<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑534/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0534</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:343">EU:C:2013:343</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT‑<DATE ISO="20130530">30.5.2013</DATE> — KAWŻA C-534/11</P><P>ARSLAN</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20130530">30 ta’ Mejju 2013</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Żona ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2008/115/KE</KEYWORD><KEYWORD>Standards u proċeduri komuni fil-qasam ta’ ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jkunu fil-pajjiż illegalment</KEYWORD><KEYWORD>Applikabbiltà għall-applikanti għall-ażil</KEYWORD><KEYWORD>Possibbiltà li ċittadin ta’ pajjiż terz jinżamm f’detenzjoni wara l-preżentata ta’ applikazzjoni għall-ażil</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑534/11,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari abbażi tal-Artikolu 267 TFUE, imressqa min-Nejvyšší správní soud (Ir-Repubblika Ċeka), permezz tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20110922">22 ta’ Settembru 2011</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20111020">20 ta’ Ottubru 2011</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Mehmet Arslan,</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Policie ČR, Krajské ředitelství policie Ústeckého kraje, odbor cizinecké policie,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn M. Ilešič (Relatur), President tal-Awla, E. Jarašiūnas, A. Ó Caoimh, C. Toader u C. G. Fernlund, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Wathelet,</P><P>Reġistratur: M. Aleksejev, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20121107">7 ta’ Novembru 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u J. Vláčil, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn N. Graf Vitzthum, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn G. de Bergues u S. Menez, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Slovakk, minn B. Ricziová, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Svizzeru, minn D. Klingele, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Condou-Durande u M. Šimerdová, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20130131">31 ta’ Jannar 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari hija dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="98" NO.OJ="348" DATE.PUB="2008">ĠU L 348, p. 98</REF.DOC.OJ>), moqri flimkien mal-premessa 9 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn M. Arslan, ċittadin Tork, li kien ġie arrestat u mqiegħed f’detenzjoni fir-Repubblika Ċeka minħabba t-tneħħija amministrattiva tiegħu u li, matul din id-detenzjoni, ppreżenta applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-ażil, u l-Policie ČR, Krajské ředitelství policie Ústeckého kraje, odbor cizinecké policie (pulizija tar-Repubblika Ċeka, Direttorat Ġenerali Reġjonali tar-Reġjun ta’ Ústí, sezzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>pulizija responsabbli mill-barranin<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), dwar id-deċiżjoni ta’ din tal-aħħar, tal-<DATE ISO="20110325">25 ta’ Marzu 2011</DATE>, li ttawwal id-detenzjoni inizjali ta’ 60 jum għal perijodu addizzjonali ta’ 120 jum.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 2008/115</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 2, 4, 8, 9 u 16 tad-Direttiva 2008/115 jistabbilixxu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>(2)</NO.P><TXT>Il-Kunsill Ewropew [...] sejjaħ għat-twaqqif ta’ politika effettiva ta’ tneħħija u ripatrijazzjoni, mibnija fuq standards komuni, għar-ritorn ta’ persuni b’mod uman u b’rispett sħiħ lejn id-drittijiet fundamentali u tad-dinjità tagħhom.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Hemm bżonn li jitfasslu regoli ċari, trasparenti u ġusti biex ikun hemm politika ta’ ritorn effettiva bħala element neċessarju ta’ politika tal-migrazzjoni li tkun ġestita b’mod tajjeb.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>Huwa rikonoxxut li huwa leġittimu għall-Istati Membri li jirritornaw ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment sakemm dawn ikollhom fis-seħħ sistemi ta’ asil ġusti u effiċjenti li jirrispettaw b’mod sħiħ il-prinċipju ta’ non-refoulement.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT>Skond id-[Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE tal-<DATE ISO="20051201">1 ta’ Diċembru 2005</DATE> dwar standards minimi għall-proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="168" NO.OJ="175M" DATE.PUB="2005">ĠU L 175M, p. 168</REF.DOC.OJ>)], ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun applika għal asil fi Stat Membru ma għandux ikun meqjus bħala li qiegħed illegalment fit-territorju ta’ l-Istat Membru sakemm ma tidħolx fis-seħħ deċiżjoni negattiva fir-rigward ta’ l-applikazzjoni jew deċiżjoni li ttemm id-dritt ta’ soġġorn tiegħu jew tagħha biex ifittex asil.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(16)</NO.P><TXT>L-użu tad-detenzjoni għall-fini ta’ tneħħija għandu jkun limitat u soġġett għall-prinċipju tal-proporzjonalità fir-rigward tal-mezzi użati u l-objettivi segwiti. Id-detenzjoni hija ġustifikata biss biex jiġi ppreparat r-ritorn jew jitwettaq il-proċess ta’ tneħħija u jekk l-applikazzjoni ta’ miżuri anqas koerżivi ma tkunx suffiċjenti.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2008/115, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Suġġet<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Din id-Direttiva tistabbilixxi standards u proċeduri komuni li għandhom jiġu applikati fl-Istati Membri biex jiġu rritornati ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, skond id-drittijiet fundamentali bħala prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja kif ukoll tal-liġi internazzjonali, inkluż il-protezzjoni tar-refuġjati u l-obbligi dwar id-drittijiet tal-bniedem.