|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1506 |
25.7.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1506
tal-24 ta’ Lulju 2025
li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar b’kisja organika li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li ma humiex membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri fis-seħħ
|
(1) |
Il-Kunsill, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 215/2013 (2), impona dazju kumpensatorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar b’kisja organika li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”, “ir-RPĊ”, jew “il-pajjiż ikkonċernat”) (“il-miżuri oriġinali”). L-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali minn hawn ’il quddiem se tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”. |
|
(2) |
Il-Kunsill, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 214/2013 (3), impona, b’mod parallel, dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar b’kisja organika li joriġinaw miċ-Ċina. Id-dazji anti-dumping li bħalissa huma fis-seħħ ivarjaw minn 0 % għal 26,1 %. |
|
(3) |
Wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, fit-2 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni imponiet mill-ġdid id-dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw mir-RPĊ permezz tar-Regolament (UE) 2019/688 (ir-“rieżami ta’ skadenza preċedenti”) (4). Id-dazji kumpensatorji li hemm fis-seħħ bħalissa jvarjaw minn 13,7 % sa 44,7 %. |
|
(4) |
Il-livell tad-dazji anti-dumping u kumpensatorji kkombinati jvarja minn 13,7 % sa 58,3 %. |
1.2. Talba għal rieżami ta’ skadenza
|
(5) |
Wara l-pubblikazzjoni ta’ Avviż dwar l-iskadenza imminenti tal-miżuri kumpensatorji fis-seħħ (5), il-Kummissjoni rċeviet talba għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri kumpensatorji skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku (“it-talba”). |
|
(6) |
It-talba tressqet fit-2 ta’ Frar 2024 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Azzar (“EUROFER” jew “l-applikant”) f’isem l-industrija tal-Unjoni ta’ prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku fis-sens tal-Artikolu 10(6) tar-Regolament bażiku, li jirrappreżentaw aktar minn 70 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku. It-talba kienet ibbażata fuq il-bażi li l-iskadenza tal-miżuri kumpensatorji x’aktarx twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta’ sussidjar u ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni. |
1.3. Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza
|
(7) |
Billi ddeterminat, wara li kkonsultat mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 25(1) tar-Regolament bażiku, li kien hemm biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, fit-30 ta’ April 2024 il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ Notifika ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (6) (“Notifika tal-Bidu”), il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri kumpensatorji applikabbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
|
(8) |
Qabel il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza, u f’konformità mal-Artikolu 10(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Gvern taċ-Ċina (“GTĊ”) li kienet irċeviet talba għal rieżami ddokumentata kif xieraq u stiednet lill-GTĊ għall-konsultazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 10(7) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda talba għal konsultazzjonijiet ta’ qabel il-bidu. |
1.4. Investigazzjoni parallela
|
(9) |
Permezz ta’ Notifika ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-30 ta’ April 2024 (7), il-Kummissjoni ħabbret ukoll il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (8) tal-miżuri anti-dumping definittivi fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw mir-RPĊ. |
1.5. Perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami u perjodu kkunsidrat
|
(10) |
L-investigazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tas-sussidjar kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023 (“il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami” jew “PIR”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dannu kienet tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”). |
1.6. Partijiet interessati
|
(11) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament informat lill-applikant, lill-produtturi magħrufa tal-Unjoni, lill-importaturi mhux relatati magħrufa fl-Unjoni, lill-utenti mhux relatati magħrufa fl-Unjoni li huma kkonċernati, lill-produtturi magħrufa fir-RPĊ u lill-awtoritajiet tar-RPĊ dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u stednithom jipparteċipaw. |
|
(12) |
Il-partijiet interessati kollha ġew mistiedna jressqu l-fehmiet tagħhom, jissottomettu l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn sal-iskadenzi stabbiliti fin-Notifika tal-Bidu. Il-partijiet interessanti ngħataw ukoll l-opportunità li jitolbu bil-miktub smigħ mas-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni u/jew l-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali. |
1.7. Kampjunar
|
(13) |
Fin-Notifika tal-Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku. |
1.7.1. Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(14) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li b’mod provviżorju kienet għażlet kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni, skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku. Qabel il-bidu, 14-il produttur tal-Unjoni pprovdew l-informazzjoni mitluba għall-għażla tal-kampjun u esprimew ir-rieda tagħhom li jikkooperaw mal-Kummissjoni. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni, b’mod provviżorju għażlet kampjun ta’ tliet produtturi, li nstab li kienu jirrappreżentaw l-industrija tal-Unjoni f’termini ta’ volum ta’ produzzjoni u bejgħ tat-tali prodott fl-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jgħoddu mas-26 % tal-produzzjoni totali stmata tal-industrija tal-Unjoni u 28 % tal-volum ta’ bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni għal klijenti mhux relatati fl-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami (PIR). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Ma wasal l-ebda kumment u, għaldaqstant, il-kampjun proviżorju ġie kkonfermat. |
1.7.2. Kampjunar tal-importaturi
|
(15) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-għaxar importaturi mhux relatati identifikati fit-talba biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. L-ebda wieħed minnhom ma wieġeb. |
1.7.3. Kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ
|
(16) |
Biex tiddeċiedi jekk kienx hemm bżonn ta’ kampjunar fir-rigward tal-produtturi esportaturi, u jekk kien hemm bżonn, tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi magħrufa kollha fir-RPĊ biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(17) |
L-ebda produtturi esportatur ma bagħat lura l-formola tal-kampjunar. Sussegwentement, fit-2 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni informat lill-Gvern taċ-Ċina (“GTĊ”) li ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ u li għalhekk kienet se tapplika d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku fir-rigward tas-sejbiet tal-kontinwazzjoni tas-sussidjar. |
1.8. Kwestjonarji u żjarat ta’ verifika
|
(18) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lit-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, lill-applikant u lill-GTĊ. Il-kwestjonarji għall-produtturi tal-Unjoni, għall-importaturi mhux relatati, għall-utenti u għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ kienu disponibbli wkoll online, (9) fil-jum tal-bidu tal-investigazzjoni. |
|
(19) |
It-tweġibiet għall-kwestjonarji waslu mingħand it-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u mingħand l-applikant. |
|
(20) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset meħtieġa sabiex tistabbilixxi l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tas-sussidjar u d-dannu, u tat-test dwar l-interess tal-Unjoni. Twettqu żjarat ta’ verifika fuq il-post tal-partijiet interessati li ġejjin:
|
1.9. Proċedura sussegwenti
|
(21) |
Fis-6 ta’ Ġunju 2025 il-Kummissjoni żvelat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien beħsiebha żżomm id-dazji kumpensatorji fis-seħħ. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni. |
|
(22) |
L-ebda parti ma għamlet xi kummenti dwar id-divulgazzjoni finali. L-ebda parti ma talbet seduta ta’ smigħ. |
2. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott taħt rieżami
|
(23) |
Il-prodott taħt rieżami huwa l-istess bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku (OCS, Organic Coated Steel), jiġifieri prodotti ċatti laminati tal-azzar illigat jew mhux illigat (minbarra l-azzar inossidabbli) li jiġu miżbugħin, mogħtija l-verniċ jew miksija bi plastiks fuq mill-anqas naħa waħda, minbarra dawk imsejħa “pannelli sandwich” tat-tip użati għall-applikazzjonijiet fil-bini u li jikkonsistu f’żewġ folji tal-metall fuq barra u b’qalba ta’ stabbilizzazzjoni ta’ materjal iżolanti bejniethom, minbarra dawk il-prodotti b’kisja finali ta’ trab taż-żingu (żebgħa rikka fiż-żingu, li fiha piż ta’ 70 % jew aktar ta’ żingu), u minbarra dawk il-prodotti b’sottostrat b’kisja metallika ta’ kromu jew landa, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7210 70 80 , ex 7212 40 80 , ex 7225 99 00 , ex 7226 99 70 (kodiċi TARIC 7210 70 80 11, 7210 70 80 91, 7212 40 80 01, 7212 40 80 21, 7212 40 80 82, 7225 99 00 11, 7225 99 00 91, 7226 99 70 11 u 7226 99 70 91) (“il-prodott taħt rieżami” jew l-“OCS”). |
|
(24) |
Il-prodott taħt rieżami jinkiseb permezz tal-applikazzjoni ta’ kisi organiku għall-prodotti tal-azzar ċatti laminati. Il-kisi organiku jipprovdi protezzjoni u karatteristiċi estetiċi u funzjonali lill-prodotti tal-azzar. |
|
(25) |
L-OCS jintuża prinċipalment fis-settur tal-kostruzzjoni u għall-ipproċessar ulterjuri fi prodotti użati fil-kostruzzjoni. Applikazzjonijiet oħrajn jinkludu l-apparat domestiku. |
2.2. Prodott ikkonċernat
|
(26) |
Il-prodott ikkonċernat minn din l-investigazzjoni huwa l-prodott taħt rieżami li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”). |
2.3. Prodott simili
|
(27) |
Kif ġie stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali u kkonfermat fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza kkonfermat mill-ġdid li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
Għalhekk, dawn il-prodotti huma kkunsidrati bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku. |
3. PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI TAS-SUSSIDJAR
|
(28) |
F’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, u kif huwa ddikjarat fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri eżistenti għandhiex probabbiltà li twassal għal kontinwazzjoni tas-sussidjar. |
3.1. In-nuqqas ta’ kooperazzjoni u l-użu tal-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku
|
(29) |
Fil-21 ta’ Mejju 2024 il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ flimkien ma’ appendiċijiet speċifiċi li l-GTĊ ntalab iressaq lill-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn li l-GTĊ kien jaf li pprovdew self lill-industrija kkonċernata kif ukoll lill-produtturi u lid-distributuri ta’ azzar laminat bis-sħana u bil-kesħa li jipprovdu inputs għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami. |
|
(30) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda tweġiba għal dawn il-kwestjonarji, la mill-GTĊ u lanqas mill-istituzzjonijiet finanzjarji jew kumpaniji upstream. |
|
(31) |
Kif spjegat fil-premessa (17), il-Kummissjoni informat lill-awtoritajiet Ċiniżi b’Note Verbale tat-2 ta’ Awwissu 2024, li wara n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u l-produtturi esportaturi Ċiniżi tal-prodott taħt rieżami, il-Kummissjoni kellha l-ħsieb li tagħmel is-sejbiet tagħha abbażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku. Huma ġew informati wkoll li sejba bbażata fuq il-fatti disponibbli tista’ tkun anqas favorevoli milli kieku l-GTĊ u l-produtturi esportaturi jikkooperaw. |
|
(32) |
Ma wasal l-ebda kumment f’dan ir-rigward. Il-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, qieset l-użu tal-fatti disponibbli meħtieġ sabiex tiġi stabbilita l-kontinwazzjoni tal-prattiki ta’ sussidjar taċ-Ċina fl-industrija tal-azzar miksi b’materjal organiku. |
|
(33) |
Rigward l-użu tal-fatti disponibbli, il-Korp tal-Appell fakkar li l-Artikolu 12.7 tal-Ftehim SCM jippermetti l-użu tal-fatti rreġistrati biss għas-sostituzzjoni tal-informazzjoni li tista’ tkun nieqsa, sabiex is-sussidjar jew id-dannu jiġu ddeterminati b’mod preċiż. Għaldaqstant, il-Korp tal-Appell spjega li “jrid ikun hemm konnessjoni bejn l-“informazzjoni meħtieġa” li hija nieqsa u l-“fatti disponibbli” partikolari li fuqhom tkun ibbażata determinazzjoni skont l-Artikolu 12.7.” Għalhekk, “awtorità li tinvestiga jeħtiġilha tuża dawk il-“fatti disponibbli” li “jissostitwixxu b’mod raġonevoli l-informazzjoni li parti interessata naqset milli tipprovdi”, bil-għan li tasal għal determinazzjoni akkurata.” Il-Korp tal-Appell spjega wkoll li “l-fatti disponibbli” jirreferu għal dawk il-fatti li huma fil-pussess tal-awtorità li tinvestiga u fuq ir-rekord miktub tagħha. Minħabba li d-determinazzjonijiet skont l-Artikolu 12.7 għandhom isiru abbażi tal-“fatti disponibbli”, “dawn ma jistgħux isiru fuq il-bażi ta’ suppożizzjoniiet mhux fattwali jew spekulazzjoni.” Barra minn hekk, meta jiġi rraġunat u evalwat liema mill-fatti disponibbli jistgħu jissostitwixxu b’mod raġonevoli l-informazzjoni nieqsa, “il-fatti kollha sostanzjati irreġistrati jridu jitqiesu” minn awtorità li tinvestiga. Il-Korp tal-Appell spjega li l-aċċertazzjoni li s-“sostituzzjonijiet raġonevoli għall-“informazzjoni meħtieġa” nieqsa tinvolvi proċess ta’ raġunament u evalwazzjoni” min-naħa tal-awtorità li tinvestiga. Fejn hemm diversi fatti disponibbli għall-awtorità li tinvestiga li trid tagħżel minnhom, “jidher li jsegwi b’mod naturali li l-proċess tar-raġunament u l-evalwazzjoni jinvolvu livell ta’ tqabbil” sabiex tintlaħaq determinazzjoni preċiża. L-evalwazzjoni tal-“fatti disponibbli” li hija meħtieġa, u l-forma li din tista’ tieħu, jiddependu fuq iċ-ċirkostanzi partikolari ta’ każ partikolari, inkluża n-natura, il-kwalità u l-ammont ta’ evidenza rreġistrata u d-determinazzjonijiet partikolari li jridu jsiru. In-natura u l-livell tal-ispjegazzjoni u l-analiżi meħtieġa se jvarjaw skont il-ħtieġa minn determinazzjoni għal oħra (10). |
