|
24.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 43/79 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/290
tat-22 ta’ Frar 2022
li temenda r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/912 dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE u t-tneħħija possibbli ta’ tali restrizzjoni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2)(b)(e) u l-ewwel u t-tieni sentenzi tal-Artikolu 292 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fit-30 ta’ Ġunju 2020, il-Kunsill adotta r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/912 dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE u t-tneħħija possibbli ta’ tali restrizzjoni (1). |
|
(2) |
Fit-2 ta’ Frar 2021, il-Kunsill emenda r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/912 dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE (2) u t-tneħħija possibbli ta’ tali restrizzjoni sabiex jaġġorna l-kriterji użati biex jiġi vvalutat jekk vjaġġar mhux essenzjali minn pajjiżi terzi huwiex sikur u jekk dan jenħtieġx li jkun permess. |
|
(3) |
L-istess emenda introduċiet mekkaniżmi biex trażżan it-tixrid tal-varjanti ta’ tħassib tal-virus SARS-CoV-2 fl-UE (3). |
|
(4) |
Fl-20 ta’ Mejju 2021, il-Kunsill emenda r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/912 (4) biex iqis il-varar u l-effetti pożittivi tal-kampanji ta’ tilqim biex jillimitaw it-tixrid tal-virus, kif ukoll biex ikompli jillimita l-importazzjoni u t-tixrid fl-UE tal-varjanti ta’ interess u ta’ tħassib emerġenti. |
|
(5) |
Fl-14 ta’ Ġunju 2021, il-Parlament u l-Kunsill adottaw ir-Regolamenti (UE) 2021/953 (5) u (UE) 2021/954 (6) dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE. Iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE wera li huwa għodda fundamentali biex in-nies jerġgħu jitħallew jivvjaġġaw fl-UE. |
|
(6) |
Minn mindu ġie adottat ir-Regolament (UE) 2021/953, il-Kummissjoni adottat diversi atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu li ċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa minn ċertu pajjiż terz għandhom jitqiesu ekwivalenti għaċ-ċertifikati maħruġa mill-Istati Membri f’konformità ma’ dak ir-Regolament. Għalhekk, iċ-ċertifikati tat-tilqim, tal-irkupru u tal-ittestjar koperti minn tali atti ta’ implimentazzjoni jistgħu jiġu awtentikati b’mod sigur u affidabbli. Għalhekk, iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, u b’mod partikolari d-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni adottati abbażi ta’ dan, ukoll iffaċilitaw il-ftuħ mill-ġdid sikur tal-ivvjaġġar minn pajjiżi terzi lejn l-UE. (7) |
|
(7) |
L-approċċ attwali stabbilit fir-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/912 jenħtieġ li jiġi aġġornat biex iqis l-istabbiliment taċ-ċertifikat COVID Diġitali tal-UE kif ukoll iqis l-evoluzzjoni tal-pandemija, inkluż il-feġġ tal-varjant ta’ tħassib Omicron, iż-żieda fit-teħid tat-tilqima u t-tneħħija progressiva tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar madwar id-dinja. |
|
(8) |
Fit-22 ta’ Ottubru 2021, il-Kunsill Ewropew, fil-konklużjonijiet tiegħu u fid-dawl tal-iżvilupp tas-sitwazzjoni epidemjoloġika, appella għal aktar koordinazzjoni biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu ġewwa l-UE u l-ivvjaġġar lejha, u għal reviżjoni taż-żewġ Rakkomandazzjonijiet, inkluż ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/912. |
|
(9) |
Jenħtieġ li l-perijodu standard ta’ aċċettazzjoni għaċ-ċertifikati tat-tilqim maħruġa minn pajjiżi terzi wara t-tlestija ta’ sensiela ta’ tilqim primarju jkun ta’ 270 jum. Sabiex jiġi żgurat approċċ koordinat, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jaċċettawx ċertifikati tat-tilqim maħruġa wara t-tlestija tas-sensiela ta’ tilqim primarju jekk ikunu għaddew aktar minn 270 jum minn meta tingħata d-doża indikata fihom. F’dan il-każ, jenħtieġ li l-Istati Membri jaċċettaw ċertifikati tat-tilqim li jindikaw li tkun ittieħdet doża addizzjonali wara t-tlestija tas-serje primarja tat-tilqim. |
|
(10) |
Biex jiġi ffaċilitat aktar l-ivvjaġġar sikur lejn l-UE, jenħtieġ li l-livell limitu għar-rata kumulattiva fuq 14-il jum tan-notifiki tal-każijiet ta’ COVID-19 jiżdied minn 75 għal 100 għal kull 100 000 abitant. Fl-istess ħin, kif ukoll biex jitqies it-titjib fil-kapaċitajiet ta’ ttestjar kważi sentejn wara li feġġ il-virus għall-ewwel darba, jenħtieġ ukoll li r-rata minima ta’ ttestjar meħtieġa fil-ġimgħa tiżdied minn 300 test għal 600 test għal kull 100 000 abitant. Jenħtieġ li dan ikompli jżid l-affidabbiltà tad-data użata biex tiddetermina sa liema punt jenħtieġ li jkun possibbli vjaġġar mhux essenzjali minn pajjiż terz partikolari. |
