|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2939 |
11.12.2024 |
DEĊIŻJONI (UE) 2024/2939 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-14 ta’ Novembru 2024
li temenda d-Deċìżjoni (UE) 2016/2248 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊE/2016/36) (BĊE/2024/33)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-13 ta’ Marzu 2024, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jintroduċi bidliet fil-qafas operattiv għall-implimentazzjoni tal-politika monetarja. Ir-remunerazzjoni tad-differenza bejn il-valur tal-assi assenjati ta’ bank ċentrali nazzjonali u l-valur tal-bażi tal-passiv tiegħu jenħtieġ li tinbidel biex jiġi minimizzat l-effett fuq id-dħul monetarju li jirriżulta minn bidliet fil-pożizzjonijiet tal-assi finanzjarji netti tal-bank ċentrali nazzjonali. Barra minn hekk, il-pretensjonijiet u l-passiv intra-Eurosistema għandhom jiġu remunerati bl-applikazzjoni ta’ kriterju oġġettiv biex tiġi definita l-ispiża tal-flus. F’dan il-kuntest, ir-rata tal-imgħax fuq il-faċilità ta’ depożitu titqies xierqa. |
|
(2) |
Fil-karta tal-bilanċ armonizzata (HBS) l-ebda bilanċ tal-Eurosistema ma għandu jiġi rrapportat jew mill-banek ċentrali nazzjonali taħt il-partita 10.2 tal-passiv tal-HBS “Passiv relatat mal-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE” jew mill-BĊE taħt il-partita 9.3 tal-attiv tal-HBS “Pretensjonijiet relatati mal-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE”. Il-partita tal-passiv tal-HBS 10.2 għandha tirrapporta l-passiv tat-TARGET separatament mill-passiv l-ieħor intra-Eurosistema, li għandhu jiġi rrapportat taħt il-partita 10.4 tal-passiv tal-HBS “Passiv ieħor fi ħdan l-Eurosistema (nett)”. Bl-istess mod, il-partita 9.3 tal-attiv tal-HBS għandha tirrapporta l-pretensjonijiet tat-TARGET separatament minn pretensjonijiet oħra intra-Eurosistema. Għall-finijiet tal-allokazzjoni tad-dħul monetarju, il-kompożizzjoni tal-bażi tal-passiv u l-lista tal-assi assenjabbli jenħtieġ li jiġu emendati biex jirriflettu dawn l-aspetti. |
|
(3) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjoni (UE) 2016/2248 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/36) (1) għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda
1. L-Artikolu 1(j) tad-Deċiżjoni (UE) 2016/2248 (BĊE/2016/36) huwa mibdul b’dan li gej:
|
“(j) |
‘rata ta’ referenza’ tfisser l-aħħar rata ta’ imgħax disponibbli applikata għall-faċilità ta’ depożitu offruta mill-Eurosistema skont l-Artikoli 21 sa 23 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (*1); |
2. L-Annessi I u II huma emendati skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-1 ta’ Jannar 2025.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-14 ta’ Novembru 2024.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Deċiżjoni (UE) 2016/2248 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Novembru 2016 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊE/2016/36) (ĠU L 347, 20.12.2016, p. 26).
ANNESS
1.
L-Anness I tad-Deċiżjoni (UE) 2016/2248 (BĊE/2016/36) huwa emendat kif ġej:|
(a) |
fit-taqsima A, il-paragrafu 4 huwa mibdul b’dan li ġej:
|
|
(b) |
fit-taqsima A, il-paragrafu 6 huwa mħassar. |
2.
L-Anness II tad-Deċiżjoni (UE) 2016/2248 (BĊE/2016/36) huwa emendat kif ġej:|
(a) |
fit-taqsima A, il-paragrafu 4 huwa mibdul b’dan li ġej:
|
|
(b) |
fit-taqsima A, il-paragrafu 5 huma mibdul b’dan li ġej:
|
|
(c) |
fit-taqsima A, il-paragrafu 8 huwa ssostitwit b’dan li ġej:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2939/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)