|
(34) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni użat għall-analiżi tagħha l-fatti kollha għad-dispożizzjoni tagħha, b’mod partikolari:
|
3.2. Rimarki ġenerali dwar is-settur tal-azzar fiċ-Ċina
|
(35) |
Qabel analizzat l-allegat sussidjar fil-forma ta’ sussidji speċifiċi jew programmi ta’ sussidju (it-taqsima 3.4 u wara, ta’ hawn taħt), il-Kummissjoni vvalutat il-pjanijiet, il-proġetti u dokumenti oħrajn tal-gvern, li kienu rilevanti għal aktar minn wieħed mis-sussidji jew mill-programmi ta’ sussidju. Hija sabet li s-sussidji jew il-programmi ta’ sussidju kollha taħt valutazzjoni jifformaw parti mill-implimentazzjoni tal-ippjanar ċentrali tal-GTĊ għar-raġunijiet li ġejjin. |
3.2.1. L-14-il pjan ta’ 5 Snin (“l-14-il FYP”) (FYP, Five-Year Plan)
|
(36) |
Fl-investigazzjoni kurrenti tal-Kummissjoni stabbiliet li d-dokument ewlieni ta’ rilevanza matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien l-14-il FYP dwar l-iżvilupp tal-industrija tal-materja prima, bħal dik tal-azzar. L-industrija tal-azzar hija parti importanti mill-industrija tal-materja prima, din tirrappreżenta qasam ewlieni li jifforma l-vantaġġi kompetittivi internazzjonali taċ-Ċina, u l-“kamp tal-battalja ewlieni” għar-ristrutturar tal-fondazzjoni industrijali u l-iżvilupp industrijali ekoloġiku. Il-Pjan jenfasizza l-kultivazzjoni ta’ grupp ta’ intrapriżi ewlenin fil-katina industrijali bi tmexxija ekoloġika u kompetittività ewlenija. |
|
(37) |
Il-Preambolu għall-14-il FYP taċ-Ċina, ippubblikat f’Marzu 2021 u li jkopri l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, jikkonferma r-rwol strateġiku li għandu jaqdi l-azzar fl-ekonomija Ċiniża: “L-industrija tal-materja prima” (15) hija l-pedament tal-ekonomija reali, industrija bażika li tappoġġa l-iżvilupp tal-ekonomija nazzjonali u qasam ewlieni għall-kisba ta’ vantaġġi kompetittivi internazzjonali. Hija l-forza ewlenija fl-inġinerija mill-ġdid tal-bażi industrijali u l-kamp tal-battalja ewlieni għall-iżvilupp ekoloġiku tal-industrija. Sabiex jiġi implimentat l-“Erbatax-il Pjan ta’ 5 Snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u d-Deskrizzjoni tal-Għanijiet fit-Tul għall-2035”, u biex jittejbu l-kwalità u l-effiċjenza tal-iżvilupp tal-industrija tal-materja prima, dan il-pjan huwa fformulat” |
|
(38) |
Minbarra dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni eżaminat l-14-il FYPs adottati mir-Reġjuni u l-Bliet fiċ-Ċina kollha u kkonkludiet li dawn l-entitajiet, li jimplimentaw l-14-il FYP nazzjonali taċ-Ċina, ikomplu jadottaw politiki ta’ appoġġ speċifiċi għall-azzar. Estratti minn xi wħud minn dawn id-dokumenti huma ċċitati hawn taħt biex juru eżempji ta’:
|
|
(39) |
Il-pjan tal-Provinċja ta’ Hebei mill-2023 jipprovdi: “Sabiex titħaffef il-formazzjoni ta’ kapaċitajiet innovattivi ta’ intrapriżi tal-azzar, tinħoloq magna importanti għall-iżvilupp ta’ industrijalizzazzjoni ġdida, tissaħħaħ aktar il-kompetittività ewlenija, tiġi promossa t-trasformazzjoni ta’ “azzar għal materjali, manifattura għal servizzi”, u jiġi promoss żvilupp ta’ livell għoli, intelliġenti u ekoloġiku bbażat fuq is-sitwazzjoni reali tal-provinċja tagħna….” |
|
(40) |
Il-pjan tal-Belt ta’ Chongqing jiddikjara: “Materjali avvanzati tal-azzar. L-iżvilupp vigoruż tal-azzar tal-kostruzzjoni ta’ kwalità għolja, tal-azzar tal-karozzi u tal-muturi, tal-azzar speċjali ta’ kwalità għolja, u tal-azzar inossidabbli ta’ livell għoli kif ukoll ta’ sistema ta’ riċiklaġġ tal-azzar tar-ruttam. [Fil-qasam tal-] azzar tal-kostruzzjoni ta’ kwalità għolja, konċentrazzjoni fuq l-iżvilupp ta’ azzar li jiflaħ għall-effetti tat-temp, azzar tas-sezzjoni ta’ daqs kbir, azzar għall-inġinerija lil hinn mill-kosta kif ukoll azzar strutturali b’saħħa għolja, u jitħaffef l-iżvilupp ta’ vireg tal-azzar reżistenti għat-terremoti b’saħħa kbira, vireg tal-azzar irrigati b’laminazzjoni kiesħa b’duttilità għolja u prodotti oħrajn għall-istrutturi tal-bini. Jappoġġa applikazzjonijiet bħal folja passivata galvanizzata b’għadsa taħraq mingħajr kromu u pjanċi miksija bil-kulur mingħajr kromu. Fil-qasam tal-azzar tal-karozzi u tal-muturi, jiġu aċċellerati r-riċerka u l-iżvilupp u l-industrijalizzazzjoni ta’ azzar b’saħħa għolja ħafna u azzar ifformat bis-sħana, jiġi appoġġat l-iżvilupp ta’ virga u ta’ virga tal-wajer għall-applikazzjoni fil-karozzi u fil-muturi, u jitħaffef l-iżvilupp u l-applikazzjoni tal-azzar għal vetturi li jiffrankaw l-enerġija u li jaħdmu bl-enerġija ġdida, tagħmir ta’ tranżitu ferrovjarju avvanzat u prodotti oħrajn. Fil-qasam tal-azzar speċjali ta’ kwalità għolja, l-enfasi fuq l-iżvilupp ta’ azzar reżistenti għal temperatura għolja, azzar reżistenti għall-korrużjoni, azzar tas-siliċju mhux orjentat, azzar tal-ġarr, għodda ta’ prestazzjoni għolja u azzar tal-forom, azzar elettriku orjentat lejn prestazzjoni għolja, azzar b’espansjoni baxxa, liga amorfa, liga b’temperatura għolja u prodotti oħrajn. Il-kultivazzjoni u l-iżvilupp ta’ trab tal-ligi u azzar ta’ kwalità għolja bbażati fuq il-ħadid għall-applikazzjoni fil-manifattura tas-semikondutturi. Fil-qasam tal-azzar inossidabbli ta’ livell għoli, il-konċentrazzjoni fuq l-iżvilupp ta’ folji tal-azzar inossidabbli, strixxi, wajer, virga kif ukoll azzar inossidabbli użati f’pajpijiet għad-dekorazzjonijiet, pajpijiet iwweldjati bil-fluwidu u pajpijiet mingħajr ġonot. L-appoġġ għall-kostruzzjoni ta’ sistema ta’ riċiklaġġ tar-ruttam tal-azzar, l-iżvilupp b’mod vigoruż tal-industrija intravenuża [industriji b’enfasi speċjali fuq l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-materjali tal-iskart] u t-tħeġġiġ tat-tidwib bi proċess qasir biex jiġi prodott azzar speċjali u azzar inossidabbli ta’ kwalità għolja”. |
|
(41) |
L-14-il FYP tal-Belt ta’ Annshan jistabbilixxi għanijiet fit-tul sal-2035. Il-preambolu jiċċelebra l-kisbiet tat-13-il pjan ta’ 5 snin kif ġej: “L-ottimizzazzjoni u t-titjib tal-industriji tradizzjonali bl-azzar, bil-manjeżit, u bil-manifattura tat-tagħmir bħala l-“fergħa waħda” kisbu riżultati notevoli. Diversi proġetti ewlenin għall-promozzjoni tat-titjib industrijali, bħall-folji tal-karozzi ta’ saħħa għolja ta’ Kobe Steel u l-ferrovija tal-azzar ta’ Zizhu, ġew implimentati b’suċċess. […] Ir-riforma strutturali min-naħa tal-provvista kisbet riżultati notevoli. l-intrapriżi tad-“ditiaogang” [azzar substandard] ġew żmuntati, 4,6 miljun tunnellata ta’ kapaċità tal-produzzjoni b’lura ġew eliminati, u t-titjib ta’ minjieri“ħafna, żgħar, mifruxa u kaotiċi” kiseb riżultati notevoli” . |
|
(42) |
Minn issa sal-2035, il-pjan għall-Azzar fir-reġjun ta’ Anshan huwa li: “Tissaħħaħ il-kompetittività ġenerali tal-industrija tal-azzar. Tiġi appoġġata l-ottimizzazzjoni u t-titjib tal-prodotti tal-Grupp ta’ Angang (16), u tittejjeb b’mod komprensiv il-kompetittività internazzjonali u domestika ta’ prodotti “ewlenin”, bħall-azzar għall-produzzjoni tal-bastimenti, il-ferroviji tqal u l-azzar tal-karozzi b’saħħa għolja ħafna. Jiġi implimentat il-pjan ta’ appoġġ għall-intrapriżi privati tal-azzar ta’ Anshan, tiġi fformata alleanza ta’ intrapriża, titrawwem b’mod attiv il-kostruzzjoni ta’ proġetti ewlenin, bħas-sostituzzjoni tal-kapaċità ta’ Houying Group u l-azzar li jiflaħ għall-effetti tat-temp għall-piluni u għat-torrijiet ta’ trażmissjoni ta’ Zizhu Group. Jiġi ggwidat it-titjib u l-aġġornament tal-kwalità, u jinħoloq żvilupp differenzjat, karatteristiku u rfinut. Jiġu integrati l-intrapriżi tal-azzar u dawk metallurġiċi fl-ekonomija provinċjali u dik tar-reġjun kollu tal-Grigal biex jinbena raggruppament tal-industrija tal-ipproċessar tal-azzar profond ma’ Angang Group bħala l-mexxej u “SME speċjalizzata u sofistikata li tagħmel prodotti ġodda u uniċi” fi rwol ta’ appoġġ. Tiġi estiża l-katina tal-industrija tal-azzar u l-katina tal-provvista. Tiġi żviluppata l-industrija tal-azzar ħafif, issir enfasi fuq il-prodotti tal-azzar meħtieġa mis-swieq speċjalizzati lokali, bħas-suq tal-annimali domestiċi, jiġu żviluppati prodotti tal-konsum finali magħmula minn materjali tal-azzar, u titwettaq l-espansjoni ta’ prodotti tal-azzar minn prodotti kbar u tqal għal prodotti ħfief, żgħar u rfinuti. Tiġi żviluppata b’mod attiv l-industrija tar-ruttam tal-azzar, jiġi appoġġat b’mod vigoruż l-iżvilupp ta’ intrapriżi lokali tar-ruttam tal-azzar fil-Belt ta’ Anshan, jiġu introdotti b’modi attiv intrapriżi tal-ipproċessar tar-ruttam tal-azzar, tiġi promossa l-lokalizzazzjoni ta’ swieq tar-riżorsi tar-ruttam tal-azzar fil-Grigal taċ-Ċina, u, abbażi taż-Żona ta’ Żvilupp Ekonomiku ta’ Lishan, tinbena bażi ta’ riċiklaġġ tar-riżorsi tar-ruttam tal-azzar fil-livell nazzjonali. Jiżdiedu t-trasformazzjoni u t-titjib tas-suq tal-loġistika tal-azzar u jinbena suq modern tan-negozjar tal-azzar li jintegra n-negozjar immedjat, il-loġistika tal-ħżin, il-kummerċ elettroniku, is-servizzi ta’ appoġġ u funzjonijiet oħrajn. Titlesta u tittejjeb il-katina tal-iżvilupp tal-industrija tal-azzar ta’ Anshan, tinħoloq katina sħiħa għas-servizzi tal-minjieri, tal-produzzjoni u dawk konnessi, l-aktar bażi komprensiva tal-katina tal-provvista tal-industrija tal-azzar fil-pajjiż […] Tiġi approfondita b’mod komprensiv l-integrazzjoni ta’ “Anshan Doppja”. Tiġi appoġġata bis-sħiħ ir-riforma u l-iżvilupp ta’ Angang Group u jissolvew b’mod attiv il-kwistjonijiet ta’ legat tiegħu. Filwaqt li ħadet it-tmexxija ta’ 113-il intrapriża ttrasferita, Anshan Metallurgical Industry Chain Group Company ġiet stabbilita biex isservi lil Angang Group fl-espansjoni tal-operazzjonijiet ewlenin tal-azzar tagħha. Tiġi ggwidata r-riforma bidirezzjonali tad-diversifikazzjoni tal-ekwità bejn l-intrapriżi lokali u Angang Group, tittejjeb l-allokazzjoni tar-riżorsi tal-minjieri, il-kapital, il-privattivi teknoloġiċi, il-pjattaformi tas-suq u riżorsi oħrajn biex jiġu massimizzati l-benefiċċji. L-iżvilupp b’mod konġunt ta’ industriji mhux tal-azzar, jinbnew b’mod attiv u konġunt parks industrijali, u jkun hemm konċentrazzjoni fuq il-promozzjoni tal-kostruzzjoni tal-enerġija tal-idroġenu, ir-ruttam tal-azzar, l-ipproċessar fil-fond tal-qatran tal-faħam u proġetti oħrajn. Abbażi tal-Pjattaforma tal-Akkwist tal-Valur ta’ Angang Group, tiġi stabbilita pjattaforma ta’ skambju u kooperazzjoni għall-intrapriżi lokali u tinbena pjattaforma ta’ negozjar online ta’ partijiet terzi ewlenija fl-industrija li toffri servizzi komprensivi għall-katina kollha tal-industrija tal-azzar u l-katina tal-provvista. Ikun hemm kooperazzjoni ma’ Angang Group biex jissaħħu l-isforzi tar-riċerka u l-iżvilupp, l-ikkuntrattar tal-proġetti, id-disinn tal-inġinerija, l-ispezzjoni u l-ittestjar u l-loġistika moderna. Tiġi mħeġġa t-trasformazzjoni lokali tal-kisbiet teknoloġiċi ta’ Angang Group. Jitwettqu attivitajiet fil-fond ta’ promozzjoni tal-investiment għall-katina industrijali u l-katina tal-provvista ta’ Angang Group biex ittejjeb il-varjetà ta’ prodotti fornuti minn intrapriżi lokali.” |
|
(43) |
Il-pjan reġjonali ta’ Anshan għandu jitwettaq permezz ta’ sussidjar kif jidher kif ġej: “Iż-żieda tal-appoġġ politiku. L-intrapriżi jiġu mħeġġa jżidu l-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp, u jimplimentaw b’mod attiv politiki, bħal tnaqqis kbir għall-fondi tar-riċerka u l-iżvilupp, sussidji ta’ wara l-investiment għar-riċerka u l-iżvilupp, tnaqqis fit-taxxa fuq l-introjtu u eżenzjonijiet għal intrapriżi ta’ teknoloġija avvanzata u tnaqqis inklużiv tat-taxxa kif ukoll eżenzjonijiet għal intrapriżi żgħar u mikro. Jiġu implimentati b’mod komprensiv miżuri ta’ riforma relatati mal-appoġġ nazzjonali għall-innovazzjoni. Tiġi appoġġata r-riċerka dwar teknoloġiji ewlenin u jiġu implimentati diversi proġetti ewlenin li jirriflettu l-intenzjonijiet strateġiċi nazzjonali u jenfasizzaw il-vantaġġi xjentifiċi u teknoloġiċi ta’ Anshan. Isiru sforzi biex jingħelbu diversi teknoloġiji ewlenin u teknoloġiji ta’ konġestjoni u jiġu żviluppati diversi prodotti innovattivi ewlenin. Jingħata effett sħiħ lir-rwol ewlieni tal-innovazzjoni korporattiva, Angang Group u l-intrapriżi ewlenin lokali jiġu ggwidati biex jirdoppjaw l-isforzi tar-riċerka u l-iżvilupp, u titħaffef ir-riċerka u l-iżvilupp relatati mal-prodott, it-titjib tal-proċess u proċessi oħrajn. Jiġu esplorati b’mod attiv mogħdijiet ġodda ta’ żvilupp bħal “enclave parks” u “inkubaturi mhux fuq il-post”, tiġi ggwidata l-kultivazzjoni mhux fuq il-post u l-inkubazzjoni lokali ta’ riżorsi innovattivi, u l-intrapriżi jiġu appoġġati fit-twaqqif ta’ bażijiet tar-riċerka u l-iżvilupp f’Beijing, Shanghai, Nanjing u reġjuni oħrajn. Jitkabbru l-mezzi ta’ appoġġ finanzjarju. Jiġu pprovduti servizzi finanzjarji xjentifiċi u teknoloġiċi sodi, jingħata effett sħiħ lir-rwol ta’ gwida tal-fondi tal-gvern, jiġu ingranati l-kapital finanzjarju u l-investiment privat biex jittrasformaw il-kisbiet xjentifiċi u teknoloġiċi, jiżdied l-appoġġ ta’ finanzjament għall-intrapriżi xjentifiċi u teknoloġiċi, u tiġi ffaċilitata l-industrijalizzazzjoni u l-applikazzjoni fuq skala kbira ta’ teknoloġiji ġodda. Jiġu integrati diversi fondi speċjali għall-appoġġ xjentifiku u teknoloġiku u jiġu kkonċentrati r-riżorsi finanzjarji fuq innovazzjonijiet teknoloġiċi ewlenin f’industriji ewlenin u f’oqsma ewlenin. Jittejjeb b’mod innovattiv il-mudell ta’ kreditu tat-teknoloġija, jingħata effett sħiħ lill-funzjoni ta’ kumpens tar-riskju ta’ kreditu bbażat fuq it-teknoloġija, u jsir użu tajjeb mill-prodotti finanzjarji bħal “self għall-innovazzjoni teknoloġika”, finanzjament ta’ wegħda ta’ proprjetà intellettwali u assigurazzjoni tat-teknoloġija biex jittejjeb il-kreditu, jiġu ddiversifikati r-riskji u jittnaqqsu l-kostijiet għall-intrapriżi orjentati lejn it-teknoloġija. Jiġi promoss il-kreditu tal-valur tal-għarfien għall-intrapriżi bbażati fuq it-teknoloġija u jiġu esplorati mudelli ġodda ta’ finanzjament tad-dejn li huma ħfief fl-assi, ibbażati fuq il-kreditu u konvenjenti”. |
