European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/1948

7.4.2026

Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)

(C/2026/1948)

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)

“Pays des Bouches-du-Rhône”

Numru ta’ referenza tal-UE: PGI-FR-A1223-AM02 — 8.1.2026

1.   Isem il-prodott

Pays des Bouches-du-Rhône

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

☐

DOP

☑

IĠP

☐

IĠ

3.   Settur

☐

Prodotti agrikoli

☑

Inbejjed

☐

Xarbiet spiritużi

4.   Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika

Franza

5.   Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard

Isem

Il-Ministeru għall-Agrikoltura u l-Ikel, id-Direttorat Ġenerali għall-Prestazzjoni Ekonomika u Ambjentali tal-Intrapriżi

6.   Kwalifika bħala emenda standard

L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-applikazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 u (UE) 2024/1143.

L-emendi ta’ din l-ispeċifikazzjoni tal-prodott huma emendi standard kif iddefiniti fl-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE) 2024/1143.

L-applikazzjoni għal emenda tadl-IĠP ma tinvolvi l-ebda waħda mit-tliet sitwazzjonijiet li jikkostitwixxu emenda tal-Unjoni; speċifikament, ma:

(a)

tinkludix bidla fl-isem jew fl-użu tal-isem, jew fil-kategorija ta’ prodott jew prodotti identifikati bl-indikazzjoni ġeografika;

(b)

tirriskjax li xxejjen ir-rabta maż-żona ġeografika;

(c)

tinvolvix restrizzjonijiet ulterjuri fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.

Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-applikazzjoni hija għal emenda standard.

7.   Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i

Titolu

Żoni ġeografiċi li fihom isiru l-operazzjonijiet

Deskrizzjoni

Fil-Kapitolu 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-punt 4.1 “Żona ġeografika” u l-punt 4.2 “Żona fil-viċinanza immedjata” ġew emendati biex jinkludu referenza għall-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2025.

Din l-emenda editorjali tagħmilha possibbli li ż-żona ġeografika tiġi identifikata b’referenza għall-verżjoni tal-2025 tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali, li jiġi aġġornat mill-Istitut Nazzjonali tal-Istatistika u l-Istudji Ekonomiċi (INSEE, Institut national de la statistique et des études économiques) u li jagħti ċertezza legali lid-demarkazzjoni taż-żona ġeografika u ż-żona fil-prossimità immedjata.

Għaż-żona fil-viċinanza immedjata, il-lista tad-distretti ġiet ikkonvertita, mhux mibdula, f’lista ta’ muniċipalitajiet.

Id-dokument uniku ġie emendat taħt l-intestaturi “Żona ġeografika” u “Rekwiżiti oħra applikabbli – Żona fil-viċinanza immedjata”.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Varjetajiet ta’ dwieli

Deskrizzjoni

Fil-Kapitolu 1 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, taħt il-punt 5 “Varjetajiet ta’ dwieli”, żdiedu l-varjetajiet li ġejjin mal-lista tal-varjetajiet li jistgħu jintużaw biex issir l-IĠP Pays des Bouches-du-Rhône:

—

8 varjetajiet li jittolleraw il-mard fungali: Opalor B, Selenor B, Coliris N, Sirano N, Lilaro N, Fleurtai B, UD55.100, UD31.125;

—

12-il varjetà li jittolleraw in-nixfa: Assyrtiko B, Xinomavro N, Verdejo B, Agiorgitiko B, Xarello B, Tourbat B, Montepulcinao N, Nero d’Avola N/Calabrese, Moschofilero Rs, Touriga Nacional N, Saperavi N, Morrastel N;

—

3 varjetajiet għall-aroma tal-frott li jikkontribwixxu: Pinotage N, Nebbiolo N, Couston N.

Filwaqt li jinżamm il-profil organolettiku ta’ dawn l-inbejjed IĠP, l-inklużjoni ta’ dawn il-varjetajiet ġodda tindirizza għadd ta’ tħassib tal-produtturi:

—

il-konservazzjoni tal-ambjent u l-adattament għat-tibdil fil-klima;

—

it-tnaqqis tal-għadd ta’ trattamenti fitosanitarji u t-tnaqqis tal-kostijiet operattivi;

—

l-iżgurar li l-volum maħsud ikun aktar regolari u inqas dipendenti fuq il-pressjoni tal-pesti.

Id-dokument uniku ġie emendat taħt l-intestatura “Indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid li minnhom jiġi prodott l-inbid jew jiġu prodotti l-inbejjed”.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Rendiment

Deskrizzjoni

Fil-Kapitolu 1 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, il-punt 6 “Rendiment massimu” ġie emendat biex jiżdied ir-rendiment għall-inbejjed tal-IĠP Pays des Bouches-du-Rhône b’indikazzjoni supplimentari għall-unità ġeografika iżgħar “Terre de Camargue” minn 90 hl/ha għal 100 hl/ha għall-inbejjed ħomor u rożè u għal 120 hl/ha għall-inbejjed bojod.

