16.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/53


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 103/2010

tal-1 ta' Ottubru 2010

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 90/2010 tat-2 ta' Lulju 2010 (1).

(2)

Id-Direttiva 2009/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar testijiet tal-kondizzjoni ta' vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq (2) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2009/40/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/96/KE (3), li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar taħt il-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-test tal-punt 16a (id-Direttiva tal-Kunsill 96/96/KE) tal-Anness XIII tal-Ftehim għandu jinbidel bli ġej:

“ 32009 L 0040: Id-Direttiva 2009/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar testijiet tal-kondizzjoni ta' vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq (ĠU L 141, 6.6.2009, p. 12).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2009/40/KE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jitqiesu li huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Novembru 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L 277, 21.10.2010, p. 43.

(2)   ĠU L 141, 6.6.2009, p. 12.

(3)   ĠU L 46, 17.2.1997, p. 1.

(*1)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.