3.2.2. Ordni Nru 35
|
(44) |
L-Ordni Nru 35 tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riformi – Politiki għall-iżvilupp tal-Industrija tal-Ħadid u tal-Azzar (2005) (“Ordni Nru 35”) hija dokument ieħor ta’ politika li jirregola s-settur tal-azzar Ċiniż. Filwaqt li ġie adottat mill-Kunsill tal-Istat, dan ikopri diversi aspetti tal-kontroll tal-GTĊ fuq l-industrija, inkluż:
|
3.2.3. Deċiżjoni Nru 40
|
(45) |
Id-Deċiżjoni Nru 40 hija Ordni tal-Kunsill tal-Istat li għal skop ta’ investiment tikklassifika s-setturi industrijali f’kategoriji differenti, jiġifieri “proġetti mħeġġa, ristretti u eliminati”. Din id-Deċiżjoni tiddikjara li l-“Katalogu ta’ Gwida għall-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali”, li huwa miżura ta’ implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 40, huwa bażi importanti sabiex jiġu ggwidati d-direzzjonijiet tal-investiment. Dan jiggwida wkoll lill-GTĊ sabiex jamministra l-proġetti ta’ investiment, u sabiex jifformula u jinforza politiki dwar il-finanzi pubbliċi, it-tassazzjoni, il-kreditu, l-art, l-importazzjoni u l-esportazzjoni (17). Fil-Kapitolu VIII ta’ dan il-Katalogu ta’ Gwida, l-industrija tal-azzar hija indikata bħala industrija mħeġġa. Fir-rigward tan-natura legali tagħha, il-Kummissjoni nnotat li d-Deċiżjoni Nru 40 hija Ordni mill-Kunsill tal-Istat, li huwa l-ogħla korp amministrattiv fir-RPĊ. F’dak ir-rigward, id-deċiżjoni hija legalment vinkolanti għal korpi pubbliċi oħrajn u għall-operaturi ekonomiċi (18). |
3.2.4. Il-Pjan ta’ Rivitalizzazzjoni
|
(46) |
Il-Pjan Direzzjonali għall-Aġġustament u r-Rivitalizzazzjoni tal-Industrija tal-Azzar (2009) huwa pjan ta’ azzjoni għall-industrija tal-azzar. Il-pjan għandu l-għan li jindirizza l-kriżi finanzjarja internazzjonali u jindirizza r-rekwiżiti ġenerali ta’ politika tal-GTĊ biex jinżamm it-tkabbir. Dan ifittex ukoll li “jiżgura l-operazzjoni stabbli tal-industrija” peress li din “titqies bħala industrija prinċipali importanti tal-ekonomija nazzjonali”. Id-dokument jipprovdi dan li ġej:
|
3.2.5. Katalgu ta’ Gwida għall-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali
|
(47) |
Skont il-kapitolu VIII tiegħu, il-Katalgu ta’ Gwida għall-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali (2019), is-settur tal-azzar huwa settur imħeġġeġ. |
3.2.6. Konklużjonijiet ġenerali dwar l-intervent tal-GTĊ fis-settur tal-azzar
|
(48) |
Filwaqt li qieset id-dokumenti msemmija hawn fuq u d-dispożizzjonijiet tagħhom, il-Kummissjoni tenniet il-konklużjoni tagħha mill-investigazzjoni oriġinali li l-industrija tal-azzar Ċiniża baqgħet industrija ewlenija/strateġika matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, li l-iżvilupp tagħha huwa segwit u mmexxi mill-GTĊ bħala objettiv strateġiku tal-politika. |
3.3. Sussidji u programmi ta’ sussidju eżaminati fl-investigazzjoni kurrenti
|
(49) |
Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u l-produtturi esportaturi Ċiniżi speċifikati fil-premessi (17) u (31), il-Kummissjoni ddeċidiet li teżamina jekk kienx hemm kontinwazzjoni tas-sussidjar kif ġej. L-ewwel, il-Kummissjoni eżaminat jekk is-sussidji kkumpensati fl-ewwel rieżami ta’ skadenza komplewx jagħtu benefiċċju lill-industrija tal-azzar miksi b’materjal organiku. Sussegwentement, il-Kummissjoni analizzat jekk l-industrija bbenefikatx mis-sussidji kollha li ma ġewx ikkumpensati fl-ewwel rieżami ta’ skadenza (“sussidji addizzjonali”) kif ġie allegat fit-talba. |
|
(50) |
Il-Kummissjoni ddeċidiet li, minħabba s-sejbiet dwar l-eżistenza tal-kontinwazzjoni tas-sussidjar fir-rigward tal-maġġoranza tas-sussidji kkumpensati fl-ewwel rieżami ta’ skadenza, ma kien hemm l-ebda ħtieġa li jiġu investigati s-sussidji l-oħrajn kollha li l-applikant allega li jeżistu. Fil-fatt, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk hemmx evidenza ta’ kontinwazzjoni tas-sussidjar, irrispettivament mill-ammont tiegħu. |
3.4. Provvista ta’ prodotti u servizzi għal remunerazzjoni anqas minn adegwata (19)
3.4.1. Il-provvista ta’ azzar laminat bis-sħana u bil-kesħa għal remunerazzjoni anqas minn adegwata
3.4.1.1.
|
(51) |
Fl-investigazzjoni oriġinali (20), il-Kummissjoni stabbiliet li “l-SOEs li jipprovdu lill-produtturi tal-OCS azzar laminat bil-kesħa u bis-sħana (“HRS, Hot-Rolled Steel u CRS, Cold-Rolled Steel”) kienu korpi pubbliċi skont it-test stabbilit mill-Korp tal-Appell tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO, World Trade Organization) (21), peress li dawn iwettqu funzjonijiet governattivi u, permezz ta’ dan jeżerċitaw awtorità tal-gvern. |
|
(52) |
Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll li l-produtturi privati tal-HRS u s-CRS fiċ-Ċina huma inkarigati u jingħataw istruzzjonijiet mill-GTĊ biex jipprovdu prodotti f’konformità mal-Artikoli 3.1(a)(iii) u 3.1(a)(iv) tar-Regolament bażiku u jaġixxu bl-istess mod bħal SOEs (SOE, State-Owned Enterprise) tal-azzar. (22) |
|
(53) |
Fl-analiżi sussegwenti (23), il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod pożittiv dwar l-eżistenza ta’ benefiċċju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku għall-produtturi esportaturi tal-OCS. Dan il-benefiċċju rriżulta mill-provvista ta’ materja prima għal remunerazzjoni anqas minn adegwata mill-produtturi tal-HRS u tas-CRS, irrispettivament ikunux SOEs li jaġixxu bħala korpi pubbliċi jew kumpaniji privati inkarigati u mogħtija istruzzjonijiet mill-GTĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 3.1(a)(iv) tar-Regolament bażiku. |
|
(54) |
Sabiex tikkalkula dan il-benefiċċju, il-Kummissjoni qabblet il-prezzijiet tal-HRS u tas-CRS li tħallsu mill-produtturi esportaturi tal-OCS ikkonċernati mal-valur referenzjarju rilevanti. Ir-rapport tal-Korp tal-Appell ikkonferma li f’każ fejn is-suq tal-pajjiż ta’ forniment ikun stort mir-rwol tal-gvern, huwa permess l-użu ta’ valuri referenzjarji esterni. |
|
(55) |
Abbażi tal-informazzjoni fil-fajl fl-investigazzjoni oriġinali, ġie stabbilit li l-prezzijiet tal-HRS u tas-CRS li nbiegħu minn SOEs fiċ-Ċina kienu storti. Dan kien riżultat tal-predominanza qawwija ta’ SOEs fis-suq tal-HRS u tas-CRS fiċ-Ċina u minħabba li l-prezzijiet tal-HRS u tas-CRS tal-fornituri privati kienu allinjati mal-prezzijiet tal-SOEs. |
|
(56) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda prezz fis-suq affidabbli fiċ-Ċina għall-HRS u għas-CRS u hija bniet il-valur referenzjarju abbażi tal-prezzijiet fis-suq globali tal-HRS u tas-CRS, li jiġu ppubblikati regolarment f’diversi ġurnali speċjalizzati tal-azzar bħal Steel Business Briefing, MEPS u CRU. |
|
(57) |
Tqabbil tal-prezzijiet mill-produtturi tal-HRS u tas-CRS mal-valur referenzjarju barra mill-pajjiż wera li l-prezzijiet fiċ-Ċina kienu ferm anqas mill-prezzijiet referenzjarji u konsegwentement irriżultaw f’benefiċċju għall-produtturi esportaturi Ċiniżi tal-OCS skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(58) |
Barra minn hekk, il-programm ta’ sussidju nstab li kien speċifiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(c) tar-Regolament bażiku peress li l-HRS u s-CRS jintużaw biss minn għadd limitat ta’ industriji u intrapriżi fiċ-Ċina fil-proċess tal-produzzjoni tagħhom. |
|
(59) |
Ir-rata tas-sussidju stabbilita fl-investigazzjoni oriġinali għall-produtturi esportaturi tal-OCS inklużi fil-kampjun kienet tvarja minn 23,02 % għal 27,63 %, filwaqt li r-rata għall-kumpaniji li ma kkooperawx kienet 32,44 %. |
|
(60) |
Fl-ewwel rieżami ta’ skadenza ġie konkluż li l-produtturi tal-OCS Ċiniżi komplew jibbenefikaw mill-provvista ta’ HRS u CRS għal remunerazzjoni anqas minn adegwata għall-produzzjoni tal-OCS, li tkopri kemm ix-xiri minn SOEs kif ukoll dak minn dawk li ma humiex SOEs. |
3.4.1.2.
|
(61) |
Bħala l-ewwel pass, l-applikant ipprovda evidenza li l-fornituri tal-HRS u tas-CRS għadhom korpi pubbliċi skont it-test stabbilit mill-Korp tal-Appell tad-WTO (ara l-premessa (51)). L-applikant indika li l-GTĊ jikkontrolla u jimmaniġġja l-SOEs f’diversi modi. |
|
(62) |
L-ewwel, il-qafas istituzzjonali ppermetta lill-GTĊ ikollu kontroll strett fuq l-SOEs permezz ta’ diversi korpi. |
|
(63) |
Il-Kummissjoni għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Istat tal-Kunsill tal-Istat (“SASAC”, State-owned Assets Supervision and Administration Commission of the State Council) hija s-sid aħħari tal-SOEs kollha fiċ-Ċina. Id-diretturi u l-maniġers tas-SASAC kollha jinħatru mill-Partit Komunista taċ-Ċina. Is-SASAC għandha rwol mexxej fil-ġestjoni tal-SOEs, inkluża sorveljanza dixxiplinari, u tiżgura li l-SOEs isegwu l-objettivi stabbiliti mill-GTĊ. Din hija involuta wkoll fid-deċiżjonijiet dwar l-investiment, u t-tranżazzjonijiet tal-istokks u tal-ishma. Għalhekk, is-SASAC tista’ titqies bħala r-regolatur tal-Istat tal-SOEs. |
|
(64) |
Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riformi (“NDRC”, National Development and Reform Commission) hija awtorità regolatorja oħra li tikkontrolla l-SOEs. L-NDRC hija responsabbli biex telabora strateġiji tal-iżvilupp makroekonomiċi u industrijali u tiżgura li l-atturi lokali jimplimentaw kif xieraq il-politika tal-GTĊ. L-NDRC tadotta linji gwida u direttivi u tapprova proġetti kbar ta’ investiment. L-investiment kollu mill-produtturi tal-azzar fiċ-Ċina jrid jiġi approvat mill-NDRC. |
|
(65) |
L-NDRC taħdem mill-qrib mal-Assoċjazzjoni Ċiniża tal-Ħadid u l-Azzar (“CISA”, Chinese Iron and Steel Association). Is-CISA tirrappreżenta l-industrija tal-azzar quddiem il-GTĊ u atturi oħrajn tas-suq. Madankollu, is-CISA għandha rwol semigovernattiv fejn hija involuta fit-tħejjija ta’ linji gwida għall-iżvilupp u fl-approvazzjoni ta’ tranżazzjonijiet li jinkludu produtturi barranin. Is-CISA hija s-suċċessur tal-fergħa tal-azzar tal-Ministeru tal-Industriji Metallurġiċi. |
|
(66) |
It-tieni, il-GTĊ jeżerċita kontroll strett fuq l-industrija tal-azzar bil-liġi. Is-settur tal-azzar huwa kklassifikat taħt “industriji bażiċi u prinċipali”, fejn l-Istat għandu “jżomm setgħa ta’ kontroll relattivament qawwija” (24). Dan jagħmel parti wkoll mill-industriji “mħeġġa” u, bis-saħħa ta’ dan l-istatus, jibbenefika minn diversi vantaġġi fir-rigward ta’, pereżempju, self, drittijiet għall-użu tal-art u politiki preferenzjali tat-taxxa. Dak il-kontroll ikompli jissaħħaħ bil-fatt li sjieda ta’ maġġoranza barranija, li tista’ tnaqqas il-kontroll tal-GTĊ, hija pprojbita fis-settur tal-azzar. |
|
(67) |
Għandu jiġi ssottolinjat li l-evidenza kollha t’hawn fuq dwar id-direzzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll reali tal-GTĊ fir-rigward tal-SOEs hija bbażata fuq l-analiżi tal-istess dokumenti, liġijiet u regolamenti ewlenin bħal fl-investigazzjoni oriġinali li jkunu fis-seħħ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (25). L-unika emenda ewlenija mill-investigazzjoni oriġinali kienet is-sostituzzjoni tat-13-il FYP bl-14-il FYP. Madankollu, tali sostituzzjoni ma mmodifikatx ir-rwol predominanti tal-GTĊ fis-settur tal-azzar. |
|
(68) |
Bħala t-tieni pass, l-applikant ipprovda evidenza tal-preżenza sinifikanti u d-dominanza kontinwa tal-SOEs fis-settur tal-azzar inġenerali u fis-setturi tal-OCS u tal-HRS b’mod partikolari. It-talba ġabret fil-qosor is-sejbiet reċenti tal-investigazzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet tal-Awstralja (26) u tal-Istati Uniti (27) f’dan ir-rigward. |
|
(69) |
Bħala t-tielet pass, l-applikant ipprovda evidenza li l-kumpaniji privati fis-settur tas-CRS u tal-HRS komplew jiġu inkarigati u jingħataw istruzzjonijiet mill-GTĊ biex jipprovdu prodotti f’konformità mal-Artikoli 3.1(a)(iii) u 3.1(a)(iv) tar-Regolament bażiku u li l-ipprezzar tagħhom huwa simili għal dak tal-SOEs. B’hekk, is-sejbiet tal-Kummissjoni fl-investigazzjoni oriġinali jibqgħu validi matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(70) |
Biex jappoġġa t-talba tiegħu, l-applikant indika li l-produtturi li ma humiex SOEs ġew obbligati jsegwu pjanijiet nazzjonali u lokali ta’ 5 snin u dawn huma soġġetti għal interferenza qawwija mill-GTĊ fuq is-suq u kif ukoll fuq l-istrutturi korporattivi tagħhom. Biex jagħti prova tal-interazzjonijiet qawwija kontinwi bejn l-awtoritajiet pubbliċi, il-Partit Komunista u l-produtturi li ma humiex SOEs, l-applikant invoka s-sejbiet tal-investigazzjoni antisussidji reċenti tal-Istati Uniti (28) u dokumenti ta’ implimentazzjoni tal-14-il FYP fil-livelli reġjonali. |
|
(71) |
L-evidenza t’hawn fuq turi l-imġiba kontinwa tal-SOEs fis-setturi tas-CRS u tal-HRS bħala korpi pubbliċi u l-inkarigar u l-għoti ta’ istruzzjonijiet tal-produtturi li ma humiex SOEs. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, ma tressaq l-ebda argument li kien jisfida l-evidenza li tressqet mill-applikant f’dan ir-rigward. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi tal-OCS għadhom jibbenefikaw mill-provvista ta’ materja prima mill-produtturi tas-CRS u tal-HRS f’remunerazzjoni anqas minn adegwata kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. |
|
(72) |
Barra minn hekk, ir-Rapport dwar iċ-Ċina fir-rigward tas-settur tal-azzar b’mod ġenerali (29) kkonferma l-kwistjonijiet kritiċi fl-istabbiliment ta’ dan il-programm ta’ sussidjar u l-kontinwazzjoni tiegħu, bħal: l-imġiba tal-SOEs bħala korpi pubbliċi, id-dominanza tagħhom fis-settur ikkonċernat, l-inkarigar u l-għoti ta’ istruzzjonijiet tal-produtturi li ma humiex SOEs, u d-distorsjonijiet fil-prezzijiet. |
3.4.1.3.