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Din id-Direttiva tapplika għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin illegalment fit-territorju ta’ Stat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(2) tal-imsemmija direttiva jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>soġġorn illegali<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>il-preżenza fit-territorju ta’ Stat Membru, ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li ma jissodisfax, jew m’għadux jissodisfa l-kondizzjonijiet [...] għal dħul, soġġorn jew residenza f’dak l-Istat Membru<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2008/115 jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>l-Istati Membri għandhom joħorġu deċiżjoni ta’ ritorn għal ċittadin ta’ pajjiż terz li qed jissoġġorna illegalment fit-territorju tagħhom [...]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 15 tal-imsemmija direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="015.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dment li ma jistgħux jiġu applikati b’mod effettiv miżuri oħrajn suffiċjenti iżda inqas koersivi fil-każ speċifiku, l-Istati Membri jistgħu biss iżommu f’detenzjoni ċittadin ta’ pajjiż terz, li hu suġġett għal proċeduri ta’ ritorn biex jitħejja r-ritorn u/jew jitwettaq il-proċess ta’ tneħħija, partikolarment meta:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jkun hemm riskju ta’ ħarba jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz konċernat jevita jew ifixkel it-tħejjija tar-ritorn jew il-proċess ta’ tneħħija.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Kwalunkwe detenzjoni għandha tkun għal perijodu kemm jista’ jkun qasir u għandha tinżamm biss sakemm l-arranġamenti ta’ tneħħija jkunu qed isiru u jitwettqu bid-diliġenza dovuta.</P><P>[...]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Meta jkun jidher li ma għadux jeżisti prospett raġonevoli ta’ tneħħija għal konsiderazzjonijiet legali jew oħrajn jew il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ma għadhomx aktar jeżistu, id-detenzjoni ma tibqax ġustifikata u l-persuna konċernata għandha tkun rilaxxata minnufih.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Id-detenzjoni għandha titkompla għal tul ta’ perijodu meħtieġ biex il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jiġu sodisfatti u biex tiġi żgurata t-tneħħija b’suċċess. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi perijodu limitat ta’ detenzjoni, li ma jistax jeċċedi sitt xhur.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri jistgħu ma jestendux il-perijodu msemmi fil-paragrafu 5 ħlief għal perijodu limitat li ma jeċċedix it-tnax-il xahar oħra skond il-liġi nazzjonali f’każijiet fejn minkejja l-isforzi raġonevoli kollha tagħhom l-operazzjoni ta’ tneħħija tista’ ddum minħabba:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>nuqqas ta’ kooperazzjoni miċ-ċittadin ta’ pajjiż terz konċernat, jew</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>dewmien fil-kisba tad-dokumentazzjoni neċessarja minn pajjiżi terzi.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 2005/85</P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2005/85 għandha, abbażi tal-Artikolu 1 tagħha, bħala għan li tistabbilixxi standards minimi dwar il-proċedura tal-għoti u tal-irtirar tal-istatus ta’ refuġjat. Hija essenzjalment tirregola l-preżentata ta’ applikazzjonijiet għall-ażil, il-proċedura tal-ipproċesar ta’ dawn l-applikazzjonijiet u d-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti għall-ażil.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva jipprovdi b’mod partikolari li, għall-finijiet ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> jew <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>applikazzjoni għall-ażil<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> tfisser applikazzjoni magħmula minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew minn persuna apolida li tista’ tiġi mifhuma bħala talba għal protezzjoni internazzjonali minn Stat Membru taħt il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra [Ġabra tat-Trattati tan-Nazzjonijiet Uniti, Vol. 189, p. 150, Nru 2545 (1954), li daħlet fis-seħħ fit-<DATE ISO="19540422">22 ta’ April 1954</DATE>]. Kull applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali hija preżunta applikazzjoni għall-ażil, sakemm il-persuna konċernata ma titlobx b’mod espliċitu xi protezzjoni oħra li għaliha tista’ ssir applikazzjoni separatament;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>applikant<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> jew <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>applikant għall-ażil<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> tfisser ċittadin jew ċittadina ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li jagħmlu applikazzjoni għall-ażil li fir-rigward tagħha ma tkunx għadha ġiet meħuda deċiżjoni finali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>deċiżjoni finali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/> tfisser deċiżjoni dwar jekk iċ-ċittadin jew ċittadina ta’ pajjiż terz jew il-persuna apolida jingħatawx stat ta’ rifuġjat [...] u li ma tkunx suġġetta aktar għal rimedju fil-qafas tal-Kapitolu V ta’ din id-Direttiva irrispettivament jekk tali rimedju għandux l-effett li jippermetti applikanti jibqgħu fl-Istati Membri konċernati sa l-eżitu tagħha, suġġett għall-Anness III ta’ din id-Direttiva;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>awtorità determinanti<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="2019" ID="QE0017"/> tfisser kwalunkwe korp semi-ġudizzjarju jew amministrattiv fi Stat Membru responsabbli sabiex jeżamina applikazzjonijiet għall-ażil, u kompetenti sabiex jieħu, fl-istadju ta’ prim’istanza, deċiżjonjiet f’tali każijiet, suġġett għall-Anness I;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(k)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>tibqa’ fl-Istat Membru<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/> tfisser li tibqa’ fit-territorju, inklużi l-fruntiera jew iż-żoni ta’ transitu ta’ l-Istat Membru li fih tkun saret l-applikazzjoni għall-ażil jew li fih tkun qiegħda tiġi eżaminata tali applikazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikanti għandhom jitħallew jibqgħu fl-Istat Membru, għall-fini tal-proċedura biss, sa meta l-awtorità determinanti tkun ħadet id-deċiżjoni skond il-proċeduri fl-istadju ta’ prim’istanza stabbiliti fil-Kapitolu III. Dan id-dritt ta’ l-applikant li jibqa’ fl-Istat Membru ma jikkostitwixxix jedd għal permess ta’ residenza.