Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI I - TITOLU III - KOMPETENZI TA' L-UNJONI - Artikolu I-17
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0017 - 0017
Artikolu I-17 Oqsma ta' azzjoni ta' sostenn, ta' kordinazzjoni jew kumplimentari L-Unjoni għandha kompetenza li tieħu azzjoni ta' sostenn jew ta' kordinazzjoni jew azzjoni kumplimentari. Fil-livell Ewropew, l-oqsma għal din l-azzjoni għandhom ikunu: a) il-protezzjoni u t-titjib tas-saħħa tal-bniedem; b) l-industrija; ċ) il-kultura; d) it-turiżmu; e) l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ, l-isport, u l-formazzjoni professjonali; f) il-protezzjoni ċivili; g) il-koperazzjoni amministrattiva; --------------------------------------------------