|
(73) |
Il-forniment, mill-korpi pubbliċi, ta’ CRS u ta’ HRS għal remunerazzjoni anqas minn adegwata lill-produtturi tal-OCS huwa sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iii) tar-Regolament bażiku. Il-forniment tal-istess materjal minn kumpaniji privati jiskatta sussidju skont l-Artikolu 3(1)(a)(iv) peress li dawn il-korpi privati huma inkarigati jew mogħtija istruzzjonijiet mill-GTĊ biex jagħmlu dan għal anqas mill-valur tas-suq. |
|
(74) |
Dan il-programm jinvolvi benefiċċju għall-produtturi tal-OCS li ma jistgħux jitkejlu fis-suq domestiku tal-OCS fiċ-Ċina peress li huwa stort. Dan il-benefiċċju jrid jiġi kkalkolat bl-użu ta’ parametru referenzjarju internazzjonali magħmul mill-istess pajjiżi bħal fil-każ oriġinali. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda informazzjoni speċifika għall-kumpaniji li fuqha setgħet tikkalkula l-ammont tas-sussidju mogħti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Madankollu, biex tinstab il-kontinwazzjoni tas-sussidjar li ntlaħaq fir-rieżami ta’ skadenza kurrenti, il-Kummissjoni ma tqisx li huwa meħtieġ li jiġu kkalkolati dawn l-ammonti. |
3.4.1.4.
|
(75) |
Is-sussidju inkwistjoni huwa speċifiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(c) tar-Regolament bażiku meta jitqies l-għadd limitat ta’ industriji fiċ-Ċina li jużaw is-CRS u l-HRS fil-produzzjoni tagħhom. |
|
(76) |
Fir-rigward tal-prodott taħt rieżami, is-sussidju jikkonċerna l-produtturi tal-OCS li ma humiex produtturi tal-azzar integrati vertikalment, jiġifieri dawk li għandhom jew (i) linja ta’ laminazzjoni bil-kesħa u jeħtiġilhom jixtru l-HRS bħala substrat għal linja ta’ laminazzjoni bil-kesħa jew (ii) linja tal-kisi u jeħtiġilhom jixtru s-CRS bħala substrat. |
3.4.1.5.
|
(77) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm biżżejjed evidenza li turi li l-provvista ta’ HRS u CRS għal remunerazzjoni anqas minn adegwata bħala sussidju kumpensabbli kompliet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
3.4.2. L-għoti ta’ drittijiet għall-użu tal-art għal remunerazzjoni anqas minn adegwata
3.4.2.1.
|
(78) |
Fl-investigazzjoni oriġinali (30), il-Kummissjoni stabbiliet li l-provvista ta’ drittijiet għall-użu tal-art (“LUR”, Land-Use Rights) mill-GTĊ għandha titqies bħala miżura ta’ sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Peress li ma hemm l-ebda suq għall-funzjonament tal-art fiċ-Ċina, il-GTĊ jipprovdi drittijiet għall-użu tal-art għal remunerazzjoni anqas minn adegwata, biex b’hekk jagħti benefiċċju lill-kumpaniji riċevituri. L-użu ta’ valur referenzjarju estern wera li l-ammont li tħallas għad-drittijiet għall-użu tal-art mill-produtturi tal-OCS huwa ferm akar baxx mir-rata normali tas-suq. |
|
(79) |
Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll li s-sussidju huwa speċifiku skont l-Artikolu 4.2(a) u 4.2(c) tar-Regolament bażiku, għaliex l-aċċess għall-art industrijali bil-liġi huwa limitat biss għall-kumpaniji li jirrispettaw il-politiki industrijali stabbiliti mill-Istat. Barra minn hekk, ċerti tranżazzjonijiet biss kienu soġġetti għal proċess ta’ offerti, spiss il-prezzijiet kienu qegħdin jiġu stabbiliti mill-awtoritajiet, u l-prattiki tal-gvern f’dan il-qasam ma humiex ċari u trasparenti. |
|
(80) |
Bl-użu tal-valur referenzjarju tal-prezzijiet tal-art fit-Tajwan, ir-rata tas-sussidju fir-rigward ta’ din il-miżura kienet stabbilita fl-investigazzjoni oriġinali għall-kampjun tal-produtturi esportaturi tal-OCS fil-firxa ta’ 0,34 % sa 1,12 %, filwaqt li r-rata għall-kumpaniji li ma kkooperawx kienet fil-livell ta’ 1,36 %. |
|
(81) |
Fl-ewwel rieżami ta’ skadenza ġie konkluż li l-produtturi Ċiniżi tal-OCS komplew jibbenefikaw mill-forniment tal-LUR għal remunerazzjoni anqas minn adegwata. |
3.4.2.2.
|
(82) |
Fit-talba l-applikant ipprovda evidenza li l-produtturi Ċiniżi tal-OCS komplew jibbenefikaw minn drittijiet għall-użu tal-art għal remunerazzjoni anqas minn adegwata. |
|
(83) |
L-applikant indika li l-liġi li tirregola din il-kwistjoni ma nbidlitx mill-investigazzjoni oriġinali. Is-sjieda privata tal-art hija pprojbita fiċ-Ċina. Il-Liġi dwar l-Amministrazzjoni tal-Art, u b’mod partikolari l-Artikolu 2, għadha tipprevedi li l-art kollha fiċ-Ċina fl-aħħar mill-aħħar hija s-sjieda tal-GTĊ għaliex kollettivament din tappartjeni liċ-Ċina. Il-Liġi dwar il-Proprjetà (Artikoli 45-48) tispeċifika li l-art fiċ-Ċina hija jew “proprjetà kollettiva” jew “proprjetà tal-Istat”. L-ebda art ma tista’ tinbiegħ iżda jistgħu jingħataw drittijiet għall-użu tal-art permezz ta’ offerta pubblika, kwotazzjoni jew irkant. |
|
(84) |
La l-GTĊ u lanqas il-produtturi esportaturi ma pprovdew evidenza li tissuġġerixxi li l-industrija tal-OCS ma baqgħetx tibbenefika mill-provvista ta’ drittijiet għall-użu tal-art għal remunerazzjoni anqas minn adegwata. |
|
(85) |
Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, inklużi l-konklużjonijiet tar-Rapport dwar iċ-Ċina (31) f’dan ir-rigward u s-sejbiet tal-investigazzjoni dwar l-HRF fir-rigward ta’ xi kumpaniji tal-azzar li jipproduċu l-OCS (32) kif ukoll l-aktar investigazzjonijiet tal-BEV u tal-MAE reċenti (33), il-Kummissjoni kkonkludiet li r-rati li tħallsu għall-użu tal-art baqgħu jiġu sussidjati għaliex is-sistema imposta mill-GTĊ ma hijiex aderenti mal-prinċipji tas-suq. |
3.4.2.3.
|
(86) |
Minħabba n-nuqqas tas-suq għall-art fiċ-Ċina, irid jintuża valur referenzjarju estern sabiex jiġi ddeterminat prezz xieraq tas-suq u sabiex jiġi kkalkolat l-ammont tas-sussidju li ngħata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami f’konformità mal-Artikolu 6(d)(ii) tar-Regolament bażiku. Il-prezzijiet tal-art Tajwaniżi msemmija hawn fuq, li normalment jintużaw bħala valur referenzjarju f’tali kalkoli, ġew aġġornati u aġġustati ’l fuq wara s-sejbiet tal-aktar investigazzjonijiet kumpensatorji reċenti. |
|
(87) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda informazzjoni speċifika għall-kumpaniji li fuq il-bażi tagħha setgħet tikkalkula l-ammont tas-sussidju mogħti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Madankollu, biex tinstab il-kontinwazzjoni tas-sussidjar li ntlaħaq fir-rieżami ta’ skadenza kurrenti, il-Kummissjoni ma tqisx li huwa meħtieġ li jiġu kkalkolati dawn l-ammonti. Minkejja dan, peress li l-prezzijiet tal-valur referenzjarju fit-Tajwan kienu ogħla minn dawk li ntużaw fl-investigazzjoni oriġinali u fl-ewwel rieżami ta’ skadenza, huwa probabbli li mill-anqas is-sussidjar kompla fl-istess livelli. |
3.4.2.4.
|
(88) |
Is-sussidju huwa speċifiku skont it-tifsira tal-Artikoli 4(2)(a) u 4(2)(c) tar-Regolament bażiku. Id-drittijiet għall-użu tal-art jingħataw biss lil grupp limitat ta’ kumpaniji. Barra minn hekk, is-settur tal-azzar, li jagħmel parti mill-kategorija mħeġġa fi ħdan il-qafas tad-Deċiżjoni Nru 40 tal-Istat tal-Kunsill, jaqa’ fi ħdan is-setturi li jibbenefikaw mid-drittijiet għall-użu tal-art. Barra minn dan, il-provvista ta’ drittijiet għall-użu tal-art fiċ-Ċina għadha ma hijiex trasparenti. |
3.4.2.5.
|
(89) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-provvista ta’ drittijiet għall-użu tal-art għal remunerazzjoni anqas minn adegwata hija sussidju kumpensabbli li kompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
3.4.3. Il-provvista ta’ elettriku għal remunerazzjoni anqas minn adegwata
3.4.3.1.
|
(90) |
Fl-investigazzjoni oriġinali (34), il-Kummissjoni stabbiliet li l-NDRC iffissat il-prezzijiet tal-elettriku applikabbli fid-diversi provinċji. Ġie vverifikat li l-uffiċċji lokali tal-prezzijiet jaġixxu sempliċement bħala fergħa eżekuttiva tad-deċiżjoni meħuda f’livell ċentrali mill-NDRC. Dan ġie kkonfermat ukoll mill-fatt li l-NDRC ħarġet notifiki li fihom tistabbilixxi l-prezzijiet reali stabbiliti għal kull provinċja. Dawn in-notifiki mbagħad jiġu trasposti b’mod formali f’notifiki lokali li jiġu adottati mill-uffiċċji lokali tal-prezzijiet u jiġu implimentati fil-livell lokali. |
|
(91) |
Barra minn hekk, l-investigazzjoni oriġinali stabbiliet ukoll li r-rati differenti tal-elettriku applikabbli għal ċerti setturi u/jew fuq livell provinċjali u lokali huma stabbiliti f’konformità ma’ ċerti fatturi, li jinkludu b’mod partikolari l-insegwiment tal-għanijiet tal-politika industrijali stabbiliti mill-gvernijiet ċentrali u lokali fil-pjanijiet tagħhom ta’ 5 snin u fil-pjanijiet settorjali. |
|
(92) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni stabbiliet li produttur wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li kkooperaw ibbenefika minn rata tal-elettriku aktar baxxa mir-rata li ġeneralment tiġi applikata għall-utenti industrijali kbar. Instab li fiż-żona speċifika fejn kien jinsab dan l-esportatur, sottokategorija ta’ ċerti utenti industrijali, inklużi dawk li jipproduċu l-prodott taħt rieżami, kienu intitolati għal din ir-rata aktar baxxa. Il-kumpanija għalhekk irċeviet kontribuzzjoni finanzjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iii) tar-Regolament bażiku, peress li l-gvern ipprovda l-elettriku permezz tal-kumpanija tal-provvista tal-elettriku pubblika lokali. Din kienet tikkonsisti minn kontribuzzjoni mill-gvern fil-forma ta’ forniment ta’ oġġetti għajr l-infrastruttura ġenerali skont it-tifsira tar-Regolament bażiku. |
|
(93) |
Is-sussidju nstab li kien ukoll speċifiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) u 4(3) tar-Regolament bażiku. Ir-rata tal-elettriku aktar baxxa kienet stabbilita fin-Notifika rilevanti tal-NDRC u kienet inkorporata fin-Notifika maħruġa mill-Uffiċċji tal-Prezzijiet lokali. Għalhekk, din ngħatat il-mandat minn awtorità ċentrali u ġiet mogħtija fil-livell lokali. Din ir-rata aktar baxxa ġiet limitata għal ċerti intrapriżi f’ċerti setturi speċifikati. Is-sussidju kien limitat ukoll għal ċertu reġjun peress li japplika biss f’ċerta żona ġeografika magħżula limitata fejn kien jinsab il-produttur esportatur. |
|
(94) |
Fl-ewwel rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni kkonfermat li l-liġi dwar l-ipprezzar tal-elettriku ma nbidlitx (35) u l-produtturi tal-OCS komplew jieħdu benefiċċju minn prezzijiet baxxi tal-elettriku. |
3.4.3.2.
|
(95) |
Fit-talba, l-applikant indika li l-liġi li tirregola din il-kwistjoni ma nbidlitx mill-investigazzjoni oriġinali u mir-rieżami ta’ skadenza. |
|
(96) |
La l-GTĊ u lanqas il-produtturi esportaturi Ċiniżi ma pprovdew evidenza li tissuġġerixxi li l-industrija tal-OCS ma baqgħetx tibbenefika mill-provvista tal-elettriku għal remunerazzjoni anqas minn adegwata. |
|
(97) |
Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, inklużi l-konklużjonijiet tar-Rapport dwar iċ-Ċina (36), il-Kummissjoni kkonkludiet li r-rati tal-elettriku li tħallsu huma preferenzjali skont l-intrapriżi individwali, is-settur tal-industrija jew il-lokalità ġeografika tagħhom. |
3.4.3.3.
|
(98) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda informazzjoni speċifika għall-kumpaniji li fuqha setgħet tikkalkula l-ammont tas-sussidju mogħti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Madankollu, biex tinstab il-kontinwazzjoni tas-sussidjar li nstabet fl-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza kurrenti, il-Kummissjoni ma tqisx li huwa meħtieġ li jiġu kkalkolati dawn l-ammonti. Minkejja dan, il-livell ta’ sussidju ma jidhirx li naqas meta mqabbel mal-investigazzjoni oriġinali. |
3.4.3.4.
|
(99) |
Kif spjegat fil-premessa (93), l-iskema kienet speċifika skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) u 4(3) tar-Regolament Bażiku. |
3.4.3.5.
|
(100) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm biżżejjed evidenza li turi li l-provvista tal-elettriku għal remunerazzjoni anqas minn adegwata bħala sussidju kumpensabbli kompliet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
3.5. Trasferiment dirett tal-fondi (37)
3.5.1. Self preferenzjali u rati tal-imgħax
3.5.1.1.