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jagħmlu eċċezzjoni biss fejn, skond l-Artikoli 32 u 34, ma tkunx sejra tiġi eżaminata aktar xi applikazzjoni sussegwenti jew fejn dawn iċedu jew jestradixxu, skond il-każ, persuna lejn Stat Membru ieħor konformament ma’ obbligi taħt il-Mandat ta’ Arrest Ewropew [...] jew diversament, jew lejn pajjiż terz, jew lejn qrati jew tribunali kriminali internazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 18 tal-istess direttiva jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="018.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri ma għandhomx iżommu persuna f’detenzjoni għar-raġuni biss li huwa jkun applikant għall-ażil.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="018.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn applikant għall-ażil ikun miżmum f’detenzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-possibbiltà ta’ reviżjoni ġudizzjarja aċċelerata.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2005/85 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>L-Istati Membri jistgħu wkoll jistabbilixxu li tiġi prijoritizzata jew aċċelerata proċedura ta’ eżami [...] jekk:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(j)</NO.P><TXT>l-applikant ikun qiegħed jippreżenta applikazzjoni biss sabiex jittardja jew ifixkel l-infurzar ta’ deċiżjoni preċedenti jew imminenti li tirriżulta fl-espulsjoni tiegħu [...]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 39(1) ta’ din id-direttiva jqiegħed fuq l-Istati Membri l-obbligu li jiżguraw lill-applikanti għall-ażil dritt għal rimedju effettiv. Il-paragrafu 3 ta’ din id-dispożizzjoni huwa redatt f’dawn it-termini:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>L-Istati Membri għandhom, fejn ikun il-każ, jistabbilixxu regoli konformement ma’ l-obbligi internazzjonali tagħhom relatati ma’ dawn li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-kwistjoni jekk ir-rimedju skond il-paragrafu 1 għandux ikollu l-effett li l-applikanti jkunu permessi jibqgħu fl-Istat Membru konċernat sa l-eżitu tiegħu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-possibbiltà ta’ rimedju legali jew ta’ miżuri protettivi fejn ir-rimedju skond il-paragrafu 1 ma jkollux l-effett li l-applikanti jkunu permessi jibqgħu fl-Istat Membru konċernat sa l-eżitu tiegħu. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu wkoll għal rimedju <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>. [...]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 2003/9</P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/9/KE, tas-<DATE ISO="20030127">27 ta’ Jannar 2003</DATE>, li tistabbilixxi standards minimi għall-akkoljenza ta’ dawk li jfittxu ażil (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 06, p. 101) tistabbilixxi b’mod partikolari l-kundizzjonijiet ta’ soġġorn u ta’ moviment tal-applikanti għall-ażil. L-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dawk li jfittxu ażil jistgħu jiċċaqalqu b’mod liberu fit-territorju ta’ l-Istat Membru li jilqagħhom jew f’żona assenjata lilhom minn dak l-Istat Membru. Iż-żona assenjata m’għandhiex taffettwa l-isfera inaljenabbli tal-ħajja privata u għandha tippermetti ambitu suffiċjenti biex tiggarantixxi aċċess għall-benefiċċji kollha taħt din id-Direttiva.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu dwar ir-residenza ta’ min ifittex ażil minħabba reġunjiet ta’ interess pubbliku, ordni pubblika jew, meta meħtieġ, ta’ pproċessar ta’ malajr u mmonitorjar effettiv ta’ l-applikazzjoni tiegħu jew tagħha.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="6"?><PARAG IDENTIFIER="007.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Meta jkun ipprovat meħtieġ, per eżempju għal reġunijiet legali jew raġunijiet ta’ ordni pubblika, Stati Membri jistgħu jirrestrinġu applikant għal post partikulari skond il-liġi nazzjonali tagħhom.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 21(1) ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjonijiet negattivi konnessi mal-għotja ta’ benefiċċji taħt din id-Direttiva jew deċiżjonijiet meħuda taħt l-Artikolu 7 li jolqtu individwalment lil dawk li jfittxu ażil jistgħu jkunu suġġetti għal appell ġewwa l-proċedura preskritta fil-liġi nazzjonali. Għall-inqas fl-aħħar istanza għandha tingħata l-possibilità ta’ appell jew reviżjoni quddiem korp ġudizzjali.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ċek</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2008/115 ġiet trasposta fid-dritt Ċek essenzjalment permezz ta’ emenda fil-Liġi Nru 326/1999 dwar is-soġġorn tal-barranin fit-territorju tar-Repubblika Ċeka (iktar ’il quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Liġi Nru 326/1999<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 124(1) tal-Liġi Nru 326/1999, il-pulizija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>hija awtorizzata li tpoġġi f’detenzjoni persuna barranija ta’ iktar minn 15-il sena li tkun ġiet innotifikata bil-ftuħ ta’ proċedura amministrattiva ta’ tneħħija, li fil-konfront tagħha tkun diġà ġiet adottata deċiżjoni amministrattiva definittiva ta’ tneħħija, jew li għaliha Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jkun diġà ħareġ digriet ta’ projbizzjoni ta’ dħul validu għat-territorju tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u li l-adozzjoni ta’ miżuri partikolari għall-finijiet ta’ tneħħija volontarja ma tkunx suffiċjenti<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, u jekk tkun issodisfatta ta’ mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti b) u e) tal-imsemmi dispożizzjoni, jiġifieri li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>jkun jeżisti riskju li l-persuna barranija tkun tista’ taħrab jew tagħmel iktar diffiċli l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ tneħħija amministrattiva<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>il-persuna barranija tkun irreġistrata fis-sistema tal-informatika tal-partijiet kontraenti<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 125(1) ta’ din il-liġi, it-tul ta’ żmien tad-detenzjoni ma jistax, bħala regola ġenerali, jaqbeż il-180 ġurnata.