|
(11) |
Sabiex jippermettu vjaġġar mhux essenzjali lejn l-Unjoni u jżidu l-prevedibbiltà għall-vjaġġaturi minn pajjiżi terzi, jenħtieġ li l-Istati Membri mhux biss jaċċettaw il-vaċċini kontra l-COVID-19 li jkunu ngħataw awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), iżda wkoll dawk li jkunu lestew il-proċedura ta’ tqegħid fuq il-lista għall-użu ta’ emerġenza tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO). |
|
(12) |
Barra minn hekk, bħala alternattiva għat-tilqim, jenħtieġ li l-Istati Membri jippermettu vjaġġar mhux essenzjali lill-persuni li jkunu rkupraw mill-COVID-19 fi żmien 180 jum qabel ma jivvjaġġaw lejn l-UE u li jkollhom ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jew wieħed meqjus ekwivalenti għalih. |
|
(13) |
Fl-istess ħin, biex jitnaqqas aktar ir-riskju ta’ trażmissjoni tal-virus SARS-CoV-2, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu wkoll prova valida ta’ test negattiv ta’ reazzjoni katina bil-polimerażi f’ħin reali (real-time polymerase chain reaction, RT-PCR) qabel it-tluq tal-vjaġġatur, meta dan jew (i) ikun irċieva vaċċin kontra l-COVID-19 li jkun lesta l-proċess ta’ Tqegħid fuq il-Lista għall-Użu ta’ Emerġenza tad-WHO iżda li ma jidhirx fil-lista ta’ vaċċini awtorizzati fl-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 jew (ii) ikun irkupra mill-COVID-19 fi żmien 180 jum qabel ma jivvjaġġa lejn l-UE. |
|
(13a) |
Minħabba l-fatt li jista’ ma jkunx possibbli li jiġu vverifikati l-awtentiċità, l-integrità u l-validità taċ-ċertifikati tat-tilqim maħruġa minn pajjiżi terzi li ma jużawx il-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jew ċertifikat tat-tilqim li jkun ġie rikonoxxut bħala ekwivalenti għalih, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu wkoll prova valida ta’ test negattiv tal-RT-PCR qabel it-tluq meta l-vjaġġatur ikun imlaqqam kompletament b’vaċċin kontra l-COVID-19 li jkun ingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 iżda ma jkollux Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jew wieħed li jkun ġie rikonoxxut bħala ekwivalenti għalih. |
|
(14) |
Jenħtieġ li t-tfal li jkollhom aktar minn 6 snin u inqas minn 18-il sena ikunu jistgħu jivvjaġġaw bil-kundizzjoni li jipproduċu test negattiv tal-RT-PCR qabel it-tluq. F’dawn il-każijiet, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu ttestjar addizzjonali wara li jaslu, kwarantina jew awtoiżolament. Meta tfal ta’ aktar minn sitt snin u taħt l-età ta’ 18-il sena jkollhom fil-pussess tagħhom prova valida tal-vaċċin kontra l-COVID-19 maħruġa abbażi ta’ vaċċin kontra l-COVID-19 awtorizzat fl-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004, jenħtieġ li ma jkun meħtieġ l-ebda test. Tfal taħt l-età ta’ sitt snin li jivvjaġġaw ma’ adult jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal rekwiżiti addizzjonali. |
|
(14a) |
L-Istati Membri jistgħu jippermettu vjaġġar mhux essenzjali lil persuni li għalihom il-vaċċin aċċettat kontra l-COVID-19 huwa medikament kontraindikat dment li dawn il-persuni jkunu ppreżentaw id-dokumentazzjoni meħtieġa u jkunu ttestjaw negattivi għal test tal-RT-PCR qabel it-tluq. |
|
(15) |
Fid-dawl taż-żieda fit-teħid tat-tilqima madwar id-dinja, huwa adegwat li jibda jitqies li l-approċċ ibridu attwali bbażat fuq il-pajjiż/fuq il-persuna gradwalment isir approċċ ibbażat purament fuq il-persuna u t-tneħħija tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar tkun ibbażata biss fuq l-istatus tat-tilqim jew fuq il-funzjoni/il-ħtieġa li jissodisfaw il-vjaġġaturi. Madankollu, bħalissa għad hemm pajjiżi terzi b’aċċess limitat għall-vaċċini jew b’rata tat-tilqim baxxa. Għalhekk, sabiex jingħata żmien lill-pajjiżi terzi jżidu r-rati tat-tilqim tagħhom inkluż l-għoti ta’ dożi booster biex tiġi żgurata l-validità taċ-ċertifikati tat-tilqim u fuq valutazzjoni ġenerali minn qabel tas-sitwazzjoni tat-tilqim f’pajjiżi terzi abbażi ta’ data pprovduta, fost l-oħrajn, mid-Delegazzjonijiet tal-UE, sat-30 ta’ April 2022, jenħtieġ li r-Rakkomandazzjoni tiġi rieżaminata mill-Kummissjoni bil-ħsieb li jitħassar l-Anness I b’kont meħud taż-żieda fit-teħid tat-tilqima madwar id-dinja. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta lill-Kunsill, u tista’ tippreżentalu, kif xieraq, proposta biex jitħassar l-Anness I. |