|
(101) |
Fl-investigazzjoni oriġinali (38), il-Kummissjoni stabbiliet li l-banek tal-Istat (“SOBs”, State-Owned Banks) kienu korpi pubbliċi għaliex dawn kienu jwettqu funzjonijiet governattivi u, permezz ta’ dan, dawn eżerċitaw awtorità tal-gvern. Barra minn dan, ġie konkluż li fil-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali, l-akbar ħames banek kummerċjali tal-Istat irrappreżentaw aktar minn nofs is-settur bankarju Ċiniż. |
|
(102) |
Fir-rigward tal-banek li pprovdew self lill-produtturi esportaturi tal-OCS li kkooperaw, il-maġġoranza assoluta tagħhom kienu tal-Istat. L-informazzjoni disponibbli wriet li mill-anqas 14 mis-17-il bank irrapportati kienu banek tal-Istat, inklużi l-banek kummerċjali ewlenin fiċ-Ċina, bħall-Bank of China, iċ-China Construction Bank u l-Industrial and Commercial Bank of China. Barra minn hekk, instab ukoll li dawn il-banek kummerċjali tal-Istat kellhom post predominanti fis-suq u fil-kapaċità tagħhom bħala korpi pubbliċi kienu involuti f’offerti ta’ self b’rati tal-imgħax aktar baxxi minn dawk tas-suq. Għaldaqstant, ġie konkluż li l-GTĊ kellu politika biex jipprovdi self preferenzjali lis-settur tal-OCS. |
|
(103) |
Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll, inter alia abbażi tal-Artikoli 34 u 38 tal-Liġi Bankarja Kummerċjali u l-Artikoli 24 u 25 tal-Ordni Nru 35 - Politiki għall-iżvilupp tal-Industrija tal-Ħadid u tal-Azzar, li l-banek kummerċjali bi sjieda privata fiċ-Ċina ġew inkarigati u ngħataw istruzzjonijiet mill-GTĊ biex jipprovdu self preferenzjali lill-produtturi tal-OCS f’konformità mal-Artikolu 3.1(a)(iv) tar-Regolament bażiku. |
|
(104) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li: kien hemm kontribuzzjoni finanzjarja lill-produtturi tal-OCS fil-forma ta’ trasferiment dirett ta’ fondi mill-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku; u l-banek privati kienu wkoll inkarigati jew ngħataw istruzzjonijiet mill-gvern biex jipprovdu kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-istess produtturi skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku. |
|
(105) |
Instab li jeżisti benefiċċju skont it-tifsira tal-Artikoli 3(2) u 6(b) tar-Regolament bażiku sakemm is-self mill-gvern kien jingħata b’termini aktar favorevoli minn dawk li r-riċevitur jista’ fil-fatt jikseb mis-suq. Billi kien stabbilit li s-self mhux mill-gvern fiċ-Ċina ma jipprovdix valur referenzjarju xieraq tas-suq (il-banek privati jkunu inkarigati u jingħataw istruzzjonijiet mill-GTĊ), dan il-valur referenzjarju ġie mfassal abbażi tar-rata tas-self standard tal-Bank tal-Poplu taċ-Ċina. Din ir-rata ġiet aġġustata biex tirrifletti r-riskju normali tas-suq biż-żieda tal-primjum xieraq mistenni fuq il-bonds li jinħarġu minn ditti bi klassifikazzjoni ta’ bonds ta’ “grad mhux ta’ investiment” (f’rata BB). |
|
(106) |
Fl-investigazzjoni oriġinali (39), dan il-programm ta’ sussidju nstab li kien speċifiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku, peress li l-industrija tal-azzar kienet tappartjeni għall-kategorija mħeġġa skont id-Deċiżjoni Nru 40 u d-dispożizzjonijiet tas-self kienu limitati biss għal intrapriżi tal-azzar li kienu jikkonformaw b’mod sħiħ mal-politiki ta’ żvilupp għall-industrija tal-ħadid u tal-azzar (Ordni Nru 35). |
|
(107) |
Barra minn hekk, il-programm instab li huwa speċifiku skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku, peress li ċerti pjanijiet u dokumenti tal-gvern kienu qegħdin iħeġġu u jagħtu istruzzjonijiet biex jingħata appoġġ finanzjarju lill-industrija tal-azzar anke f’reġjuni ġeografiċi speċifiċi taċ-Ċina. |
|
(108) |
Ir-rata tas-sussidju stabbilita fl-investigazzjoni oriġinali għall-produtturi esportaturi tal-OCS inklużi fil-kampjun varjat minn 0,25 % għal 0,89 %, filwaqt li r-rata għall-kumpaniji li ma kkooperawx kienet fil-livell ta’ 0,97 %. |
|
(109) |
Fl-ewwel rieżami ta’ skadenza, l-applikant ipprovda evidenza li l-SOBs komplew ikunu korpi pubbliċi u żammew il-preżenza sinifikanti u d-dominanza tas-suq tagħhom fis-sistema bankarja Ċiniża, filwaqt li l-banek privati komplew jiġu fdati u mogħtija istruzzjonijiet mill-GTĊ biex jipprovdu self sussidjat. Barra minn hekk, l-applikant ipprovda evidenza li l-industrija bankarja kienet konformi mal-objettivi strateġiċi nazzjonali stabbiliti fid-diversi linji gwida u rakkomandazzjonijiet vinkolanti inklużi t-13-il FYP għas-settur tal-azzar. Fuq din il-bażi ġie konkluż li l-produtturi Ċiniżi tal-OCS komplew jibbenefikaw mir-rati preferenzjali tas-self u tal-imgħax. |
3.5.1.2.
|
(110) |
Is-sejbiet tal-investigazzjonijiet antisussidji reċenti li jikkonċernaw l-HRF, il-BEV u l-MAE (40) u l-konklużjonijiet rispettivi fir-Rapport dwar iċ-Ċina (41) kkonfermaw li s-sejbiet ta’ hawn fuq fir-rigward tad-distorsjonijiet fis-settur bankarju Ċiniż imsemmija fil-premessa (109) għadhom fis-seħħ. |
|
(111) |
Barra minn hekk, fit-talba u fl-annessi korrispondenti (42), l-applikant ipprovda evidenza li l-produtturi Ċiniżi tal-OCS komplew jibbenefikaw minn self preferenzjali u rati tal-imgħax aktar baxxi minn dawk tas-suq minn banek domestiċi fiċ-Ċina. Il-korp ta’ evidenza huwa bbażat fuq l-istqarrijiet għall-istampa mill-produtturi tal-OCS u s-self tal-SOBs lill-produttur tal-OCS li jħabbru l-għotjiet ta’ kreditu reċiproku tagħhom. Din l-evidenza mhux biss turi li l-SOBs ikomplu jipprovdu fondi lill-produtturi tal-OCS iżda li l-finanzjament isir biex ikun hemm konformità mal-politika tal-Istat biex tiġi appoġġata l-manifattura tal-azzar fiċ-Ċina. |
|
(112) |
Fl-20 ta’ Frar 2020, il-Fergħa ta’ Shanghai tal-Export-Import Bank of China ħabbret li kienet għamlet self ta’ RMB 1,5 biljun lil Baoshan Iron and Steel Co. Ltd. (43) “Il-Fergħa ta’ Shanghai tal-Export-Import Bank of China reċentement ħarġet self ta’ RMB 1,5 biljun lill-Baoshan Iron and Steel Co., Ltd. biex tipprovdi likwidità meħtieġa biex terġa’ tibda l-produzzjoni u l-produzzjoni supplimentari matul il-pandemija.” L-istqarrija għall-istampa ddikjarat ukoll: “Wara li saret taf dwar il-ħtiġijiet finanzjarji tal-klijent, il-Fergħa ta’ Shanghai tal-Export-Import Bank of China stabbiliet kanal ekoloġiku, ikkoordinat b’mod effiċjenti ma’ bosta dipartimenti, aċċellerat il-progress tal-iżborż tas-self, u pprovdiet self ta’ RMB 1,5 biljun lil Baosteel Co., Ltd. f’perjodu ta’ żmien relattivament qasir biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet kapitali tal-produzzjoni tal-kumpanija matul l-epidemija u biex jiġi żgurat li l-intrapriżi jkunu jistgħu jerġgħu jibdew il-produzzjoni b’mod ordnat. Fil-pass li jmiss, il-Fergħa ta’ Shanghai tal-Export-Import Bank of China se tkompli ssaħħaħ ir-responsabbiltajiet tal-istituzzjonijiet finanzjarji matul il-pandemija, iżżid l-appoġġ għall-finanzjament tas-self, u tgħin lill-kumpaniji jiġġieldu l-pandemija u jerġgħu jibdew jipproduċu”. |
|
(113) |
Fl-20 ta’ Jannar 2023, l-Export-Import Bank of China żvela (44) li kien għamel self ta’ CNY 1,5 triljun li 80 % minnu kien għas-settur tal-manifattura. Imbagħad kompli billi ddikjara li l-fokus kollu tal-politika ta’ self tiegħu għall-manifattura kien ibbażat fuq il-politika tal-Istat biex jappoġġa l-manifattura kemm domestikament kif ukoll internazzjonalment. “Warajha hemm l-importanza kbira li l-kumitat tal-partit tal-Export-Import Bank of China [jiġifieri l-kumitat tal-Partit Komunista Ċiniż (PKĊ) li skont il-liġi jrid jiġi kkonsultat dwar id-deċiżjonijiet kollha fl-intrapriżi] jorbot mal-appoġġ għall-iżvilupp tal-industrija tal-manifattura. Fulin Wu, il-President tal-Export-Import Bank, qal: “Il-manifattura hija l-pedament ta’ pajjiż u r-rekwiżit għal pajjiż b’saħħtu. L-Export-Import Bank dejjem iqiegħed il-ħidma ta’ appoġġ għall-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija tal-manifattura f’pożizzjoni prominenti, u jaħdem ħafna b’enfasi fuqha. […] Permezz ta’ serje ta’ “kombinamenti” ta’ politiki bħall-formulazzjoni ta’ pjanijiet ta’ servizz speċjali, l-arranġament ta’ pjanijiet ta’ kreditu speċjali, il-ħolqien ta’ prodotti ta’ kreditu esklużivi u r-raffinar tal-politiki tal-industrija, l-Export-Import Bank of China ta prijorità lill-allokazzjoni ta’ riżorsi ta’ kreditu fil-manifattura u oqsma ekonomiċi reali oħrajn. [Dan] Ikompli jipprovdi provvista ta’ kreditu stabbli u effiċjenti, jgħin lill-intrapriżi jsaħħu l-kapaċitajiet ta’ espansjoni internazzjonali tagħhom fit-teknoloġija, fil-marka, fis-suq u f’aspetti oħrajn, u jtejbu l-kompetittività internazzjonali tagħhom.” Ma jista’ jkun hemm l-ebda dubju li dan il-finanzjament sar disponibbli għall-industrija tal-OCS, u ġie adottat minnha, li hija s-settur mħeġġeġ fil-manifattura Ċiniża. L-Export-Import Bank of China ħabbar seminar fi stqarrija għall-istampa fit-23 ta’ Ottubru 2023 (45): “Fl-20 ta’ Ottubru, l-Export-Import Bank of China organizza b’suċċess seminar dwar l-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija tal-azzar. Dan l-avveniment għandu l-għan li jimplimenta d-deċiżjonijiet u l-arranġamenti tal-Konferenza Ċentrali ta’ Ħidma Ekonomika, jappoġġa l-operat bla xkiel tal-industrija tal-azzar, u jesplora kif għandu jiġi promoss l-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija.” |
|
(114) |
Is-self mill-Export Import Bank of China lill-HBIS, produttur tal-OCS, ġie kkonfermat f’artiklu miċ-China Metallurgical News mill-5 ta’ Jannar 2022 (46): “Fl-ewwel jum tax-xogħol tal-2022, Jannar 4, iċ-ċerimonja tal-iffirmar tal-HBIS Group, iċ-China Development Bank-China, l-Export-Import Bank biex jappoġġaw il-proġett ta’ trasformazzjoni u aġġornament tal-HBIS Group saret fil-kwartieri ġenerali tal-HBIS Group. Dan l-iffirmar huwa mossa b’saħħitha mit-tliet partijiet biex japprofondixxu l-integrazzjoni tal-industrija u tal-finanzi u biex jiġi kkoordinat l-iżvilupp. It-tliet partijiet se jibnu b’mod attiv tip ġdid ta’ relazzjoni kooperattiva u joħolqu parametru referenzjarju u mudell ġdid għall-kooperazzjoni bejn il-banek u l-intrapriżi, u bejn il-banek stess. Is-Sur Yong Yu, is-segretarju tal-kumitat tal-partit u l-President tal-HBIS Group, Hongyan Guan, is-segretarju tal-kumitat tal-partit u l-president tal-fergħa ta’ Hebei taċ-China Development Bank, u Xiaoyong Xu, is-segretarju tal-kumitat tal-partit u l-president tal-fergħa ta’ Hebei taċ-China Export-Import Bank attendew iċ-ċerimonja tal-iffirmar u taw diskorsi.” |
|
(115) |
Fl-aħħar nett, l-applikant ipprovda evidenza li s-sistema ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu fiċ-Ċina għadha ma hijiex affidabbli. (47) |
|
(116) |
Skont id-Dokument ta’ Ħidma tal-Fond Monetarju Internazzjonali mill-2016 (48), aktar minn 90 % tal-bonds Ċiniżi huma kklassifikati bħala AA sa AAA mill-aġenziji ta’ kreditu lokali fiċ-Ċina. Il-FMI nnota li fl-Istati Uniti, 2 % biss tad-ditti kellhom din il-klassifikazzjoni. |
|
(117) |
Dokument ta’ Għarfien tas-Suq minn Bloomberg mill-2021 wera (49) li 90 % tal-bonds huma kklassifikati AAA minn ħames aġenziji ta’ klassifikazzjoni lokali msemmija. Il-klassifikazzjonijiet ta’ Standard and Poor għall-istess strumenti huma A sa BBB. Il-klassifikazzjonijiet huma ddeterminati mhux mir-riskju ta’ kreditu iżda mill-importanza strateġika għall-GTĊ jew għall-PKĊ. |
|
(118) |
L-applikant ipprovda l-elenkar tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu li jgawdu minnhom il-produtturi Ċiniżi tal-OCS skont is-sistema ta’ klassifikazzjoni Ċiniża lokali. Għall-2023, l-aktar klassifikazzjoni baxxa ta’ dawk il-kumpaniji kienet AA+ filwaqt li l-klassifikazzjoni medja ponderata kienet AAA. Il-klassifikazzjonijiet ġew iddikjarati bħala “stabbli”. Għal dawn ir-raġunijiet, l-applikant ikkunsidra li r-rati tal-imgħax imposti fuq self mill-korp pubbliku jew minn banek fdati u diretti u bbażati fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu mhux affidabbli ma setgħux ikunu l-bażi għad-determinazzjoni tal-kost tas-suq tas-self innifsu. |
|
(119) |
Il-kwistjoni ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu mhux affidabbli fiċ-Ċina ġiet ikkonfermata mis-sejbiet tal-investigazzjonijiet antisussidji reċenti tal-BEV u tal-MAE. (50) |
|
(120) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, ma tressaq l-ebda argument li kien jisfida l-evidenza li tressqet mill-applikant fir-rigward tas-sitwazzjoni kurrenti tas-sistema bankarja Ċiniża u l-kontinwazzjoni tad-dispożizzjonijiet tas-self preferenzjali għall-produtturi tal-OCS. |
3.5.1.3.
|
(121) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda informazzjoni speċifika għall-kumpaniji li fuqha seta’ jiġi kkalkolat l-ammont tas-sussidju mogħti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Madankollu, biex tinstab il-kontinwazzjoni tas-sussidjar li ntlaħaq fir-rieżami ta’ skadenza kurrenti, il-Kummissjoni ma tqisx li huwa meħtieġ li jiġu kkalkolati dawn l-ammonti. Madankollu, ma hemm xejn li jindika li l-livell ta’ sussidju naqas meta mqabbel mal-investigazzjoni oriġinali. |
3.5.1.4.
|
(122) |
Il-programm ta’ sussidju inkwistjoni kien għadu speċifiku skont it-tifsira tal-Artikoli 4(2)(a) u 4(2)(b) tar-Regolament bażiku, meta jitqies li s-sitwazzjoni legali deskritta fil-premessa (106) ma kinitx inbidlet u fid-dawl tal-14-il FYP il-ġdid li kkonferma l-industrija tal-azzar bħala industrija mħeġġa. |
3.5.1.5.
|
(123) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm biżżejjed evidenza li turi li s-self preferenzjali bħala sussidju kumpensabbli kompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
3.5.2. Għotjiet u sussidji ad-hoc
3.5.2.1.
