi Belarussi u lill-awtoritajiet Belarussi de facto. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1069/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)