Ir-rendiment għall-inbejjed tal-IĠP Pays des Bouches-du-Rhône mingħajr unità ġeografika iżgħar għadu ta’ 120 hl/ha għall-inbejjed ħomor, rożè u bojod.

Din l-emenda ma għandha l-ebda impatt fuq il-kwalità tal-inbejjed prodotti u tippermetti lill-produtturi jarmonizzaw ir-rendimenti fi ħdan l-IĠP, filwaqt li tirrifletti l-prattiki lokali.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Rekwiżit tad-dikjarazzjoni

Deskrizzjoni

Fil-Kapitolu 2, il-punt 1 “Rekwiżiti tad-dikjarazzjoni” ġie emendat biex jingħata l-31 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara l-ħsad bħala l-iskadenza għad-dikjarazzjoni tal-ħsad u/jew għad-dikjarazzjoni tal-produzzjoni. Il-volumi ddikjarati sa dik id-data jikkostitwixxu l-volum massimu eliġibbli għall-IĠP.

Din l-iskadenza għad-dikjarazzjoni tal-ħsad li għandha titqies hija komuni għall-IĠP kollha fir-reġjun u hija maħsuba biex tistabbilizza s-segment tal-IĠP fil-livell reġjonali u tiżgura aktar ċarezza fir-rigward tal-volumi mqiegħda fis-suq.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Awtorità ta’ spezzjoni

Deskrizzjoni

Fil-Kapitolu 3 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, il-punt 2, dwar id-dettalji tal-korp ta’ spezzjoni, ġie ssimplifikat biex jiġi speċifikat li l-kontrolli b’rabta mal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iridu jitwettqu abbażi ta’ pjan ta’ spezzjoni approvat, u minn korp terz li joffri garanziji ta’ kompetenza, imparzjalità u indipendenza u li huwa delegat mill-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u l-Kwalità (INAO, Institut national de l’origine et de la qualité), li huwa l-awtorità ta’ spezzjoni.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

DOKUMENT UNIKU

Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi tal-inbejjed

“Pays des Bouches-du-Rhône”

Numru ta’ referenza tal-UE: PGI-FR-A1223-AM02 — 8.1.2026

1.   Isem/Ismijiet

Pays des Bouches-du-Rhône

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

☐

DOP

☑

IĠP

☐

IĠ

3.   Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika definita

Franza

4.   Klassifikazzjoni tal-prodott agrikolu f’konformità mal-intestatura u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143

2204 – Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009

5.   Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli kif elenkati fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

1.

Inbid

6.   Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed

Prodott tad-dwieli

Inbejjed bojod

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza viżiva

L-inbejjed bojod normalment isiru permezz ta’ għasir dirett. Il-qoxra hija brillanti u vivaċi bi sfumaturi “ħodor” li jindikaw li ma humiex imqaddmin.

Aroma

Dawn l-inbejjed, li huma magħmula minn varjetajiet ta’ dwieli lokali u mhux lokali, huma magħrufa għall-aromi ta’ fjuri u ta’ frott tagħhom.

Togħma

Huma notevoli għan-noti friski u aromatiċi tagħhom tal-fjuri u tal-frott.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

-

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

-

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

9

Aċidità totali minima:

-

Unità ta’ aċidità totali minima:

f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

-

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

-

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

-

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Prodott tad-dwieli

Inbejjed rożè

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza viżiva

L-inbejjed rożè jsiru permezz ta’ għasir dirett u/jew maċerazzjoni bil-qxur.

L-inbejjed isiru primarjament mill-varjetajiet ta’ dwieli Grenache N, Syrah N, Caladoc N, Cinsaut N, Cabernet Sauvignon N u Merlot N, li spiss jiġu ssupplimentati minn varjetajiet bojod meta jitqiegħdu fit-tank biex isiru nbejjed rożè b’coupage. Għandhom kulur ċar iżda pjuttost vibranti, bi sfumaturi ta’ roża skur.

Aroma

Bħala aroma, għandhom aromi espressivi ta’ frott aħmar jew taċ-ċitru.

Togħma

Il-kuntatt fit-tul bejn il-meraq u l-polpa jagħmilha possibbli li l-meraq jassorbi aktar prekursuri tat-togħma u jenfasizza l-palat bilanċjat tal-inbid. Fil-palat, dawn l-inbejjed huma aromatiċi u għandhom freskezza pjaċevoli.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

-

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

-

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

9

Aċidità totali minima:

-

Unità ta’ aċidità totali minima:

-

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

-

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

-

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

-

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Prodott tad-dwieli

Inbejjed ħomor

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza viżiva

L-inbejjed ħomor, ħafna drabi mħallta, kultant jistgħu jkunu nbejjed varjetali (Merlot N, Cabernet N, Marselan N, Syrah N, Grenache N, eċċ.). Il-ħsad b’maturità fiżjoloġika u fenolika sħiħa jagħmilha possibbli li jinkisbu nbejjed bi profil tipiku Mediterranju, mimlija iżda mhux wisq ħarxa u b’karattru distint.