|
(124) |
Fl-investigazzjoni oriġinali (51), il-Kummissjoni kkonkludiet li diversi produtturi tal-azzar, inklużi produtturi tal-OCS, irċevew għotjiet taħt erba’ skemi: Il-programm China World Top Brand, il-programm Famous Brands, il-fond State Key Technology Project, u programmi biex tingħata rifużjoni fuq l-ispejjeż legali fi proċeduri anti-dumping. Barra minn hekk, instab li ngħataw diversi għotjiet lill-produtturi tal-OCS taħt il-programmi reġjonali (fost l-oħrajn fil-provinċji ta’ Liaoning, Jiangsu u Hebei). |
|
(125) |
Minħabba li l-GTĊ naqas milli jipprovdi kwalunkwe informazzjoni dwar dan il-programm, l-investigazzjoni oriġinali bbażat is-sejbiet tagħha dwar dawn il-programmi fuq l-informazzjoni li tinsab fit-talba, is-sejbiet tal-awtoritajiet tal-Istati Uniti f’investigazzjonijiet antisussidji oħrajn (52), u s-sejbiet tal-Kummissjoni stess fl-investigazzjoni dwar il-karta fina miksija. (53) |
|
(126) |
L-investigazzjoni oriġinali kkonkludiet b’mod pożittiv dwar l-eżistenza ta’ għadd ta’ sussidji ad hoc mogħtija lil ċerti produtturi tal-OCS li kienu elenkati fit-talba, abbażi tal-analiżi tal-kontijiet awditjati tal-kumpaniji inkwistjoni. Dawn is-sussidji kienu jew għotjiet jew inkella eżenzjonijiet jew tnaqqis ieħor tat-taxxa sabiex jiġu ffinanzjati proġetti jew assi partikolari. Skont it-talba, dawn ingħataw fil-kuntest tal-politika strateġika ġenerali biex tittejjeb l-industrija tal-azzar. |
|
(127) |
Dawn l-għotjiet u sussidji ad hoc oħrajn instabu li jikkostitwixxu sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku fil-forma ta’ trasferiment dirett ta’ fondi fir-rigward tal-għotjiet u trasferimenti simili ta’ riżorsi. Barra minn hekk, dawk ikkostitwew sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku fil-forma ta’ dħul mitluf tal-gvern għad-diversi eżenzjonijiet jew tnaqqis tat-taxxi u/jew spejjeż fil-livell ċentrali, provinċjali jew muniċipali li normalment ikunu dovuti. |
|
(128) |
Dawn instab li huma wkoll speċifiċi jew skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku, minħabba l-limiti żejda għal intrapriżi speċifiċi biss, jew skont l-Artikolu 4(2)(b), meta jitqies in-nuqqas evidenti ta’ kriterji u kundizzjonijiet oġġettivi għall-applikazzjoni ta’ dawn il-programmi mill-awtorità awtorizzanti. |
|
(129) |
Xi ftit minn dawn is-sussidji nstab li huma speċifiċi skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament bażiku, peress li l-aċċess tagħhom kien limitat għal ċerti intrapriżi li jinsabu f’reġjuni ġeografiċi magħżula f’ċerta provinċja, jew skont l-Artikolu 4(4)(a), peress li l-benefiċċju nstab li huwa kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni (pereżempju fil-każ ta’ prodotti ta’ “marka famuża”). |
|
(130) |
Fl-ewwel rieżami ta’ skadenza l-applikant ipprovda lista dettaljata tas-sussidji ad hoc għal kull produttur tal-OCS, inklużi referenzi għal-linji speċifiċi tar-rapporti annwali awditjati tal-kumpaniji inkwistjoni. Is-sussidji inkwistjoni essenzjalment kienu għotjiet pertinenti għall-assi jew pertinenti għall-introjti. Fuq dik il-bażi ġie konkluż li l-produtturi tal-OCS komplew jirċievu għotjiet bħala sussidji kumpensatorji matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami tal-ewwel rieżami ta’ skadenza. |
3.5.2.2.
|
(131) |
Fit-talba għal rieżami ta’ skadenza, l-applikant ipprovda evidenza li mill-anqas 23 produttur tal-OCS komplew jibbenefikaw minn programmi ta’ għotjiet għalkemm l-iskemi ewlenin użati xi drabi huma differenti minn dawk li nstabu fl-investigazzjoni oriġinali u fl-ewwel rieżami ta’ skadenza. |
|
(132) |
Is-sussidji inkwistjoni essenzjalment kienu għotjiet pertinenti għall-assi jew pertinenti għall-introjti. |
|
(133) |
Is-sussidji pertinenti għall-assi huma akkreditati għal kont tal-introjtu differit. Dawn jiġu rilaxxati għar-rapport tal-introjtu kurrenti/għall-qligħ u t-telf kurrenti(“P&L”, profit and losses) bħala introjtu mhux operattiv matul il-ħajja utli mistennija tal-ass rilevanti permezz ta’ pagamenti annwali ugwali, jew jitnaqqsu mill-ammont riportat tal-ass u jiġu rilaxxati għar-rapport tal-introjtu permezz ta’ imposti mnaqqsa tad-deprezzament. |
|
(134) |
Is-sussidji pertinenti għall-introjtu u li jintużaw biex jiġu kkumpensati l-ispejjeż jew it-telf futuri relatati huma rikonoxxuti bħala introjtu differit u jiġu inklużi fil-P&L attwali, filwaqt li dawk li jintużaw biex jiġu kkumpensati l-ispejjeż jew it-telf imġarrba relatati huma inklużi direttament fil-P&L kurrenti tal-perjodu kontabilistiku rilevanti. |
|
(135) |
Is-sussidji li jingħataw biex jiġu kkumpensati l-ispejjeż jew it-telf tal-passat huma rikonoxxuti fir-rapport tal-introjtu fil-perjodu li fih jiġi rċevut is-sussidju. Il-bilanċ pożittiv bejn il-pagamenti ta’ kumpens u l-ammont ta’ kumpens ittrasferit għall-introjtu differit għandu jitqies bħala riżerva ta’ kapital. |
|
(136) |
Skont it-tip ta’ għotja, l-applikant ipprovda fit-talba kwantifikazzjoni tal-benefiċċju miksub minn kull wieħed mill-produtturi tal-OCS sabiex juri li s-sussidji fil-forma ta’ għotjiet riċevuti mill-produtturi tal-OCS ma naqsux mill-investigazzjoni oriġinali. |
|
(137) |
L-għotjiet kollha u s-sussidji l-oħra ad hoc li ġew analizzati hawn fuq kienu jikkostitwixxu sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku fil-forma ta’ trasferiment dirett ta’ fondi fir-rigward tal-għotjiet u trasferimenti simili ta’ riżorsi. |
|
(138) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, ma tressaq l-ebda argument li kien jisfida l-evidenza li tressqet mill-applikant fir-rigward tal-benefiċċji kontinwi tal-produtturi tal-OCS mill-għotjiet, irrispettivament jekk dawn ngħatawx biex titnaqqas il-kapaċità żejda jew taħt programmi speċifiċi, jew ngħatawx ad hoc. |
3.5.2.3.
|
(139) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda informazzjoni speċifika għall-kumpaniji li fuq il-bażi tagħha setgħet tikkalkula l-ammont tas-sussidju mogħti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Madankollu, biex tinstab il-kontinwazzjoni tas-sussidjar li nstabet fl-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza kurrenti, il-Kummissjoni ma tqisx li huwa meħtieġ li jiġu kkalkolati dawn l-ammonti. Minkejja dan, abbażi tar-Rapport Annwali tal-produtturi tal-OCS, dawn l-ammonti ma humiex negliġibbli. |
3.5.2.4.
|
(140) |
Dawn is-sussidji tqiesu li huma speċifiċi fid-dritt jew fil-fatt, skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament bażiku. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, dawn jitqiesu li jingħataw għal għadd limitat ta’ kumpaniji tal-azzar fis-settur imħeġġeġ tal-azzar, u/jew minħabba l-mod li fih ġiet eżerċitata d-diskrezzjoni tal-awtoritajiet awtorizzanti biex dawn jingħataw. |
3.5.2.5.
|
(141) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm biżżejjed evidenza li turi li l-produtturi tal-OCS komplew jirċievu għotjiet bħala sussidji kumpensatorji matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
3.6. Dħul mitluf jew mhux miġbur tal-gvern li normalment ikun dovut
3.6.1. Sejbiet tal-investigazzjonijiet preċedenti
|
(142) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni stabbiliet li l-produtturi tal-OCS kienu qegħdin jirċievu sussidji kumpensatorji relatati mat-trattament preferenzjali taħt programmi u politiki ta’ taxxa fuq l-introjtu u ta’ taxxa diretta oħrajn. |
|
(143) |
Fir-rigward ta’ żewġ programmi speċifiċi: Politiki tat-Taxxa għat-Tnaqqis tal-Ispejjeż tar-Riċerka u tal-Iżvilupp, u Konċessjonijiet tat-Taxxa għar-Reġjuni Ċentrali u tal-Punent, il-Kummissjoni, minħabba li kellha biżżejjed kooperazzjoni tal-GTĊ u tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, ibbażat is-sejbiet tagħha fir-rigward tal-bażi legali, l-eliġibbiltà, in-natura tas-sussidju u l-ispeċifiċità tiegħu fuq it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju u setgħet tikkalkula r-rati individwali ta’ sussidju għall-kampjun tal-kumpaniji. |
|
(144) |
Fir-rigward ta’ tmien programmi u politiki oħrajn, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ, il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha fuq l-evidenza li tressqet fit-talba u r-riżultati tal-investigazzjonijiet antisussidji tal-awtoritajiet tal-Istati Uniti fuq il-pajpijiet tal-linja tal-azzar ta’ kwalità tal-karbonju wweldjati f’forma ta’ ċirku (54), ċerti roti tal-azzar (55), id-decking tal-wajers (56), ċertu rmonk wara l-magni għall-qtugħ tal-ħaxix, (57) u l-investigazzjoni tal-Kummissjoni stess dwar il-karta fina miksija. Għandu jissemma’ li nstab li tnejn minn dawn it-tmien programmi ma humiex kumpensatorji. |
|
(145) |
Fl-ewwel rieżami ta’ skadenza l-Kummissjoni kkonkludiet li ħafna produtturi Ċiniżi tal-azzar, inkluż mill-anqas tliet produtturi tal-OCS, għadhom jibbenefikaw minn mill-anqas żewġ programmi ta’ sussidju fuq it-taxxa diretta li kienu kkumpensati fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri l-Politiki tat-Taxxa Preferenzjali għall-Kumpaniji li huma Mħeġġa bħala Intrapriżi b’Teknoloġija Avvanzata u Ġdida, u l-Politiki tat-Taxxa għat-Tnaqqis tal-Ispejjeż tar-Riċerka u tal-Iżvilupp. Ġie kkonfermat ukoll li l-iskemi għadhom ibbażati fuq l-istess bażi legali u għalhekk, ma hemm l-ebda bidla fil-konklużjonijiet fir-rigward tal-eliġibbiltà, l-applikazzjoni prattika tal-iskemi, il-benefiċċji mogħtija fuq l-użu tagħhom u l-ispeċifiċità tagħhom. |
|
(146) |
Fl-ewwel rieżami ta’ skadenza, l-applikant ipprovda wkoll evidenza li xi produtturi tal-OCS kienu qegħdin jibbenefikaw minn tliet politiki preferenzjali addizzjonali dwar it-taxxa fuq l-introjtu, li ma kinux ikkumpensati fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri l-Privileġġi tat-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi għall-Prodotti tar-Riżorsi minn Utilizzazzjoni Sinerġika, mill-Eżenzjoni mit-Taxxa fuq l-Użu tal-Art u mit-Tnaqqis fit-Taxxa fuq il-Minerali tal-Ħadid. L-evidenza f’dan ir-rigward kienet ibbażata fuq is-sejbiet tal-investigazzjoni dwar l-HFR oriġinali u l-kontijiet awditjati tal-kumpaniji inkwistjoni. |
|
(147) |
Minħabba kooperazzjoni insuffiċjenti tal-GTĊ u l-fatt li l-kumpaniji inklużi fil-kampjun ma kinux qegħdin jibbenefikaw minn dawn l-iskemi fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha fir-rigward tal-bażi legali, l-eliġibbiltà, in-natura tas-sussidju u l-ispeċifiċità tiegħu fuq l-evidenza li tressqet fit-talba u r-riżultati tal-investigazzjoni antisussidji tal-awtoritajiet tal-Istati Uniti fuq il-karta ħielsa miksija (58) u l-investigazzjoni tal-Kummissjoni stess dwar il-karta fina miksija (59). |
|
(148) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni stabbiliet li l-produtturi tal-OCS kienu qegħdin jirċievu sussidji kumpensatorji relatati mat-trattament preferenzjali taħt żewġ programmi tat-taxxa indiretta u tat-taxxa tal-importazzjoni:
|
|
(149) |
Barra minn dan, ġiet ikkumpensata skema reġjonali oħra kif ukoll diversi privileġġi tat-taxxa ad hoc oħrajn relatati mat-taxxi indiretti. |
|
(150) |
Fl-ewwel rieżami ta’ skadenza, abbażi tal-investigazzjoni dwar l-HRF oriġinali, ġie konkluż li ċerti kumpaniji li kienu fl-istess ħin produtturi tal-HRF u tal-OCS komplew jibbenefikaw minn tal-anqas l-ewwel skema elenkata fil-premessa (148). Ġie kkonfermat ukoll li l-bażi legali tal-iskema ma nbidlitx u għalhekk ma kien hemm l-ebda bidla fil-konklużjonijiet fir-rigward tal-eliġibbiltà, l-applikazzjoni prattika tal-iskema, il-benefiċċji mogħtija fuq l-użu tagħha u l-ispeċifiċità tagħha. |
|
(151) |
Instab li l-programmi tat-taxxa diretta u indiretta u tat-taxxa tal-importazzjoni huma sussidji skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u 3(2) tar-Regolament bażiku, fil-forma ta’ dħul tal-gvern mitluf li jagħti benefiċċju lill-kumpaniji riċevituri. |
|
(152) |
Instab ukoll li l-iskemi ta’ sussidju huma speċifiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku minħabba li l-leġiżlazzjonijiet li skonthom operat l-awtorità awtorizzanti llimitaw l-aċċess għall-iskemi għal ċerti intrapriżi u industriji biss. Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ ma ppermettiex lill-Kummissjoni tilħaq il-konklużjoni dwar jekk kinux jeżistu kriterji oġġettivi ta’ eliġibbiltà għal ċerti skemi, li għamluhom ukoll speċifiċi skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku. |
|
(153) |
Barra minn dan, instab li t-tieni skema msemmija fil-premessa (148) hija speċifika mat-termini tal-Artikolu 4(4)(b) tar-Regolament bażiku bħala kontinġenti fuq l-użu ta’ prodotti domestiċi importati żżejjed, filwaqt li instab ukoll li l-iskema reġjonali u l-privileġġi ad hoc huma speċifiċi skont it-termini tal-Artikolu 4(3) ta’ dak ir-Regolament peress li l-eliġibbiltà tagħhom kienet limitata għal ċerti żoni u muniċipalitajiet magħżula fi ħdan il-ġuriżdizzjoni tal-awtorità li kienet qiegħda tagħti s-sussidju. |
3.6.2. Kontinwazzjoni tal-programm ta’ sussidju
|
(154) |
Fit-talba għal rieżami ta’ skadenza, l-applikant ipprovda evidenza li mill-anqas 27 produttur tal-OCS (gruppi ta’) komplew jibbenefikaw minn diversi privileġġi tal-EIT u tal-VAT. |
|
(155) |
L-analiżi u d-data pprovduti fit-talba jkopru l-perjodu 2018-Ġunju 2023 u huma bbażati fuq ir-rapporti finanzjarji tal-kumpaniji taħt rieżami u fuq l-estensjoni possibbli tar-rapport ta’ kumpaniji speċifiċi, it-tip ta’ benefiċċju tat-taxxa u s-sena ta’ benefiċċju. |
|
(156) |
Barra minn hekk, l-investigazzjoni dwar l-HRF reċenti kkonfermat li l-produtturi tal-HRF (li spiss ikunu wkoll produtturi tal-OCS) komplew jibbenefikaw minn skemi ta’ sussidju tat-taxxa diretti u indiretti fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami tal-proċedura tal-HRF li kopriet is-sena 2021. (60) |
|
(157) |
Is-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni kif ukoll l-aktar investigazzjonijiet dwar il-BEV u l-MAR reċenti kkonfermaw li l-iskemi tat-taxxa ewlenin għadhom ibbażati fuq l-istess bażi legali u għalhekk, ma hemm l-ebda bidla fil-konklużjonijiet fir-rigward tal-eliġibbiltà, l-applikazzjoni prattika tal-iskemi, il-benefiċċji mogħtija fuq l-użu tagħhom u l-ispeċifiċità tagħhom. |
|
(158) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, ma tressaq l-ebda argument li kien jisfida l-evidenza li tressqet mill-applikant fir-rigward tal-benefiċċji kontinwi tal-produtturi tal-OCS minn programmi tal-introjtu u tat-taxxa diretta oħrajn kif ukoll minn programmi u politiki tat-taxxa indiretti. |
|
(159) |
L-iskemi inkwistjoni jitqiesu li huma sussidji skont it-tifsira tal-Artikoli 3(1)(a)(ii) u 3(2) tar-Regolament bażiku fil-forma ta’ dħul mitluf tal-gvern li jagħti benefiċċju lill-kumpanniji riċevituri. |
3.6.3. Benefiċċju
|
(160) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda informazzjoni speċifika għall-kumpaniji li fuq il-bażi tagħha setgħet tikkalkula l-ammont tas-sussidju mogħti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Madankollu, biex tinstab il-kontinwazzjoni tas-sussidjar li ntlaħaq fir-rieżami ta’ skadenza kurrenti, il-Kummissjoni ma tqisx li huwa meħtieġ li jiġu kkalkolati dawn l-ammonti. |
3.6.4. Speċifiċità
|
(161) |
L-iskemi huma speċifiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku minħabba li l-leġiżlazzjonijiet li skonthom operat l-awtorità awtorizzanti llimitaw l-aċċess għall-iskemi għal ċerti intrapriżi u industriji biss. |
|
(162) |
Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ ma ppermettiex lill-Kummissjoni tilħaq il-konklużjoni dwar jekk kinux jeżistu kriterji oġġettivi ta’ eliġibbiltà għal ċerti skemi, li għamluhom ukoll speċifiċi skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku. |
3.6.5. Konklużjoni
|
(163) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li hemm biżżejjed evidenza li turi li xi wħud mill-programmi tat-taxxa diretta u indiretta komplew ikunu bħala sussidji kumpensatorji matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
3.7. Konklużjoni ġenerali dwar il-kontinwazzjoni tas-sussidju
|
(164) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi tal-OCS fiċ-Ċina komplew jibbenefikaw minn sussidji kumpensatorji matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