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>L-Artikolu 127 tal-imsemmija liġi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="127.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Id-detenzjoni għandha tintemm mingħajr dewmien</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>meta r-raġunijiet għad-detenzjoni ma jkunux għadhom jissussistu,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>jekk il-persuna barranija tkun ingħatat l-ażil jew protezzjoni sussidjarja, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>jekk il-persuna barranija tkun ingħatat permess ta’ soġġorn għal żmien twil għall-finijiet tal-protezzjoni tagħha fit-territorju.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="127.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-preżentata ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali matul il-perijodu ta’ detenzjoni ma tikkostitwixxix raġuni li tiġġustifika t-tmiem tad-detenzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2005/85 ġiet trasposta fid-dritt Ċek essenzjalment permezz ta’ emenda fil-Liġi Nru 325/1999 dwar l-ażil. L-Artikolu 85a ta’ din il-liġi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>1)</NO.P><TXT>Id-dikjarazzjoni għall-finijiet ta’ protezzjoni internazzjonali ttemm il-validità tal-viża għal żmien twil jew tal-permess ta’ soġġorn għal żmien twil mogħtija b’applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni speċifika applikabbli.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-istatus ġuridiku tal-persuna barranija li jirriżulta mit-tqegħid tagħha f’ċentru ta’ detenzjoni ma jiġix affettwat minn dikjarazzjoni li tista’ tingħata għall-finijiet ta’ protezzjoni internazzjonali jew minn applikazzjoni li tista’ ssir għal protezzjoni internazzjonali (Artikolu 10).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-persuna barranija li tkun għamlet dikjarazzjoni għall-finijiet ta’ protezzjoni internazzjonali jew li tkun ippreżentat applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali hija, suġġetta għall-ħarsien tal-kundizzjonijiet stipulati fil-leġiżlazzjoni speċifika applikabbli, obbligata li tibqa’ fiċ-ċentru ta’ detenzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20110201">1 ta’ Frar 2011</DATE>, M. Arslan ġie arrestat minn skwadra mobbli tal-pulizija Ċeka u tpoġġa f’detenzjoni. Fit-<DATE ISO="20110202">2 ta’ Frar 2011</DATE>, ittieħdet deċiżjoni ta’ tneħħija kontrih.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tat-<DATE ISO="20110208">8 ta’ Frar 2011</DATE>, it-tul ta’ żmien tad-detenzjoni ta’ M. Arslan ġie estiż għal 60 ġurnata għar-raġuni li b’mod partikolari, fid-dawl tal-imġiba tiegħu fil-passat, wieħed seta’ jassumi li kien ser jipprova jevita d-deċiżjoni ta’ tneħħija. Din id-deċiżjoni kienet tesponi li l-persuna kkonċernata kienet daħlet klandestinament fiż-żona Schengen, b’mod li tevita l-kontrolli fil-fruntieri u li kienet issoġġornat suċċessivament fl-Awstrija u fir-Repubblika Ċeka mingħajr dokument tal-ivvjaġġar u mingħajr viża. Barra minn hekk, din id-deċiżjoni kienet tirrileva li M. Arslan kien diġà ġie interpellat, matul is-sena 2009, fit-territorju Grieg fil-pussess ta’ passaport falz u li, sussegwentement, kien intbagħat lura fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu u kien iddaħħal fis-sistema tal-informatika Schengen bħala persuna taħt projbizzjoni ta’ dħul fit-territorju tal-Istati taż-żona Schengen għall-perijodu bejn is-<DATE ISO="20100126">26 ta’ Jannar 2010</DATE> u s-<DATE ISO="20130126">26 ta’ Jannar 2013</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Fl-istess ġurnata meta ġiet adottata din l-aħħar deċiżjoni, M. Arslan ippreżenta quddiem l-awtoritajiet Ċeki applikazzjoni għall-ażil.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20110325">25 ta’ Marzu 2011</DATE>, id-detenzjoni ta’ M. Arslan ġiet ipprolongata għal 120 jum għar-raġuni li din l-estensjoni kienet meħtieġa għat-tkomplija tat-tħejjija tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ tneħħija tal-persuna kkonċernata, fid-dawl, b’mod partikolari, tal-impossibbiltà li din id-deċiżjoni tiġi eżegwita matul il-perijodu tal-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni għall-ażil tiegħu. F’din id-deċiżjoni ġie indikat li din l-applikazzjoni kienet ġiet ippreżentata bil-għan li l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ tneħħija ssir iktar diffiċli. Din id-deċiżjoni kienet tirrileva, barra minn hekk, li sa dakinhar, l-ambaxxata tar-Repubblika tat-Turkija kienet għadha ma ħarġitx dokument tal-ivvjaġġar ta’ sostituzzjoni għal M. Arslan, fatt li wkoll kien ta’ natura li jostakola l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ tneħħija.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>M Arslan ippreżenta rikors kontra din id-deċiżjoni ta’ estensjoni tad-detenzjoni tiegħu, li fih b’mod partikolari jsostni li, fil-mument li din tal-aħħar ġiet adottata, ma kienx hemm, fid-dawl tal-applikazzjoni tiegħu għall-ażil, perspettiva raġonevoli li t-tkeċċija tiegħu tista’ sseħħ matul il-perijodu massimu ta’ detenzjoni ta’ 180 jum previst mil-Liġi Nru 326/1999. F’dan il-kuntest, huwa argumenta li, fl-ipoteżi li l-applikazzjoni tiegħu għall-ażil tiġi miċħuda, huwa kien ser juża l-possibbiltajiet kollha ta’ rimedju. Fid-dawl tal-tul normali tal-proċeduri ġudizzjarji marbuta ma’ dan it-tip ta’ rikors, fil-fehma tiegħu, eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ tneħħija qabel l-iskadenza tat-terminu<?PAGE NO="8"?