L-inbejjed huma ħomor lewn il-granata bi sfumaturi ta’ vjola meta ma jkunux imqaddmin, u kulurhom aħmar jiskura bit-tqaddim.

Aroma

Bħala aroma, huma espressivi ħafna b’noti ta’ arbuxelli jew noti aktar melħin skont iż-żona tal-produzzjoni, u noti ta’ frott aħmar li gradwalment jevolvu f’aromi li jfakkru fil-frott mgħolli.

Togħma

L-estrazzjoni ssir biex jinkisbu strutturi tanniċi rotob u mirquma b’togħma tajba fil-palat. Bħala palat, huma vivaċi, mimlija u ġenerużi, b’tannini ħfief.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

-

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

-

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

9

Aċidità totali minima:

-

Unità ta’ aċidità totali minima:

-

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

-

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

-

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

-

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

7.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

7.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew l-inbejjed u r-restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tagħhom

Prattika tal-produzzjoni tal-inbid

-

Tip ta’ prattika enoloġika

Prattika enoloġika speċifika

Deskrizzjoni

Il-prattiki tal-produzzjoni tal-inbid iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-livell tal-UE u fil-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu.

7.2.   Rendimenti massimi

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Inbejjed ħomor, rożè u bojod

Rendiment massimu

Rendiment massimu:

120

Unità ta’ rendiment massimu:

ettolitri għal kull ettaru

8.   Indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid li minnhom jiġi prodott l-inbid jew jiġu prodotti l-inbejjed