|
(16) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Peress li din ir-Rakkomandazzjoni tibni fuq l-acquis ta’ Schengen, jenħtieġ li d-Danimarka, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi jekk hijiex ser timplimentaha fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun ħa deċiżjoni dwar din ir-Rakkomandazzjoni. |
|
(17) |
Din ir-Rakkomandazzjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fihom, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (9); Għaldaqstant l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(18) |
Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, din ir-Rakkomandazzjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (10), koperti mill-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(A) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (11). |
|
(19) |
Fir-rigward tal-Iżvizzera, din ir-Rakkomandazzjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt A, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE (12) moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (13). |
|
(20) |
Fir-rigward tal-Liechtenstein, din ir-Rakkomandazzjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-adeżjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt A, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE (14), moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2011/350/UE (15). |
|
(21) |
L-istatus legali ta’ din ir-Rakkomandazzjoni kif imfakkar fil-premessi 15 sa 19 huwa mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li l-Istati Membri kollha, fl-interess tal-funzjonament tajjeb taż-żona Schengen, jiddeċiedu dwar it-tneħħija tar-restrizzjoni fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE b’mod ikkoordinat, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Ir-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/912 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Mill-1 ta’ Marzu 2022, fil-punt 2, it-tieni paragrafu, iċ-ċifra “75” tinbidel f’“100” u ċ-ċifra “300” tinbidel f’“600”; |
|
(2) |
Mill-1 ta’ Marzu 2022, fil-punt 6a, l-ewwel, it-tieni u t-tielet paragrafi huma sostitwiti b’dan li ġej: “Mingħajr preġudizzju għall-punt 6 (a) u (b), meta l-Istati Membri jaċċettaw prova tat-tilqim sabiex ineħħu r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar biex jillimitaw it-tixrid tal-COVID-19, jenħtieġ li fil-prinċipju, l-Istati Membri jneħħu r-restrizzjoni temporanja fuq l-ivvjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE fir-rigward ta’ tali vjaġġaturi li jkunu rċevew l-aħħar doża rakkomandata ta’ wieħed mill-vaċċini kontra l-COVID-19 awtorizzati fl-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 (*1) mhux aktar tard minn 14-il jum qabel ma jidħlu fiż-żona UE+, dment li jkunu għaddew inqas minn 270 jum minn meta tkun ingħatat id-doża indikata fiċ-ċertifikat tat-tilqim għat-tlestija tas-sensiela ta’ tilqim primarju, jew tkun ingħatat doża addizzjonali wara t-tlestija tas-sensiela ta’ tilqim primarju. Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri jneħħu r-restrizzjoni temporanja fuq l-ivvjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE fir-rigward ta’ tali vjaġġaturi li jkunu rċevew l-aħħar doża rakkomandata ta’ wieħed mill-vaċċini tal-COVID-19 li jkunu lestew il-proċess ta’ Tqegħid fuq il-Lista għall-Użu ta’ Emerġenza tad-WHO mhux aktar tard minn 14-il jum qabel ma jidħlu fiż-żona UE+, dment li jkunu għaddew inqas minn 270 jum minn meta tkun ngħatat id-doża indikata fiċ-ċertifikat tat-tilqim għat-tlestija tas-sensiela ta’ tilqim primarju, jew tkun ngħatat doża addizzjonali wara t-tlestija tas-sensiela ta’ tilqim primarju. Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri jneħħu r-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE fir-rigward ta’ tali vjaġġaturi li jkunu rkupraw mill-COVID-19 fi żmien 180 jum qabel ma jivvjaġġaw lejn l-UE. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-vjaġġaturi li jixtiequ jagħmlu vjaġġ mhux essenzjali lejn Stat Membru jkollhom fil-pussess tagħhom jew:
Għall-vjaġġaturi li jaqgħu taħt il-punti b) u c) hawn fuq, l-Istat Membru jista’ jirrikjedi wkoll prova valida ta’ test negattiv ta’ reazzjoni katina bil-polimerażi f’ħin reali (RT-PCR) li jsir mhux qabel 72 siegħa qabel it-tluq. Għall-vjaġġaturi li jaqgħu taħt il-punt b) l-Istati Membri jistgħu japplikaw miżuri tas-saħħa addizzjonali bħall-iżolament, il-kwarantina jew li jirċievu vaċċin awtorizzat fl-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004. Minbarra ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, jenħtieġ li l-Istati Membri jaċċettaw tali provi tat-tilqim kontra l-COVID-19 jew tal-irkupru minnu jekk dawn jikkorrispondu għal ċertifikati li jkunu tqiesu ekwivalenti għal dawk maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2) f’att ta’ implimentazzjoni adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8 ta’ dak ir-Regolament. Fejn ma jkun ġie adottat l-ebda att bħal dan li jikkonċerna ċ-ċertifikati maħruġa minn pajjiż terz, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw, f’konformità mal-liġi nazzjonali, prova tal-ittestjar u tat-tilqim maħruġa mill-pajjiż terz, filwaqt li titqies il-ħtieġa tkun tista’ ssir verifika tal-awtentiċità, tal-validità u tal-integrità taċ-ċertifikat, u jekk ikunx fih id-data rilevanti kollha kif previst fir-Regolament (UE) 2021/953. F’każ bħal dan, jistgħu jirrikjedu prova valida ta’ test negattiv tal-RT-PCR qabel it-tluq għal vjaġġaturi mlaqqma kompletament b’vaċċin kontra l-COVID-19 li jkun ingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill iżda li ma jkollhomx Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jew wieħed li jkun ġie rikonoxxut bħala ekwivalenti għalih. Sakemm ma jkunux koperti mid-dispożizzjonijiet stabbiliti hawn fuq, tfal bejn sitt snin u 18-il sena jenħtieġ ukoll li jitħallew jagħmlu vjaġġ mhux essenzjali lejn Stat Membru jekk ikollhom prova valida ta’ test negattiv ta’ reazzjoni katina bil-polimerażi f’ħin reali (RT-PCR) li jkun sar mhux qabel 72 siegħa qabel it-tluq. F’dawn il-każijiet, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu ttestjar addizzjonali wara l-wasla, kif ukoll kwarantina jew awtoiżolament. Tfal taħt l-età ta’ sitt snin li jivvjaġġaw ma’ adult jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal rekwiżiti addizzjonali.” (*1) Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1)." (*2) Ir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 211, 15.6.2021, p. 1)." |
|
(3) |
Jiddaħħal il-punt (12) ġdid:
|
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Frar 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
C. BEAUNE
(1) Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/912 tat-30 ta’ Ġunju 2020 dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE u t-tneħħija possibbli ta’ tali restrizzjoni (ĠU LI 208, 1.7.2020, p. 1).
(2) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/132 tat-2 ta’ Frar 2021 li temenda r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/912 dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE u t-tneħħija possibbli ta’ tali restrizzjoni (ĠU L 41, 4.2.2021, p. 1).
(3) Iż-“żona UE+” tinkludi l-Istati Membri kollha ta’ Schengen (inkluż il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija), kif ukoll l-erba’ Stati Assoċjati ma’ Schengen. Din tinkludi wkoll l-Irlanda jekk tiddeċiedi li tallinja.
(4) Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/816 tal-20 ta’ Mejju 2021 li temenda r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/912 dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE u t-tneħħija possibbli ta’ tali restrizzjoni (ĠU L 182, 21.5.2021, p. 1).
(5) Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 211, 15.6.2021, p. 1).
(6) Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 211, 15.6.2021, p. 24).
(7) Il-lista aġġornata ta’ deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza hija ppubblikata fuq din il-paġna web:
https://ec.europa.eu/info/publications/commission-implementing-decisions-eu-equivalence-covid-19-certificates-issued-non-eu-countries_mt
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1).
(9) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
(10) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(11) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).
(12) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(13) Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).
(14) ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(15) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).