3.8. Żvilupp tal-importazzjonijiet jekk il-miżuri jiġu revokati
|
(165) |
Wara s-sejbiet dwar l-eżistenza ta’ sussidju matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni investigat il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ importazzjonijiet sussidjati mill-pajjiż ikkonċernat, jekk il-miżuri jiġu revokati. L-elementi addizzjonali segwenti kienu analizzati: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina, id-disponibbiltà ta’ swieq oħrajn, u l-attrattività tas-suq tal-Unjoni. |
3.8.1. Kapaċità tal-produzzjoni u kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ
|
(166) |
Minħabba li n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ kienu stabbiliti abbażi tal-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. |
|
(167) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-OCS fiċ-Ċina żdiedet gradwalment matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni bħala imtieħen tal-azzar integrati vertikalment investiti fil-manifattura ta’ prodotti downstream, bħal prodotti tal-azzar miksija bil-kulur. Il-kapaċità totali tal-produzzjoni tal-OCS żdiedet minn 50 miljun tunnellata fl-2020 għal aktar minn 55 miljun tunnellata fl-2023. (61) |
|
(168) |
Fl-2020, żdiedu tmien linji ta’ produzzjoni ġodda miksija bil-kulur, b’kapaċità totali ta’ 1,59 miljun tunnellata. Fl-2021 daħlu fis-seħħ ħames linji ta’ produzzjoni ġodda, b’kapaċità ta’ 800 000 tunnellata. Fl-2022, kapaċità addizzjonali ta’ 2,3 miljun tunnellata mifruxa fuq 11-il linja ta’ produzzjoni ġdida kienet mistennija li tinbena f’diversi provinċji inklużi Tianjin, Liaoning, Fujian, Guangdong, Hebei u Fujian. (62) Madankollu, xi wħud mill-proġetti ġew ittardjati minħabba domanda domestika staġnata għal kojls miksija bil-kulur. Fl-2023, tnedew tmien linji ta’ produzzjoni ġodda b’kapaċità totali ta’ 1,9 miljun tunnellata. L-industrija Ċiniża tal-OCS kellha tkompli tikber ukoll fl-2024 b’kapaċità addizzjonali ta’ 2,07 miljun tunnellata ppjanata għal tmien linji ta’ produzzjoni ġodda. (63) |
|
(169) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni fiċ-Ċina qiegħda tkompli tikber fuq skala kbira minkejja r-rata ta’ utilizzazzjoni tagħha. Il-kapaċità l-ġdida miżjuda matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni biss tkun tista’ taqdi bis-sħiħ id-domanda fis-suq tal-Unjoni. |
|
(170) |
L-investimenti addizzjonali fil-linji ta’ produzzjoni tal-OCS twettqu minkejja li l-użu tal-kapaċità baqa’ kontinwament baxx. Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-użu tal-kapaċità naqas minn 68 % fl-2020 (64) għal madwar 50 % fl-2022 u fl-2023 (65). Għalhekk, fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-produtturi Ċiniżi tal-OCS kellhom kapaċità ta’ riżerva disponibbli li kienet ugwali għal kważi seba’ darbiet id-domanda għall-OCS fl-Unjoni. |
|
(171) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni qieset li jekk il-miżuri jitħassru, il-produtturi Ċiniżi tal-OCS ikunu jistgħu jimlew is-suq tal-Unjoni bil-prodott tagħhom. |
3.8.2. Disponibbiltà ta’ swieq oħrajn
|
(172) |
Fl-Awstralja, fl-Indja, fil-Malażja, fil-Messiku, fil-Pakistan u fit-Turkija hemm fis-seħħ miżuri għad-difiża tal-kummerċ kontra l-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-OCS. |
|
(173) |
Barra minn hekk, l-importazzjonijiet ta’ inter alia l-OCS Ċiniżi huma soġġetti għal miżuri ta’ salvagwardja fil-Kanada, fl-Indja, fil-Marokk, fit-Turkija, fir-Renju Unit, fiż-Żambja, kif ukoll fil-pajjiżi tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf u tal-Unjoni Doganali tan-Nofsinhar tal-Afrika. |
|
(174) |
Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li, jekk il-miżuri kurrenti jiġu revokati, x’aktarx il-produtturi Ċiniżi tal-OCS jirridirezzjonaw l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. |
3.8.3. Attraenza tas-suq tal-Unjoni
|
(175) |
Kif deskritt fit-taqsima 3.5, il-produtturi Ċiniżi tal-OCS għandhom kapaċità ta’ produzzjoni ta’ riżerva vasta. Is-suq tal-Unjoni jirrappreżenta opportunità attraenti biex iservi suq ta’ daqs sinifikanti bi prezzijiet li jaqbżu b’mod konsiderevoli l-prezzijiet domestiċi Ċiniżi tal-OCS kif ukoll il-prezzijiet tal-esportazzjoni imposti fuq il-klijenti fis-swieq ewlenin tal-esportazzjoni taċ-Ċina, u b’hekk tiżdied l-utilizzazzjoni ġenerali tal-kapaċità. Dan jibqa’ validu b’mod partikolari peress li għadd ta’ pajjiżi terzi jirregolaw l-aċċess għas-suq tagħhom għall-azzar miksi Ċiniż bl-użu ta’ salvagwardji u miżuri ta’ difiża tal-kummerċ. |
|
(176) |
Skont ir-Rapporti Annwali ta’ MySteel tal-2022 u tal-2023, il-volum annwali totali tal-esportazzjonijiet tal-azzar miksi bil-kulur miċ-Ċina baqa’ ogħla minn 6 miljun tunnellata mill-2018, u laħaq 6,4 miljun tunnellata fl-2023. |
|
(177) |
L-Unjoni b’konsum ta’ 3,9 miljun tunnellata ta’ OCS fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami għalhekk tirrappreżenta opportunità attraenti biex jiżdiedu l-esportazzjonijiet b’aktar minn 60 %. |
|
(178) |
Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li d-daqs tas-suq tal-Unjoni x’aktarx li jkun jimmotiva lill-produtturi Ċiniżi biex jerġgħu jattivaw il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni mhux użati tagħhom u jżidu l-esportazzjonijiet immirati lejn is-suq tal-Unjoni. |
|
(179) |
Fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-prezz tal-produtturi tal-Unjoni kien ogħla minn 30 sa 60 % mill-prezz tal-esportazzjoni mitlub mill-esportaturi Ċiniżi tal-OCS fil-ħames swieq ewlenin tal-esportazzjoni aġġustati għall-prezz CIF (CIF, Cost, Insurance and Freight) fil-fruntiera tal-Unjoni. |
|
(180) |
Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-OCS li joriġinaw mill-Indja u mill-Korea kienu wkoll ogħla mill-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi fis-swieq ewlenin tal-esportazzjoni, jiġifieri minn 10 sa 35 % għal dawk mill-Indja u minn 30 sa 60 % għal dawk mill-Korea. |
|
(181) |
Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-livelli tal-prezzijiet prevalenti fis-suq tal-Unjoni jirrappreżentaw inċentiv għall-esportaturi Ċiniżi tal-OCS biex jirridirezzjonaw l-esportazzjonijiet tagħhom minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni jekk il-miżuri ma jibqgħux jeżistu. |
3.9. Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tas-sussidjar
|
(182) |
Il-Kummissjoni, abbażi tal-aħjar fatti disponibbli, ikkonkludiet li kien hemm biżżejjed evidenza li s-sussidjar tal-industrija tal-OCS fir-RPĊ kompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u x’aktarx li jkompli fil-futur. |
|
(183) |
Is-sussidjar tal-industrija tal-OCS jippermetti lill-produtturi Ċiniżi jżommu l-kapaċitajiet tal-produzzjoni tagħhom f’livell li jaqbeż sew id-domanda domestika. Din il-kapaċità enormi għadha fil-biċċa l-kbira mhux użata minħabba domanda domestika staġnata. Il-kapaċità ta’ riżerva eżistenti hija biżżejjed biex is-suq tal-Unjoni jimtela bi prodotti sussidjati. Is-suq tal-Unjoni nstab li kien attraenti għall-produtturi Ċiniżi tal-OCS f’termini tad-daqs tiegħu, kif ukoll f’termini ta’ prezzijiet. Il-konsum totali tal-OCS fl-Unjoni joffri opportunità għar-RPĊ biex tkabbar b’mod sinifikanti l-esportazzjonijiet tagħha. Barra minn hekk, il-prezzijiet prevalenti fis-suq tal-Unjoni huma konsiderevolment ogħla mill-prezzijiet domestiċi Ċiniżi u mill-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn is-swieq ewlenin tal-esportazzjoni. Il-fatt li għadd ta’ swieq terzi għadhom magħluqa jew b’aċċessibbiltà limitata minħabba miżuri ta’ difiża tal-kummerċ fis-seħħ jikkontribwixxi għall-attraenza tas-suq tal-Unjoni. Dan kollu ta’ hawn fuq iservi bħala inċentiv qawwi għall-produtturi Ċiniżi biex (a) jerġgħu jattivaw il-kapaċità tal-produzzjoni mhux użata u/jew (b) jirridirezzjonaw il-bejgħ domestiku jew il-bejgħ tagħhom lejn swieq terzi lejn l-Unjoni. Esportazzjonijiet bħal dawn lejn l-Unjoni x’aktarx bi prezzijiet li huma ogħla minn dawk mitluba domestikament jew għal esportazzjonijiet lejn swieq terzi filwaqt li xorta jwaqqgħu l-prezz tal-produtturi tal-Unjoni. Għalhekk, l-OCS Ċiniż jista’ faċilment jimbotta lill-produtturi tal-Unjoni mis-suq tal-Unjoni u jikseb sehem sinifikanti mis-suq. |
|
(184) |
Għalhekk, il-Kummissjoni sabet li t-tħassir tal-miżuri kumpensatorji x’aktarx jirriżulta f’ridirezzjoni ta’ volumi sinifikanti ta’ importazzjonijiet sussidjati tal-prodott taħt rieżami lejn is-suq tal-Unjoni. Diversi programmi ta’ sussidju għadhom qegħdin jiġu offruti mill-GTĊ lill-industrija tal-OCS u l-Kummissjoni ddeterminat li l-industrija tal-OCS ibbenefikat minn għadd minnhom matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
4. DANNU
4.1. Il-produzzjoni tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni
|
(185) |
Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-OCS ġie mmanifatturat minn aktar minn 20 produttur magħrufa fl-Unjoni, xi wħud minnhom relatati ma’ xulxin. Diversi minn dawn il-produtturi jappartjenu għal gruppi li jipproduċu l-azzar. |
|
(186) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni ġiet stmata li hija 3 981 155 tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami abbażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju li ġew ippreżentati mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u d-data li ġiet ippreżentata mill-applikant. Il-produtturi tal-Unjoni li huma responsabbli għall-produzzjoni totali tal-Unjoni jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku. |
4.2. Konsum fl-Unjoni
|
(187) |
L-investigazzjoni sabet li sehem tal-industrija tal-Unjoni juża l-produzzjoni tagħha għal użu intern, li spiss jiġi sempliċiment ittrasferit (mingħajr fattura) u/jew jingħata fi prezzijiet ta’ trasferiment fi ħdan l-istess kumpanija jew grupp ta’ kumpaniji għal aktar ipproċessar downstream. Bħal fl-investigazzjoni oriġinali (il-premessi (462)-(463) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/688), ġie kkunsidrat li l-indikaturi ekonomiċi bħall-produzzjoni, il-kapaċità, l-użu tal-kapaċità, l-investimenti, l-istokks, l-impjiegi, il-produttività, il-pagi u l-possibbiltà li jiżdied il-kapital jiddependu fuq l-attività sħiħa, irrispettivament minn jekk il-produzzjoni hijiex għal użu kaptiv jew mibjugħa fis-suq ħieles. Madankollu, il-volum ta’ bejgħ u l-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, il-volum tal-esportazzjoni u l-prezzijiet jiffukaw fuq is-sitwazzjoni prevalenti fis-suq ħieles (u b’hekk, jeskludu attivitajiet kaptivi). Għalhekk, l-indikaturi tad-dannu ġew ikkoreġuti għall-użu u l-bejgħ kaptivi magħrufa fl-industrija tal-Unjoni. B’riżultat ta’ dan il-kalkolu, minħabba li, minn naħa waħda, il-volum użat b’mod kaptiv kien fih innifsu limitat (bejn 5 u 10 % tal-produzzjoni) u, min-naħa l-oħra, kien żviluppa f’konformità mal-volumi mibjugħa fis-suq ħieles, ma ġiex analizzat aktar separatament. |
|
(188) |
Il-konsum fl-Unjoni ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ (i) l-istatistika tal-Eurostat dwar l-importazzjonijiet u (ii) il-volumi tal-bejgħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni, kif sottomessi mill-applikant. Dawn il-volumi ta’ bejgħ ġew kontroverifikati u aġġornati meta kien meħtieġ fir-rigward ta’ produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun bħala riżultat taż-żjariet ta’ verifika fil-binjiet tagħhom. |
|
(189) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 1 Konsum tal-Unjoni (tunnellati)
|
||||||||||||||||||||||
|
(190) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-konsum tal-Unjoni naqas b’6 %. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun spjegaw it-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami permezz tal-prestazzjoni ekonomika aktar baxxa tal-Ġermanja u akkumpanjata minn domanda aktar baxxa ta’ OCS. |
4.3. Importazzjonijiet miċ-Ċina
4.3.1. Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
|
(191) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volumi tal-importazzjonijiet u l-prezzijiet abbażi ta’ statistika tal-importazzjoni fil-livell TARIC permezz ta’ informazzjoni miġbura fuq il-bażi tal-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku. |
|
(192) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn l-Unjoni żviluppaw kif ġej: Tabella 2 Kwantità tal-importazzjoni (tunnellati) u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(193) |
Il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kien negliġibbli matul il-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni. |
4.3.2. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u t-twaqqigħ tal-prezz
|
(194) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-prezz tal-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn l-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 3 Prezzijiet tal-importazzjonijiet (EUR/ tunnellata)
|
||||||||||||||||||||||
|
(195) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu b’97 %, madankollu applikaw iż-żmien kollu għal volumi minimi ta’ importazzjonijiet. Dawk il-volumi minimi ta’ importazzjonijiet ma jistgħux jitqiesu rappreżentattivi u ma jippermettu l-ebda kalkolu sinifikattiv tat-twaqqigħ tal-prezz. |
4.4. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi minbarra ċ-Ċina
|
(196) |
L-importazzjonijiet ta’ azzar miksi b’materjal organiku minn pajjiżi terzi minbarra ċ-Ċina kienu prinċipalment mill-Indja, mill-Korea t’Isfel, mir-Renju Unit, mill-Vjetnam, mit-Turkija, mit-Tajwan, mill-Maċedonja ta’ Fuq u mir-Russja. |
|
(197) |
Il-volum tal-importazzjonijiet fl-Unjoni kif ukoll is-sehem mis-suq u x-xejriet tal-prezzijiet għall-importazzjonijiet ta’ azzar miksi b’materjal organiku minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppaw kif ġej: Tabella 4 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(198) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi żdied biex jilħaq sehem mis-suq ta’ 16,5 %. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn l-importazzjonijiet kienu mill-Indja u l-Korea, segwiti mir-Renju Unit, il-Vjetnam, it-Turkija u t-Tajwan. L-importazzjonijiet mill-Indja u mir-Repubblika tal-Korea żdiedu b’mod sinifikanti u s-sehem mis-suq ikkombinat tagħhom kważi rdoppja biex jilħaq 9,7 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mill-Indja u mir-Repubblika tal-Korea kienu taħt il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, u dan ikkawża pressjoni fuq il-prezzijiet tal-OCS prevalenti fis-suq tal-Unjoni. |
4.5. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.5.1. Kummenti ġenerali
|
(199) |
Skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet sussidjati fuq l-industrija tal-Unjoni inkluda evalwazzjoni tal-fatturi u l-indiċijiet ekonomiċi kollha li affettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(200) |
Kif imsemmi fil-premessa (16), il-kampjunar intuża għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(201) |
Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fit-tweġiba vverifikata għall-kwestjonarju tal-applikant, kontroverifikata mat-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun (ara l-premessa (20)). Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li jirrappreżentaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(202) |
L-indikaturi makroekonomiċi (il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum ta’ bejgħ, is-sehem mis-suq, l-impjiegi, il-produttività, it-tkabbir, il-kobor tal-marġni tas-sussidjar u l-irkupru mill-effetti ta’ sussidjar tal-passat) ġew ivvalutati fil-livell tal-industrija sħiħa tal-Unjoni. Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikant, kontroverifikata mat-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. |
|
(203) |
L-analiżi tal-indikaturi mikroekonomiċi (l-istokks, il-prezzijiet tal-bejgħ, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, il-possibbiltà li jiżdied il-kapital, u l-pagi) twettqet fil-livell tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq l-informazzjoni tagħhom li ġiet debitament verifikata matul żjara ta’ verifika fuq il-post. |
4.5.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.5.2.1.