—

Agiorgitiko N

—

Alicante Henri Bouschet N

—

Aligoté B

—

Alphonse Lavallée N

—

Aléatico N

—

Aramon N

—

Aramon Gris G

—

Aranel B

—

Arinarnoa N

—

Arriloba B

—

Artaban N

—

Assyrtiko B

—

Aubun N - Murescola

—

Barbaroux Rs

—

Bourboulenc B - Doucillon Blanc

—

Brachet N - Braquet

—

Brun Argenté N - Vaccarèse

—

Cabernet Blanc B

—

Cabernet Cortis N

—

Cabernet Franc N

—

Cabernet Sauvignon N

—

Caladoc N

—

Calitor N

—

Carignan N

—

Carignan Blanc B

—

Carmenère N

—

Chardonnay B

—

Chasan B

—

Chasselas B

—

Chasselas Rose Rs

—

Chatus N

—

Chenanson N

—

Chenin B

—

Cinsaut N - Cinsault

—

Clairette B

—

Clairette Rose Rs

—

Clarin B

—

Coliris

—

Colombard B

—

Cot N - Malbec

—

Counoise N

—

Couston N

—

Egiodola N

—

Fleurtai

—

Floreal B

—

Fuella Nera N

—

Gamay Fréaux N

—

Gamay N

—

Gamay de Bouze N

—

Gamay de Chaudenay N

—

Ganson N

—

Gewürztraminer Rs

—

Gramon N

—

Grenache N

—

Grenache Blanc B

—

Grenache Gris G

—

Gros Manseng B

—

Gros Vert B

—

Jurançon Noir N - Dame Noire

—

Lilaro N

—

Liliorila B

—

Listan B - Palomino

—

Macabeu B - Macabeo

—

Marsanne B

—

Marselan N

—

Mauzac Rose Rs

—

Mayorquin B

—

Melon B

—

Merlot N

—

Merlot Blanc B

—

Meunier N

—

Mollard N

—

Monarch N

—

Monerac N

—

Montepulciano

—

Morrastel N - Minustellu, Graciano

—

Moschofilero Rs

—

Mourvaison N

—

Mourvèdre N - Monastrell

—

Muscadelle B

—

Muscardin N

—

Muscaris B

—

Muscat Ottonel B - Muscat, Moscato

—

Muscat Cendré B - Muscat, Moscato

—

Muscat d’Alexandrie B - Muscat, Moscato

—

Muscat de Hambourg N - Muscat, Moscato

—

Muscat à petits grains blancs B - Muscat, Moscato

—

Muscat à petits grains roses Rs - Muscat, Moscato

—

Muscat à petits grains rouges Rg - Muscat, Moscato

—

Nebbiolo N

—

Nero d’Avola N

—

Nielluccio N - Nielluciu

—

Négrette N

—

Opalor

—

Perdea B

—

Petit Manseng B

—

Petit Verdot N

—

Picardan B - Araignan

—

Pinot Blanc B

—

Pinot Gris G

—

Pinot Noir N

—

Pinotage N

—

Piquepoul Blanc B

—

Piquepoul Gris G

—

Piquepoul Noir N

—

Plant Droit N - Espanenc

—

Portan N

—

Prior N

—

Riesling B

—

Riminèse B

—

Rosé du Var Rs

—

Roussanne B

—

Rousseli Rs

—

Saperavi N

—

Sauvignon B - Sauvignon Blanc

—

Sauvignon Gris G - Fié Gris

—

Sciaccarello N

—

Selenor

—

Semillon B

—

Servanin N

—

Sirano

—

Solaris B

—

Soreli B

—

Souvignier Gris Rs

—

Sylvaner B

—

Syrah N - Shiraz

—

Tannat N

—

Tempranillo N

—

Terret Gris G

—

Terret Noir N

—

Tibouren N

—

Tourbat B

—

Touriga Nacional N

—

Téoulier N

—

UD-31.125

—

UD-55.100

—

Ugni Blanc B

—

Valdiguié N

—

Verdejo B

—

Vermentino B - Rolle

—

Vidoc N

—

Viognier B

—

Voltis B

—

Xarello B

—

Xinomavro N

9.   Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika definita

L-għeneb jinħasad u l-inbejjed tal-IĠP Pays des Bouches-du-Rhône jsiru u jiġu żviluppati fil-muniċipalitajiet kollha tad-dipartiment ta’ Bouches-du-Rhône, skont il-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2025.

10.   Rabta maż-żona ġeografika

Ir-rabta kawżali mal-oriġini ġeografika hija bbażata fuq

☑

reputazzjoni

☑

kwalità nominali

☑

karatteristiċi oħra

Kategorija tal-prodott tad-dwieli

1.

Inbid

Sommarju tar-rabta

Id-dipartiment ta’ Bouches-du-Rhône jinsab fil-qalba ta’ Provence. Ikopri żona ta’ 5 087 km2, fil-Punent imiss max-Xmara Rhône, li hija l-fruntiera tiegħu mad-dipartiment ta’ Gard, u fit-Tramuntana jmiss max-Xmara Durance, li tisseparah mid-dipartiment ta’ Vaucluse. Fil-Lvant, imiss mad-dipartiment ta’ Var u fin-Nofsinhar imiss mal-Baħar Mediterran.

F’dan id-dipartiment insibu varjetà ta’ pajsaġġi. Fir-reġjun tal-Lvant, hemm il-pajsaġġi ta’ għoljiet tal-ġebla tal-ġir tal-Préalpes de Provence, li jinsabu tul l-assi bejn il-Lvant u l-Punent. Hawnhekk isegwu wara xulxin il-meded tal-muntanji ta’ Trévaresse (501 m), l’Estaque u l’Étoile (793 m), Montagne Sainte-Victoire (1 011 m), Saint-Cyr u Sainte-Baume (1 041 m fil-parti tal-Punent). Dawn il-meded ta’ muntanji huma maqsuma mill-widien ta’ Arc (il-baċir tal-iskular ta’ Aix-en-Provence), Touloubre (Salon-de-Provence) u Huveaune (Aubagne Marseille), li huma pjanuri sedimentarji aktar rikki u ta’ daqs li jvarja. Fil-Punent, madwar l-Alpilles hemm pjanuri vasti. Il-Crau, li jinsab fin-Nofsinhar tal-assi Arles–Salon-de-Provence, huwa ffurmat minn ġebel żgħir iddepożitat f’dik li xi darba kienet il-konfluwenza bejn ir-Rhône u d-Durance. Hija żona deżolata li tixbah lil steppa, immarkata mill-influwenza tar-riħ Mistral, u hija unika fi Franza. Id-delta tax-xmara Camargue hija s-sit ta’ riżerva naturali reġjonali b’vinji, mergħat u għelieqi tar-ross, fejn jikbru aktar minn 400 speċi differenti ta’ fawna, inklużi r-razez tal-ifrat tal-Camargue u taż-żwiemel tal-Camargue. Fil-parti tat-Tramuntana ta’ Bouches-du-Rhône nsibu, mill-Punent sal-Lvant, il-medda tal-muntanji tal-Alpilles, segwita mill-wied ta’ Durance.

Il-ħamrija tvarja minn taflija bil-ġebel tal-ġir u biċ-ċagħaq għal ramlija jew biż-żrar fuq il-molassa u l-ġebel ramli. Hija fqira, bi skular tajjeb u sensittiva għall-erożjoni. Il-fatt li mhix fonda u ma għandhiex umdità eċċessiva tagħmilha perfettament adattata għall-vitikultura.

Id-dipartiment ta’ Bouches-du-Rhône għandu klima Mediterranja, tipikament b’sigħat twal ta’ xemx. Is-sjuf huma sħan u nexfin ħafna, filwaqt li x-xtiewi huma relattivament moderati. It-temperaturi jvarjaw skont l-istaġun; huma partikolarment għoljin fis-sajf, u spiss jilħqu 35 °C fid-dell. Id-differenza medja annwali fit-temperatura bejn binhar u billejl hija notevoli, speċjalment fix-xitwa, b’żidiet perjodiċi fil-kesħa billejl li jikkawżaw ġlata qawwija. Il-preċipitazzjoni hija irregolari u mqassma b’mod mhux uniformi matul is-sena. Il-ħalbiet kbar ma humiex ħaġa rari. Il-Mistral, riħ xott u kiesaħ li ġej mit-Tramuntana, jonfoħ madwar 100 jum fis-sena, spiss b’buffuri ta’ aktar minn 100 km/s.