> massimu ta’ detenzjoni ma setgħetx tiġi b’mod realistiku kkunsidrata. F’dawn iċ-ċirkustanzi, M. Arslan kien qies li d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20110325">25 ta’ Marzu 2011</DATE> kienet tikser l-Artikolu 15(1) u (4) tad-Direttiva 2008/115 kif ukoll il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Peress li dan ir-rikors ġiet miċħud b’sentenza tas-<DATE ISO="20110427">27 ta’ April 2011</DATE> mill-qorti tal-ewwel istanza, li b’mod partikolari qieset li din tal-aħħar kien ibbażat fuq argument purament b’interess personali u spekulattiv, M. Arslan ippreżenta appell fil-kassazzjoni quddiem il-qorti tar-rinviju billi bbaża, essenzjalment, fuq l-istess argumenti bħal dawk invokati fl-ewwel istanza.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-frattemp, l-applikazzjoni għall-ażil ġiet miċħuda bid-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20110412">12 ta’ April 2011</DATE> tal-Ministru tal-Intern Ċek, li fir-rigward tagħha M. Arslan ippreżenta appell.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20110727">27 ta’ Lulju 2011</DATE>, id-detenzjoni tal-persuna kkonċernata ġiet fi tmiemha għaliex din il-miżura kienet laħqet it-tul massimu previst mil-liġi nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar il-fatt li l-applikant għall-protezzjoni internazzjonali jista’, skont id-Direttiva 2008/115, legalment jinżamm f’detenzjoni. B’mod partikolari, hija tistaqsi jekk din id-direttiva ma għandhiex tiġi interpretata fis-sens li d-detenzjoni ta’ barranin għal finijiet ta’ ritorn għandha tiġi fi tmiemha meta dan tal-aħħar jippreżenta applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali. Hija b’mod partikolari tqis li minn interpretazzjoni sistematika u teleoloġika tad-dispożizzjonijiet ikkonċernati jirriżulta li, fil-każ ta’ preżentata ta’ applikazzjoni għall-ażil, id-detenzjoni tista’ tiġi estiża biss bil-kundizzjoni li tiġi adottata deċiżjoni ġdida, li tkun ibbażata mhux fuq id-Direttiva 2008/115, iżda fuq dispożizzjoni li speċifikament tippermetti t-tqegħid f’detenzjoni ta’ applikant għall-ażil. Madankollu, din il-qorti tesprimi wkoll il-biża li tali interpretazzjoni tiffavorixxi l-użu abbużiv tal-proċeduri għall-ażil.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, in-Nejvyšší správní soud (Qorti Amministrattiva Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1), moqri flimkien mal-premessa 9 tad-Direttiva [2008/115] għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-direttiva ma tapplikax għal ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun ressaq applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fis-sens tad-Direttiva [2005/85]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, meta dan iċ-ċittadin barrani jinżamm sabiex jiġi rritornat, din iż-żamma għandha titwaqqaf meta dan iċ-ċittadin iressaq applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fis-sens tad-Direttiva [2005/85] u meta ma jkunx hemm raġunijiet oħra sabiex tiġi estiża ż-żamma tiegħu?<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-Gvern Franċiż jesprimi dubji fir-rigward tal-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari, għaliex mid-deċiżjoni tar-rinviju ma jirriżultax li M. Arslan ikkontesta l-fatt li d-Direttiva 2008/115 tapplika għalih wara l-preżentata tal-applikazzjoni tiegħu għall-ażil. F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-talba għal deċiżjoni preliminari għandha natura ipotetika.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu qabelxejn jitfakkar li, fil-kuntest tal-proċedura stabbilta mill-Artikolu 267 TFUE, hija biss il-qorti nazzjonali, li ġiet adita bit-tilwima u li għandha tassumi r-responsabbiltà għall-eventwali deċiżjoni ġurisdizzjonali, li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, kemm il-ħtieġa ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun f’pożizzjoni li tagħti s-sentenza tagħha kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja.<?PAGE NO="9"?> Għaldaqstant, sakemm id-domandi magħmula jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja hija, bħala regola, marbuta li tiddeċiedi (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-<DATE ISO="20130226">26 ta’ Frar 2013</DATE>, Melloni, C‑399/11, punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-preżunzjoni ta’ rilevanza marbuta mad-domandi li jsiru b’mod preliminari mill-qrati nazzjonali tista’ tiġi skartata biss b’mod eċċezzjonali, fil-każ li jkun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni prevista fid-domandi ma jkollha ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew saħansitra meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi meħtieġa sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Melloni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 29 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li, f’din il-kawża, mill-proċess mibgħut lill-Qorti tal-Ġustizzja ma jirriżultax b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma għandha l-ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, jew saħansitra li l-problema mqajma mill-qorti tar-rinviju hija ta’ natura ipotetika.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-ewwel nett, jidher b’mod ċert li M. Arslan ikkontesta l-estensjoni tad-detenzjoni tiegħu mhux minħabba n-nuqqas ta’ applikabbiltà tad-Direttiva 2008/115, iżda b’mod partikolari minħabba li din l-estensjoni kienet tikser l-Artikolu 15 ta’ din tal-aħħar minħabba l-fatt li, fid-dawl tat-tul tal-proċedura ta’ eżami ta’ applikazzjoni għall-ażil, ma kienx hemm perspettiva raġonevoli li t-tkeċċija tiegħu tista’ sseħħ matul il-perijodu ta’ detenzjoni massimu awtorizzat mid-dritt Ċek. Xorta jibqa’ l-fatt li, sabiex jiġi ddeterminat jekk l-imsemmija estensjoni tiksirx jew le l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/115, il-qorti tar-rinviju għandha tiddetermina bil-quddiem jekk din id-direttiva hijiex applikabbli għas-sitwazzjoni ta’ M. Arslan wara l-preżentata tal-applikazzjoni tiegħu għall-ażil. Għalhekk, risposta għall-ewwel domanda hija meħtieġa sabiex din tal-aħħar tkun tista’ tiddeċiedi fuq il-fondatezza tal-argument invokat quddiemha.