Il-vinji ta’ Provence għandhom aktar minn 2 600 sena, l-eqdem fi Franza. Huma partikolarment magħrufa għall-inbejjed rożè.

Il-vitikultura kompliet tirnexxi fid-dipartiment sas-seklu 19, meta l-phylloxera qerdet kważi l-vinji kollha, ħlief dawk fil-Camargue (li kienu mgħaddsa fl-ilma).

Imseddaq bit-tradizzjonijiet tiegħu, is-settur tal-vitikultura reġa’ nbena bi sforz tekniku u finanzjarju konsiderevoli. Mill-1907 ’il quddiem, ħafna vitikulturi ħassew il-ħtieġa li jingħaqdu flimkien biex jaffrontaw id-diffikultajiet li jkunu qed jiffaċċjaw. Ġew stabbiliti regoli dwar il-prattiki tal-produzzjoni tal-inbid u l-vitikulturi fformaw kooperattivi u unions, li wasslu għal titjib fil-kwalità.

Fl-1964 ġiet stabbilita definizzjoni statutorja preċiża tal-“vin de canton” (inbid tal-canton) biex jingħata rikonoxximent uffiċjali lill-inbejjed marbuta ma’ żona amministrattiva tal-produzzjoni b’sett speċifiku ta’ kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima. Digriet tal-1968 biddel il-“vin de canton” f’“vin de pays” (inbid reġjonali). L-inbejjed reġjonali kienu identifikati inizjalment bl-isem tad-dipartiment tal-produzzjoni tagħhom u kellhom jikkonformaw ma’ kriterji speċifiċi tal-produzzjoni li jeħtieġu livell ogħla ta’ kwalità. L-inbid Bouches-du-Rhône kiseb rikonoxximent uffiċjali għall-ewwel darba bħala “vin de pays”, qabel ma sar indikazzjoni ġeografika protetta fl-2011.

L-inbid Bouches-du-Rhône jiġi prodott prinċipalment f’żewġ żoni distinti tad-dipartiment: iż-żona ewlenija skont il-volum tal-produzzjoni (65–70 %) tinsab bejn iċ-ċentru u l-Lvant, madwar Aix-en-Provence, filwaqt li fil-Punent hemm iż-żona tal-produzzjoni Camargue, fix-Xlokk ta’ Tarascon, li tkopri l-muniċipalitajiet ta’ Arles u Saintes-Maries-de-la-Mer. L-inbejjed ta’ din iż-żona huma distinti permezz tal-indikazzjoni “Terre de Camargue”. Din iż-żona ġeografika hija ddedikata esklużivament għall-produzzjoni tal-inbejjed tal-IĠP Pays des Bouches-du-Rhône.

Il-produzzjoni fiż-żona bejn iċ-ċentru u l-Lvant (madwar Aix), fuq ħamrija aktar taflija u bil-ġebel tal-ġir u ċ-ċagħaq, tiffoka fuq kollox fuq inbejjed b’coupage bbażati l-aktar fuq il-varjetajiet Grenache N, Syrah N, Carignan N, Merlot N u Cabernet Sauvignon N. L-inbejjed ħomor, li huma pjuttost strutturati, huma faċilment aċċessibbli, peress li huma faċli biex jinxtorbu u huma aromatiċi. Bħala aroma, normalment ikollhom noti tal-art bl-arbuxelli u l-arżnu, b’ċerta freskezza. L-inbejjed bojod u rożè minn din iż-żona għandhom freskezza intensa, b’mod partikolari jekk l-għeneb jinħasad minn irqajja’ art fejn hemm differenza notevoli bejn it-temperaturi ta’ binhar u ta’ billejl, peress li dan jistimula l-preżenza tal-prekursuri tat-togħma fl-għeneb. Il-varjetajiet ta’ għeneb abjad huma l-Ugni Blanc B, il-Clairette B, il-Vermentino B, il-Bourboulenc B u xi kultant ix-Chardonnay B, li jagħtu lill-inbejjed aromi tal-fjuri.