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>It-tieni nett, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li din il-qorti tqis li, fl-ipoteżi li d-Direttiva 2008/115 ma tibqax tapplika wara l-preżentata ta’ applikazzjoni għall-ażil, id-detenzjoni ta’ M. Arslan setgħet tinżamm biss fuq il-bażi ta’ deċiżjoni ġdida adottata fuq il-bażi ta’ dispożizzjonijiet li speċifikament jippermettu t-tqegħid f’detenzjoni ta’ applikant għall-ażil, b’mod li d-deċiżjoni kkontestata tkun illegali diġà minħabba dan il-motiv. Issa, ma jistax jiġi eskluż li l-qorti tar-rinviju hija awtorizzata li tirrileva tali diffett, jekk ikun il-każ anki <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għalkemm id-deċiżjoni tal-qorti tar-rinviju ssemmi l-fatt li, fis-<DATE ISO="20110727">27 ta’ Lulju 2011</DATE>, id-detenzjoni ta’ M. Arslan ġiet fi tmiemha u għalkemm, skont l-informazzjoni addizzjonali pprovduta mill-Gvern Ċek, dan tal-aħħar ħarab l-għada tal-ħelsien tiegħu, għandu jiġi kkonstatat li ebda minn dawn iż-żewġ ċirkustanzi ma jippermettu li jiġi preżunt, minħajr ma tirriżulta l-iċken indikazzjoni f’dan is-sens la mill-proċess, la mingħand il-qorti tar-rinviju u lanqas minn wieħed mill-partijiet fil-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li l-qorti tar-rinviju ma għadhiex obbligata, abbażi tad-dritt nazzjonali tagħha, li tiddeċiedi fuq ir-rikors li bih hija adita.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-talba għal deċiżjoni preliminari għandha tiġi ddikjarata bħala ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2008/115, moqri flimkien mal-premessa 9 tal-imsemmija direttiva, għandux jiġi interpretat fis-sens li din id-direttiva ma tapplikax għal ċittadini ta’ pajjiż terz li ppreżentaw applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, fis-sens tad-Direttiva 2005/85.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Il-Gvern Ġermaniż, il-Gvern Svizzeru kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea jipproponu risposta affermattiva għal din id-domanda, filwaqt li l-Gvern Ċek, Franċiż u Slovakk essenzjalment iqisu li l-imsemmija direttiva tista’ tapplika, jekk ikun il-każ taħt ċerti kundizzjonijiet, ukoll għal applikant għall-ażili.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont il-premessa 2, id-Direttiva 2008/115 hija intiża għall-implementazzjoni ta’ politika effettiva ta’ tneħħija u ta’ ripatrijazzjoni bbażata fuq liġijiet komuni, sabiex il-persuni kkonċernati jiġu ripatrijati b’mod uman u b’osservanza sħiħa tad-drittijiet fundamentali kif ukoll tad-dinjità tagħhom. Kif jirriżulta kemm mit-titolu tagħha kif ukoll mill-Artikolu 1 tagħha, id-Direttiva 2008/115 tistabbilixxi għal dan il-għan <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>standards u proċeduri komuni<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> li għandhom jiġi applikati minn kull Stat Membru għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (sentenza tat-<DATE ISO="20110428">28 ta’ April 2011</DATE>, El Dridi, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-61/11 PPU" PAGE.ECR="I-3015" YEAR="2011">C-61/11 PPU, Ġabra p.I-3015</REF.DOC.ECR>, punti 31 u 32).</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/115, l-Artikolu 2(1) ta’ din tal-aħħar jipprovdi li hija tapplika għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fit-territorju ta’ Stat Membru b’mod illegali. Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>soġġorn illegali<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> huwa ddefinit fl-Artikolu 3(2) bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>il-preżenza fit-territorju ta’ Stat Membru, ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li ma jissodisfax, jew m’għadux jissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ dħul [...] soġġorn jew residenza f’dak l-Istat Membru<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Il-premessa 9 tad-Direttiva 2008/115 tippreċiża f’dan ir-rigward li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>[s]kond id-Direttiva [2005/85], ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun applika għal asil fi Stat Membru ma għandux ikun meqjus bħala li qiegħed illegalment fit-territorju ta’ l-Istat Membru sakemm ma tidħolx fis-seħħ deċiżjoni negattiva fir-rigward ta’ l-applikazzjoni jew deċiżjoni li ttemm id-dritt ta’ soġġorn tiegħu jew tagħha biex ifittex asil<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Fil-fatt, id-Direttiva 2005/85, li l-għan tagħha huwa, skont l-Artikolu 1 tagħha, il-ħolqien ta’ standards minimi dwar il-proċedura għall-għoti u għall-irtirar tal-istatus ta’ refuġjat, tistabbilixxi fl-Artikolu 7(1) tagħha, id-dritt għall-applikanti għall-ażil li jibqgħu, biss għall-finijiet tal-proċedura għall-ażil, fl-Istat Membru li fih it-talba tagħhom tkun ġiet ippreżentata jew hija eżaminata, u dan sakemm l-awtorità responsabbli għal dan l-eżami tiddeċiedi fl-ewwel istanza fuq din l-applikazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(2) tal-imsemmija direttiva jippermetti eċċezzjonijiet għar-regola li tinsab fil-paragrafu 1 ta’ dan l-istess artikolu biss abbażi ta’ kundizzjonijiet restrittivi, jiġifieri meta ma tkunx l-ewwel applikazzjoni għall-ażil iżda applikazzjoni ulterjuri, li l-eżami tagħha ma huwiex appellat, jew jekk l-applikant ikun intbagħat lejn, jew ġiet estradit lejn, jew Stat Membru ieħor, jew pajjiż tez, jew qorti kriminali internazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 39(3) tad-Direttiva 2005/85 jagħti lil kull Stat Membru l-possibbiltà li d-dritt stabbilit bl-Artikolu 7(1) tal-imsemmij direttiva jiġi estiż, billi jiġi stabbilit li l-preżentata ta’ appell mid-deċiżjoni tal-awtorità responsabbli fl-ewwel istanza jkollha bħala effett li tippermetti lill-applikanti għall-ażil li jibqgħu fit-territorju tal-imsemmi Stat sakemm joħroġ l-eżitu ta’ dan ir-rikors.