Iż-żona tal-produzzjoni tal-Camargue, bil-ħamrija tagħha ramlija jew saħansitra biż-żrar fuq il-molassa u l-ġebel ramli, bniet identità awtentika madwar l-inbejjed varjetali bbażata fuq firxa aktar limitata ta’ varjetajiet ikkaratterizzati mill-potenzjal aromatiku tagħhom: il-Merlot N, il-Cabernet Sauvignon N, il-Caladoc N, is-Syrah N, il-Marselan N, ix-Chardonnay B, il-Viognier B, il-Muscat à petits grains B, ix-Chasan B u s-Sauvignon B, flimkien mal-Arinarnoa N jew il-Petit Verdot N. Fuq din il-ħamrija tal-Camargue, il-ħinijiet pjuttost qosra tal-maċerazzjoni għall-inbejjed ħomor jippermettu li tiġi ppreservata l-karatteristika “tal-frott” u jiġu prodotti nbejjed li jinxtorbu faċilment. Bħala riħa u palat, dawn l-inbejjed huma kkaratterizzati minn noti ta’ mluħa, li dejjem ikollhom freskezza notevoli. Il-produzzjoni tal-inbid abjad u rożè hija kkontrollata perfettament sabiex jiġu ppreservati l-freskezza u n-noti aromatiċi fini (billi jiġi ġestit il-kombinament tad-data tal-ħsad/il-maturità fenolika u tinżamm temperatura friska).

L-IĠP Pays des Bouches-du-Rhône hija bbażata prinċipalment fuq il-karatteristiċi speċifiċi tal-inbejjed li huma marbuta mal-karatteristiċi tal-ambjent naturali (il-klima u l-ħamrija).

Id-dipartiment ta’ Bouches-du-Rhône jinsab fir-reġjun ta’ Provence-Alpes-Côte d’Azur fix-Xlokk ta’ Franza. Għandu terren muntanjuż li jagħti għal pjanura li tibqa’ testendi sal-baħar. Għandu klima Mediterranja u l-veġetazzjoni tikkonsisti l-aktar minn art bl-arbuxelli. Huwa affettwat ukoll mill-preżenza tar-riħ Mistral, li xi drabi jagħmel ix-xogħol itqal għall-vitikulturi iżda huwa ta’ benefiċċju għall-vinji, billi jipproteġihom mill-mard fungali u fl-aħħar mill-aħħar iżid ir-rikkezza tal-għeneb billi jiffavorixxi konċentrazzjonijiet ogħla waqt il-fażi finali tas-sajran.

Il-ħamrija tvarja minn taflija bil-ġebel tal-ġir u biċ-ċagħaq għal ramlija jew biż-żrar fuq il-molassa u l-ġebel ramli. Il-fatt li mhix fonda u ma għandhiex umdità eċċessiva tagħmilha perfettament adattata għall-vitikultura.

Billi jibbenefikaw minn dawn il-kundizzjonijiet naturali ottimali u jafu kif jagħżlu l-aħjar irqajja’, il-vitikulturi kienu kapaċi jisfruttaw il-potenzjal ta’ varjetajiet ta’ għeneb differenti f’reġjun li l-ħamrija tiegħu, għalkemm spiss tkun fqira, hija skulata sew u hija adattata ħafna għall-vitikultura. Din il-ħamrija, flimkien mal-klima sħuna u xotta Mediterranja, wasslet għal kundizzjonijiet ottimali ta’ sajran, li jippermettu li jiġu ppreservati l-aromi primarji ta’ dawn il-varjetajiet ta’ dwieli, li l-inbejjed tagħhom jimmanifestaw freskezza karatteristika u potenzjal aromatiku. Għalhekk, l-inbejjed ħomor huma friski u jinxtorbu faċilment, u huma notevoli għall-aromi tagħhom ta’ frott aħmar, filwaqt li l-inbejjed rożè huma friski u mimlija, b’aromi espressivi ta’ frott aħmar jew ta’ frott taċ-ċitru. L-inbejjed bojod huma aromatiċi, b’togħma ta’ fjuri jew ta’ frott, friski u jesprimu ż-żgħożija tagħhom.

Illum il-ġurnata, il-produzzjoni annwali tal-inbejjed tal-IĠP Pays des Bouches-du Rhône hija ta’ madwar 50 000 hl, li jinbiegħu minn 18-il kantina kooperattiva u 88 kantina privata. L-inbejjed rożè jammontaw għal kważi 50 % tal-produzzjoni totali skont il-volum, filwaqt li l-inbejjed ħomor jammontaw għal ftit aktar minn 40 % u l-inbejjed bojod għal ftit inqas minn 10 %.

11.   Rekwiżiti oħra applikabbli

Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga

Indikazzjonijiet supplimentari

Qafas legali

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga

Id-daqs tal-ittri tal-unità ġeografika “Terre de Camargue” ma għandux ikun akbar, la fil-wisa’ u lanqas fl-għoli, minn dawk tal-indikazzjoni ġeografika protetta Pays des Bouches-du-Rhône.

Il-logo tal-IĠP tal-Unjoni Ewropea jrid jidher fuq it-tikketta jekk il-kliem “indication géographique protégée” [indikazzjoni ġeografika protetta] jiġi ssostitwit bit-terminu tradizzjonali “Vin de Pays”.

Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga

Żona fil-prossimità immedjata

Qafas legali

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika definita

Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga

Iż-żona fil-viċinanza immedjata ddefinita b’deroga għall-produzzjoni u l-iżvilupp tal-IĠP Pays des Bouches-du-Rhône, possibbilment issupplimentata bl-isem tal-unità ġeografika iżgħar “Terre de Camargue”, tikkonsisti mill-muniċipalitajiet li ġejjin fid-distretti li jmissu maż-żona ġeografika, f’konformità mal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2025:

Fid-dipartiment ta’ Gard:

Aigaliers, Aigues-Mortes, Aigues-Vives, Aiguèze, Aimargues, Les Angles, Aramon, Argilliers, Arpaillargues-et-Aureillac, Aspères, Aubais, Aubord, Aubussargues, Aujargues, Bagnols-sur-Cèze, Baron, La Bastide-d’Engras, Beaucaire, Beauvoisin, Bellegarde, Belvézet, Bernis, Bezouce, Blauzac, Boissières, Bouillargues, Bourdic, La Bruguière, Cabrières, Le Cailar, Caissargues, La Calmette, Calvisson, La Capelle-et-Masmolène, Carsan, Castillon-du-Gard, Caveirac, Cavillargues, Chusclan, Clarensac, Codognan, Codolet, Collias, Collorgues, Combas, Comps, Congénies, Connaux, Cornillon, Crespian, Dions, Domazan, Estézargues, Flaux, Foissac, Fons, Fons-sur-Lussan, Fontanès, Fontarèches, Fournès, Fourques, Gajan, Gallargues-le-Montueux, Le Garn, Garons, Garrigues-Sainte-Eulalie, Gaujac, Générac, Goudargues, Le Grau-du-Roi, Issirac, Jonquières-Saint-Vincent, Junas, Langlade, Laudun-l’Ardoise, Laval-Saint-Roman, Lecques, Lédenon, Lirac, Lussan, Manduel, Marguerittes, Meynes, Milhaud, Montaren-et-Saint-Médiers, Montagnac, Montclus, Montfaucon, Montfrin, Montignargues, Montmirat, Montpezat, Moulézan, Moussac, Mus, Nages-et-Solorgues, Nîmes, Orsan, Parignargues, Le Pin, Pont-Saint-Esprit, Pougnadoresse, Poulx, Pouzilhac, Pujaut, Redessan, Remoulins, Rochefort-du-Gard, Rodilhan, Roquemaure, La Roque-sur-Cèze, La Rouvière, Sabran, Saint-Alexandre, Sainte-Anastasie, Saint-André-de-Roquepertuis, Saint-André-d’Olérargues, Saint-Bauzély, Saint-Bonnet-du-Gard, Saint-Chaptes, Saint-Christol-de-Rodières, Saint-Clément, Saint-Côme-et-Maruéjols, Saint-Dézéry, Saint-Dionisy, Saint-Étienne-des-Sorts, Saint-Geniès-de-Comolas, Saint-Geniès-de-Malgoirès, Saint-Gervais, Saint-Gervasy, Saint-Gilles, Saint-Hilaire- d’Ozilhan, Saint-Hippolyte-de-Montaigu, Saint-Julien-de-Peyrolas, Saint-Laurent-d’Aigouze, Saint-Laurent-de-Carnols, Saint-Laurent-des-Arbres, Saint-Laurent-la-Vernède, Saint-Mamert-du-Gard, Saint-Marcel-de-Careiret, Saint-Maximin, Saint-Michel-d’Euzet, Saint-Nazaire, Saint-Paul-les-Fonts, Saint-Paulet-de-Caisson, Saint-Pons-la-Calm, Saint-Quentin-la-Poterie, Saint-Siffret, Saint-Victor-des-Oules, Saint-Victor-la-Coste, Salazac, Salinelles, Sanilhac-Sagriès, Sauveterre, Sauzet, Saze, Sernhac, Serviers-et-Labaume, Sommières, Souvignargues, Tavel, Théziers, Tresques, Uchaud, Uzès, Vallabrègues, Vallabrix, Vallérargues, Valliguières, Vauvert, Vénéjan, Verfeuil, Vergèze, Vers-Pont-du-Gard, Vestric-et-Candiac, Villeneuve-lès-Avignon, Villevieille.

Fid-dipartiment ta’ Vaucluse:

Ansouis, Apt, Auribeau, Avignon, La Bastide-des-Jourdans, La Bastidonne, Beaumettes, Beaumont-de-Pertuis, Bédarrides, Bollène, Bonnieux, Buoux, Cabrières-d’Aigues, Cabrières-d’Avignon, Cadenet, Caderousse, Camaret-sur-Aigues, Caseneuve, Castellet-en-Luberon, Caumont-sur-Durance, Cavaillon, Châteauneuf-de-Gadagne, Châteauneuf-du-Pape, Cheval-Blanc, Courthézon, Cucuron, Gargas, Gignac, Gordes, Goult, Grambois, Grillon, L’Isle-sur-la-Sorgue, Jonquerettes, Jonquières, Joucas, Lacoste, Lagarde-d’Apt, Lagarde-Paréol, Lagnes, Lamotte-du-Rhône, Lapalud, Lauris, Lioux, Lourmarin, Maubec, Ménerbes, Mérindol, Mirabeau, Mondragon, Morières-lès-Avignon, Mornas, La Motte-d’Aigues, Murs, Oppède, Orange, Pertuis, Peypin-d’Aigues, Piolenc, Le Pontet, Puget, Puyvert, Richerenches, Robion, Roussillon, Rustrel, Saignon, Sainte-Cécile-les-Vignes, Saint-Martin-de-Castillon, Saint-Martin-de-la-Brasque, Saint-Pantaléon, Saint-Saturnin-lès-Apt, Saint-Saturnin-lès-Avignon, Sannes, Saumane-de-Vaucluse, Sérignan-du-Comtat, Sivergues, Sorgues, Taillades, Le Thor, La Tour-d’Aigues, Travaillan, Uchaux, Valréas, Fontaine-de-Vaucluse, Vaugines, Vedène, Viens, Villars, Villelaure, Violès, Visan, Vitrolles-en-Lubéron.

Fid-dipartiment ta’ Alpes-de-Haute-Provence:

Aubenas-les-Alpes, Aubignosc, Authon, Banon, Bayons, Bellaffaire, Bevons, La Brillanne, Le Caire, Céreste-en-Luberon, Château-Arnoux-Saint-Auban, Châteaufort, Châteauneuf-Miravail, Châteauneuf-Val-Saint-Donat, Clamensane, Claret, Corbières-en-Provence, Cruis, Curbans, Curel, Dauphin, Entrepierres, L’Escale, Faucon-du-Caire, Fontienne, Forcalquier, Ganagobie, Gigors, L’Hospitalet, Lardiers, Limans, Lurs, Mallefougasse-Augès, Mane, Manosque, Melve, Mison, Montfort, Montfuron, Montjustin, Montlaux, Montsalier, La Motte-du-Caire, Nibles, Niozelles, Noyers-sur-Jabron, Les Omergues, Ongles, Oppedette, Peipin, Peyruis, Piégut, Pierrerue, Pierrevert, Redortiers, Reillanne, Revest-des-Brousses, Revest-du-Bion, Revest-Saint-Martin, La Rochegiron, Sainte-Croix-à-Lauze, Saint-Étienne-les-Orgues, Saint-Geniez, Saint-Maime, Saint-Martin-les-Eaux, Saint-Michel-l’Observatoire, Sainte-Tulle, Saint-Vincent-sur-Jabron, Salignac, Saumane, Sigonce, Sigoyer, Simiane-la-Rotonde, Sisteron, Sourribes, Thèze, Turriers, Vachères, Valavoire, Valbelle, Valernes, Vaumeilh, Venterol, Villemus, Villeneuve, Volonne, Volx.

Fid-dipartiment ta’ Var:

Aiguines, Artignosc-sur-Verdon, Artigues, Aups, Bandol, Barjols, Baudinard-sur-Verdon, Bauduen, Le Beausset, Belgentier, Besse-sur-Issole, Bormes-les-Mimosas, Bras, Brignoles, Brue-Auriac, Cabasse, La Cadière-d’Azur, Camps-la-Source, Carcès, Carnoules, Carqueiranne, Le Castellet, La Celle, Châteauvert, Collobrières, Correns, Cotignac, La Crau, Cuers, Entrecasteaux, Esparron, Évenos, La Farlède, Flassans-sur-Issole, Forcalqueiret, Fox-Amphoux, La Garde, Garéoult, Ginasservis, Gonfaron, Hyères, Le Lavandou, La Londe-les-Maures, Mazaugues, Méounes-lès-Montrieux, Moissac-Bellevue, Montfort-sur-Argens, Montmeyan, Nans-les-Pins, Néoules, Ollières, Pierrefeu-du-Var, Pignans, Plan-d’Aups-Sainte-Baume, Pontevès, Pourcieux, Pourrières, Le Pradet, Puget-Ville, Régusse, Le Revest-les-Eaux, Rians, Riboux, Rocbaron, La Roquebrussanne, Rougiers, Saint-Antonin-du-Var, Saint-Cyr-sur-Mer, Sainte-Anastasie-sur-Issole, Saint-Julien, Saint-Mandrier-sur-Mer, Saint-Martin-de-Pallières, Saint-Maximin-la-Sainte-Baume, Saint-Zacharie, Les Salles-sur-Verdon, Sanary-sur-Mer, Seillons-Source-d’Argens, La Seyne-sur-Mer, Signes, Sillans-la-Cascade, Six-Fours-les-Plages, Solliès-Pont, Solliès-Toucas, Solliès-Ville, Tavernes, Le Thoronet, Toulon, Tourtour, Tourves, Le Val, La Valette-du-Var, Varages, La Verdière, Vérignon, Vinon-sur-Verdon, Vins-sur-Caramy.

Referenza elettronika (URL) għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://info.agriculture.gouv.fr/boagri/document_administratif-e6973094-a6eb-4fa8-8e7a-778e5761fd19


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1948/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)