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Għalhekk, għalkemm l-imsemmi Artikolu 7(1) ma jagħtix espressament dritt għal permess ta’ soġġorn, iżda jħalli għad-diskrezzjoni ta’ kull Stat Membru d-deċiżjoni tal-għoti jew le ta’ tali permess, mill-kliem, mill-istruttura u mill-għan tad-Direttivi 2005/85 u 2008/115 jirriżulta b’mod ċar li applikant għall-ażil għandu, irrispettivament mill-għoti ta’ tali permess, id-dritt li jgħix fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat tal-inqas sakemm l-applikazzjoni tiegħu tkun ġiet miċħuda fl-ewwel istanza u ma jistax għalhekk jitqies bħala f’<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>soġġorn illegali<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> fis-sens tad-Direttiva 2008/115, peress li din tal-aħħar tirrigwarda t-tneħħija mill-imsemmi territorju.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal iktar ’il fuq jirriżulta li r-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2008/115, moqri flimkien mal-premessa 9 tal-imsemmija direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-direttiva ma tapplikax għal ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun ippreżenta applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, fis-sens tad-Direttiva 2005/85, u dan matul il-perijodu li jkopri l-preżentata tal-imsemmija applikazzjoni sal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-ewwel istanza li tiddeċiedi dwar din l-applikazzjoni jew, jekk ikun il-każ, sal-eżitu tar-rikors li jkun ġie ippreżentat kontra l-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk, minkejja n-nuqqas ta’ applikabbiltà tad-Direttiva 2008/115 għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jkunu ppreżentaw applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fis-sens tad-Direttiva 2005/85, huwiex possibbli li jinżamm f’detenzjoni tali ċittadin li jkun ippreżenta l-imsemmija applikazzjoni wara li jkun tqiegħed f’detenzjoni skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/115 għall-finijiet tar-ritorn tiegħu jew tat-tneħħija tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Il-Gvern Ġermaniż, il-Gvern Svizzeru kif ukoll il-Kummissjoni jqisu li, f’tali każ, id-detenzjoni tista’ titkompla meta din tkun iġġustifikata skont ir-regoli tad-dritt għall-ażil. Għalkemm fid-dawl tar-risposta tagħhom issuġġerita għall-ewwel domanda, il-Gvern Ċek, Franċiż u Slovakk ma rrispondewx għal din it-tieni domanda, mill-osservazzjonijiet tagħhom jirriżulta li huma jqisu li l-preżentata ta’ applikazzjoni għall-ażil ma jistax ikollha bħala konsegwenza li d-detenzjoni għandha tiġi fi tmiemha.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrilevat, id-detenzjoni għal raġunijiet ta’ tneħħija regolata mid-Direttiva 2008/115 u d-detenzjoni ordnata fil-konfront ta’ applikant għall-ażil, b’mod partikolari skont id-Direttivi 2003/9 u 2005/85 u d-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli, jaqgħu taħt sistemi legali differenti (ara s-sentenza tat-<DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE>, Kadzoev, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-357/09 PPU" PAGE.ECR="I-11189" YEAR="2009">C-357/09 PPU, Ġabra p. I-11189</REF.DOC.ECR>, punt 45).</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Fir-rigward tas-sistema applikabbli għall-applikanti għall-ażil, għandu jitfakkar li l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/9 jistabbilixxi l-prinċipju li jipprovdi li l-applikanti għall-ażil jistgħu jimxu b’mod liberu fit-territorju tal-Istat Membru ospistanti jew fi ħdan żona li tkun ġiet stabbilita għalihom minn dan l-Istat Membru. Il-paragrafu 3 tal-imsemmi Artikolu 7 jippreċiża madankollu li, meta dan ikun meħtieġ, l-Istati Membri jistgħu jobbligaw lil applikant għall-ażil biex jgħix f’post iddeterminat skont id-dritt nazzjonali tagħhom, pereżempju minħabba raġunijiet legali jew ta’ ordni pubbliku.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2005/85, l-Istati Membri ma jistgħux iqiegħdu persuna f’detenzjoni sempliċement għax hija titlob l-ażil u, skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-istess artikolu, meta applikant għall-ażil jitqiegħed f’detenzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tingħata l-possibbiltà ta’ stħarriġ ġudizzjarju veloċi. Stħarriġ ġudizzjarju huwa wkoll previst mill-Artikolu 21 tad-Direttiva 2003/9 għad-deċiżjonijiet meħuda abbażi tal-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Madankollu, la d-Direttiva 2003/9 u lanqas id-Direttiva 2005/85 ma jipproċedu f’dan l-istadju għal armonizzazzjoni tal-motivi li abbażi tagħhom id-detenzjoni ta’ applikant għall-ażil tista’ tiġi ordnata. Fil-fatt, kif osserva l-Gvern Ġermaniż, il-proposta ta’ lista li tistabbilixxi b’mod eżawrjenti dawn<?PAGE NO="12"?> il-motivi ġiet abbandunata matul in-negozjati li ppreċedew l-adozzjoni tad-Direttiva 2005/85 u huwa biss fil-kuntest tar-riformulazzjoni tad-Direttiva 2003/9, li attwalment ser tiġi adottata, li huwa ppjanat li tiġi stabbilita tali lista fuq livell tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Konsegwentement, sa issa huwa l-kompitu tal-Istati Membri li jistabbilixxu, b’osservanza sħiħa tal-obbligu tagħhom li jirriżultaw kemm mid-dritt internazzjonali kif ukoll mid-dritt tal-Unjoni, il-motivi għaliex applikant għall-ażil jista’ jitqiegħed jew jinżamm f’detenzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha, minn naħa, iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun tqiegħed f’detenzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/115 għaliex l-aġir tiegħu kien iqajjem il-biża li, fl-assenza ta’ tali detenzjoni, huwa kien ser jaħrab u jevita t-tneħħija tiegħu, u, min-naħa l-oħra, l-applikazzjoni għall-ażil tkun tidher li tkun ġiet ippreżentata bl-għan biss li ttawwal, jew saħansitra tikkomprometti, l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ ritorn adottat fil-konfront tiegħu, għandu jiġi kkonstatat li tali ċirkustanzi effettivament jistgħu jiġġustifikaw iż-żamma f’detenzjoni tal-imsemmi ċittadin saħansitra wara l-preżentata tal-applikazzjoni għall-ażil.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Fil-fatt, dispożizzjoni nazzjonali li tippermetti, f’tali ċirkustanzi, iż-żamma fid-detenzjoni tal-applikant għall-ażil hija kompatibbli mal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2005/85 għaliex din id-detenzjoni tirriżulta mhux mill-preżentata tal-applikazzjoni għall-ażil, iżda mill-fatti li jikkaratterizzaw l-aġir individwali ta’ dan l-applikant qabel u matul il-preżentata ta’ din l-applikazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sa fejn iż-żamma tad-detenzjoni tidher f’tali ċirkustanzi bħala oġġettivament meħtieġa sabiex jiġi evitat li l-persuna kkonċernata taħrab b’mod definittiv ir-ritorn tagħha, din iż-żamma hija wkoll ammissibbli skont l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2003/9.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, għalkemm id-Direttiva 2008/115 hija inapplikabbli matul l-<HT TYPE="ITALIC">iter</HT> tal-proċedura ta’ eżami tal-applikazzjoni għall-ażil, dan bl-ebda mod ma jfisser li, għalhekk, il-proċedura għar-ritorn ser tiġi definittivament mitmuma, għaliex din tal-aħħar tista’ titkompla fl-ipoteżi li fiha l-applikazzjoni għall-ażil tiġi miċħuda. Issa, kif osservaw il-Gvern Ċek, Ġermaniż, Franċiż u Slovakk, l-għan ta’ din id-direttiva, jiġifieri r-ritorn effikaċi ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jkunu qegħdin fil-pajjiż b’mod illegali, jista’ jiġi ppreġudikat li kieku kien impossibbli għall-Istati Membri li jevitaw, f’ċirkustanzi bħal dawk esposti fil-punt 57 ta’ din is-sentenza, li l-persuna kkonċernata tkun tista’, permezz tal-preżentata ta’ applikazzjoni għall-ażil, tikseb awtomatikament it-tqegħid fil-libertà tagħha (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<DATE ISO="20111206">6 ta’ Diċembru 2011</DATE>, Achughbabian, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-329/11" PAGE.ECR="I-12695" YEAR="2011">C-329/11, Ġabra p. I-12695</REF.DOC.ECR>, punt 30).</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 23(4)(j) tad-Direttiva 2005/85 espressament jipprovdi li l-fatt li l-applikant ma jkunx ippreżenta applikazzjoni għall-finijiet li jtawwal jew li jtellef l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni preċedenti jew imminenti li twassal għat-tkeċċija tiegħu jista’ wkoll jittieħed inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-proċedura ta’ eżami tal-imsemmija applikazzjoni, peress li dan il-fatt jista’ jiġġustifika eżami aċċellerat jew prijoritarju ta’ din tal-aħħar. Id-Direttiva 2005/85 tiżgura għalhekk li l-Istati Membri jkollhom l-istrumenti meħtieġa għad-dispożizzjoni tagħhom sabiex jiżguraw l-effikaċità tal-proċedura ta’ ritorn billi jevitaw li din tal-aħħar tiġi sospiża lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għall-ipproċessar tajjeb tal-applikazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi ppreċiżat li s-sempliċi fatt li applikant għall-ażil, fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni tiegħu, ikun is-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ ritorn u li jitqiegħed f’detenzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/115, ma jippermettix li jiġi preżunt, mingħajr evalwazzjoni individwali tal-fatti kollha rilevanti ta’ kull każ, li dan tal-aħħar ippreżenta din l-applikazzjoni bil-għan biss li jtawwal jew li jikkomprometti l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ ritorn u li huwa oġġettivament meħtieġ u proporzjonat li tinżamm il-miżura ta’ detenzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li r-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li d-Direttivi 2003/9 u 2005/85 ma jipprekludux li ċittadin ta’ pajjiż terz, li ppreżenta applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fis-sens tad-Direttiva 2005/85 wara li jkun tqiegħed f’detenzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/115, jinżamm f’detenzjoni fuq il-bażi ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali meta jidher, wara evalwazzjoni individwali tal-fatti kollha rilevanti ta’ kull każ, li din l-applikazzjoni ġiet ippreżentata biss bl-għan li ttawwal jew tikkomprometti l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ ritorn u li huwa oġġettivament meħtieġ li tinżamm il-miżura ta’ detenzjoni sabiex jiġi evitat li l-persuna kkonċernata tevita definittivament r-ritorn tagħha.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, moqri flimkien mal-premessa 9 tal-imsemmija direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-direttiva ma tapplikax għal ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun ippreżenta applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, fis-sens tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, tal-<DATE ISO="20051201">1 ta’ Diċembru 2005</DATE>, dwar standards minimi għall-proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat, u dan matul il-perijodu li jkopri l-preżentata tal-imsemmija applikazzjoni sal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-ewwel istanza li tiddeċiedi dwar din l-applikazzjoni jew, jekk ikun il-każ, sal-eżitu tar-rikors li jkun ġie ippreżentat kontra l-imsemmija deċiżjoni.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Direttivi tal-Kunsill 2003/9, tas-<DATE ISO="20030127">27 ta’ Jannar 2003</DATE>, li tistabbilixxi standards minimi għall-akkoljenza ta’ dawk li jfittxu ażil, u 2005/85 ma jipprekludux li ċittadin ta’ pajjiż terz, li ppreżenta applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fis-sens tad-Direttiva 2005/85 wara li jkun tqiegħed f’detenzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/115, jinżamm f’detenzjoni fuq il-bażi ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali meta jidher, wara evalwazzjoni individwali tal-fatti kollha rilevanti ta’ kull każ, li din l-applikazzjoni ġiet ippreżentata biss bl-għan li ttawwal jew tikkomprometti l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ ritorn u li huwa oġġettivament meħtieġ li tinżamm il-miżura ta’ detenzjoni sabiex jiġi evitat li l-persuna kkonċernata tevita definittivament r-ritorn tagħha.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>