|
(204) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej: Tabella 5 Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(205) |
Il-volum tal-produzzjoni żdied għall-ewwel darba fl-2021, hekk kif is-settur tal-kostruzzjoni ħadem tajjeb matul il-pandemija tal-COVID-19 fl-2020 u fl-2021. Il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet ukoll. Madankollu, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kien hemm tnaqqis ġenerali fil-volum tal-produzzjoni (-16 %) u fl-użu tal-kapaċità (-17 %) peress li, mill-2022, l-ekonomija tal-Unjoni ffaċċjat tnaqqis fil-prestazzjoni ekonomika, żieda fl-inflazzjoni u żieda fil-kost tal-produzzjoni (żieda fil-pagi u żieda fil-prezzijiet għall-materjali tal-kostruzzjoni). |
4.5.2.2.
|
(206) |
Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 6 Volum tal-bejgħ (tunnellati) u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(207) |
Il-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas bi 15 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni wara x-xejra ekonomika deskritta fil-premessi (190) u (205). |
|
(208) |
Kif muri fit-tabella 6, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni minn 89,6 % għal 83,5 %. |
4.5.2.3.
|
(209) |
L-industrija tal-Unjoni rnexxielha tibbenefika temporanjament mit-tkabbir fis-suq tal-Unjoni fir-rigward tal-prestazzjoni ogħla tas-settur tal-kostruzzjoni u domanda ogħla għall-prodotti tal-azzar fl-2020 u fl-2021. L-industrija tal-Unjoni żammet ishma mis-suq sinifikanti matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Madankollu, wara l-isfidi ekonomiċi deskritti fil-premessa (205), il-kapaċità futura għat-tkabbir titqiegħed f’riskju. |
4.5.2.4.
|
(210) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-livell tal-impjiegi u l-produttività fl-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej: Tabella 7 Impjiegi u produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(211) |
Kemm l-impjiegi kif ukoll il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-produtturi tal-Unjoni, imkejla bħala output (tunnellati) għal kull persuna impjegata fis-sena, naqsu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dawn ix-xejriet li dejjem jonqsu jirriflettu t-tnaqqis globali fil-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ. |
4.5.2.5.
|
(212) |
Is-sussidjar kompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami f’livell sinifikanti, kif spjegat taħt it-Taqsima 3 hawn fuq. Huwa nnotat li l-produtturi Ċiniżi waqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni sa livell sinifikanti u li l-industrija tal-Unjoni għadha qiegħda ssofri dannu. |
|
(213) |
Peress li l-volumi tal-importazzjonijiet sussidjati miċ-Ċina kienu ħafna aktar baxxi matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami oriġinali, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impatt tal-kobor tal-marġni tas-sussidjar fuq l-industrija tal-Unjoni kien konsiderevolment anqas qawwi milli fl-investigazzjoni oriġinali. |
4.5.3. Indikaturi mikroekonomiċi
4.5.3.1.
|
(214) |
Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 8 Il-prezzijiet tal-bejgħ u l-kost tal-produzzjoni fl-Unjoni (EUR/tunnellata)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(215) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied bi 52 %. Din iż-żieda fil-kost kienet partikolarment b’saħħitha fl-2021 u fl-2022, minħabba l-gwerra ta’ aggressjoni mhux ġustifikata u mhux ipprovokata tar-Russja kontra l-Ukrajna li kkawżat il-prezzijiet tal-enerġija biex jilħqu livelli għoljin bla preċedent, żieda f’ċerti prezzijiet oħrajn tal-materja prima, inflazzjoni dejjem tiżdied u pagi dejjem jiżdiedu. Barra minn hekk, it-tnaqqis sinifikanti fid-domanda tal-Unjoni fl-2022 u l-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami rriżultaw f’volumi ta’ produzzjoni ferm aktar baxxi li barra minn hekk żiedu mal-kostijiet unitarji fissi. Fl-2023 din ix-xejra nqalbet bi ftit u l-kost tal-produzzjoni naqas b’6 % meta mqabbel mal-2022. |
|
(216) |
Madankollu, filwaqt li fl-2021 u fl-2022 l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha saħansitra aktar milli billi tgħaddi dawn il-kostijiet addizzjonali, dan ma kienx għadu possibbli fl-2023. It-tnaqqis fid-domanda tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, flimkien mal-prezzijiet baxxi tal-importazzjonijiet minn b’mod partikolari l-Indja u r-Repubblika tal-Korea, ikkawża lill-industrija tal-Unjoni tbigħ taħt il-kost tal-produzzjoni tagħha fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
4.5.3.2.
|
(217) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 9 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||
|
(218) |
Il-livelli medji tal-pagi għolew ftit matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni (+12 %), iżda anqas mill-kost unitarju tal-produzzjoni. |
4.5.3.3.
|
(219) |
Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 10 Inventarji
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(220) |
Il-produtturi tal-Unjoni naqqsu l-istokk tagħhom fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni, f’konformità mat-tnaqqis fil-produzzjoni u fil-bejgħ. Madankollu, dan l-indikatur, ma jitqiesx bħala rilevanti ħafna għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-produtturi tal-Unjoni. L-OCS jiġi prodott l-aktar abbażi ta’ ordnijiet. Fi kwalunkwe każ, l-istokks kienu jirrappreżentaw anqas minn 2 % tal-bejgħ totali matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. |
4.5.3.4.
|
(221) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 11 Profittabbiltà, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(222) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala persentaġġ tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. |
|
(223) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-industrija tal-Unjoni kienet profittabbli fl-2021 u fl-2022. B’mod ġenerali, is-settur tal-kostruzzjoni kellu rendiment tajjeb matul il-pandemija tal-COVID-19 fl-2020 u l-konsegwenzi fl-2021 u fl-2022. Rati tal-imgħax baxxi, lockdowns qosra fit-taqsima tal-kostruzzjoni, żieda fl-investimenti u xogħlijiet fuq ir-rinnovazzjonijiet tal-proprjetà stimulaw id-domanda għall-prodotti tal-kostruzzjoni. B’riżultat ta’ dan, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżid il-volum tal-bejgħ u tal-produzzjoni tagħha kif ukoll il-prezzijiet tal-bejgħ u laħqet marġnijiet ta’ profitt sinifikanti, kollha fis-snin ta’ wara l-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali. Madankollu, wara li l-konsum kien beda jonqos fl-2022 u dak it-tnaqqis kompla fl-2023, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni saret negattiva u l-industrija tal-Unjoni ġarrbet telf sinifikanti ta’ 5,7 % fil-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(224) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-abbiltà tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess. Ix-xejra fil-flus netti segwiet l-iżvilupp tal-profittabbiltà ġenerali tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(225) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’persentaġġ tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-industrija tal-Unjoni, li għandha ħafna kapital, għamlet investimenti regolari għall-ottimizzazzjoni u t-titjib tal-makkinarju eżistenti tal-produzzjoni. Barra minn hekk, saru investimenti sinifikanti sabiex ikunu ikun hemm konformità mar-rekwiżiti legali għall-effiċjenza tal-enerġija, għall-ħarsien tal-ambjent u għal aktar sikurezza fuq il-post tax-xogħol. Skont il-kumpanija, kien hemm investimenti mmirati lejn it-tnaqqis tal-kostijiet, l-ottimizzazzjoni tal-enerġija u/jew ukoll biex jiġu rranġati l-faċilitajiet li kienu affettwati negattivament mill-utilizzazzjoni aktar baxxa tal-kapaċità osservata matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali. |
|
(226) |
Ir-redditu fuq l-investimenti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni segwa mill-qrib ix-xejra tal-profittabbiltà. Minn mindu ġew imposti l-miżuri, tjiebet il-ħila li jinġabar il-kapital. |
4.6. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(227) |
L-investigazzjoni sabet li l-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi wriet irkupru minn sussidju tal-passat matul l-2021 u l-2022. Madankollu, dan l-irkupru kien dovut għal ċirkostanzi eċċezzjonali, b’mod partikolari l-boom fis-settur tal-kostruzzjoni kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19. Ladarba s-sitwazzjoni tas-suq marret lura għan-normal, kien hemm treġġigħ lura ta’ dan l-irkupru. |
|
(228) |
Dan huwa evidenti b’mod partikolari fil-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni, peress li, minħabba n-nuqqas ta’ kapaċità tagħha li żżid il-prezzijiet f’konformità mal-kostijiet dejjem jiżdiedu, l-industrija tal-Unjoni marret f’telf fil-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. Id-dannu huwa viżibbli wkoll f’indikaturi importanti oħrajn, bħal telf sinifikanti tal-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ kif ukoll tas-sehem mis-suq. |
|
(229) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. |
5. KAWŻALITÀ
|
(230) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-industrija tal-Unjoni tilfet volumi sinifikanti ta’ bejgħ fis-suq tal-Unjoni, hekk kif il-bejgħ tal-Unjoni tagħha naqas b’15 %. Hekk kif il-konsum naqas b’6 %, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas ukoll b’mod sinifikanti, b’6,1 punti perċentwali minn 89,6 % għal 83,5 %. |
|
(231) |
L-importazzjonijiet Ċiniżi ma kellhomx rwol fid-dannu tal-industrija tal-Unjoni. Kif indikat fil-premessa (195), il-livell tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kien negliġibbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. L-importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn kellhom rwol: dawn kellhom sehem mis-suq ta’ 10,3 % fl-2020 u fil-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, is-sehem tagħhom mis-suq tal-Unjoni kien żdied għal 16,5 %. Barra minn hekk, il-prezzijiet miż-żewġ sorsi l-aktar importanti ta’ importazzjonijiet li kull wieħed minnhom kellu sehem mis-suq ta’ madwar 5 % fil-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, l-Indja u r-Repubblika tal-Korea, naqqsu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Il-prezzijiet baxxi tagħhom għamluha impossibbli għall-industrija tal-Unjoni li tirrifletti l-kost sħiħ tal-produzzjoni tagħha fil-prezzijiet tal-bejgħ tagħha fil-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(232) |
L-industrija tal-Unjoni kienet ikkonfrontata b’żieda qawwija fil-prezzijiet tal-enerġija u ta’ materjali ta’ input ewlenin wara l-bidu tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. L-industrija tal-Unjoni inizjalment setgħet tkampa ma’ dak, filwaqt li ħadet vantaġġ mis-suq tal-kostruzzjoni li kien qiegħed jiffjorixxi fis-snin ta’ wara l-pandemija tal-COVID-19 l-2021 u l-2022 u għalhekk irriflettiet dawn il-kostijiet fil-prezzijiet tal-bejgħ tagħha. Madankollu, fl-2023 dan ma kienx aktar possibbli. |
|
(233) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet Ċiniżi ma kkontribwewx għad-dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni, iżda li fatturi oħrajn, b’mod partikolari ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni, it-tnaqqis fil-konsum u ż-żieda fl-importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn, b’mod partikolari l-Indja u r-Repubblika tal-Korea, ikkawżaw dak id-dannu. |
|
(234) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tivvaluta aktar, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu oriġinarjament ikkawżat mill-importazzjonijiet sussidjati mir-RPĊ li kieku l-miżuri kontra tali importazzjonijiet kellhom jitħallew jiskadu. |
6. PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TAD-DANNU
|
(235) |
Kif muri fit-taqsima 4.5 hawn fuq, l-industrija tal-Unjoni rkuprat mid-dannu tal-passat ikkawżat mill-importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta’ dumping, iżda sabet ruħha f’sitwazzjoni ta’ dannu materjali fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kkawżat minn fatturi deskritti fil-premessi (215) u (216). Minkejja dan, din it-taqsima se teżamina jekk is-sitwazzjoni prekarja tal-industrija tal-Unjoni hijiex se tiddeterjora aktar li twassal għal rikorrenza ta’ dannu materjali jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(236) |
Jekk il-miżuri jitħassru, il-volum ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina huwa mistenni li jiżdied b’mod drammatiku. Huwa mfakkar li l-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali ammontaw għal aktar minn 702 000 tunnellata, filwaqt li ammontaw għal 2 554 tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(237) |
Il-kapaċità żejda taċ-Ċina fil-produzzjoni tal-azzar hija stabbilita sew. L-applikant issottometta d-data miġbura mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD, Organisation for Economic Co-operation and Development), li wriet li l-kapaċità nominali tal-produzzjoni tal-azzar mhux maħdum taċ-Ċina fl-2022 kienet ta’ 1 149 miljun tunnellata (66), li fl-2022 tammonta għal 47 % tal-kapaċità tal-azzar madwar id-dinja. B’paragun ma’ dan, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-azzar tal-Unjoni ammontat għal 213 miljun tunnellata. Skont rapport sussegwenti tal-OECD (67), il-kapaċità nominali tal-produzzjoni tal-azzar mhux maħdum taċ-Ċina fl-2023 naqset bi ftit għal 1 141 miljun tunnellata iżda żammet 47 % tal-kapaċità tal-azzar madwar id-dinja u kienet imbassra li tkompli żżid il-kapaċitajiet. |
|
(238) |
L-ilmentatur issottometta data miċ-Ċentru GMK (68), li turi li l-produzzjoni tal-azzar taċ-Ċina kienet qiegħda tiżdied gradwalment matul l-aħħar 10 snin. Fl-2021, din laħqet il-quċċata ta’ 1 033 biljun tunnellata u naqset fl-2022 biex reġgħet żdiedet fl-2023 u laħqet 1 019 biljun tunnellata meta mqabbla ma’ 1 013 biljun tunnellata fl-2022 (69). Id-data hija kkonfermata mid-data tal-produzzjoni tal-azzar mhux maħdum tal-Assoċjazzjoni Dinjija tal-Azzar (70). |
|
(239) |
Skont l-OECD (71), il-kapaċità tal-produzzjoni tal-azzar fiċ-Ċina qabżet id-domanda domestika għall-azzar b’191 miljun tunnellata fl-2022. Skont sors Ċiniż dwar il-produzzjoni tal-OCS, fl-2023, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-OCS kienet ta’ 55,26 miljun tunnellata, u l-produzzjoni laħqet 27,63 miljun tunnellata, li turi żieda sena wara sena ta’ 7,46 % (72). Barra minn hekk, minn Jannar sa Novembru 2023, l-esportazzjonijiet totali taċ-Ċina ta’ OCS ammontaw għal 5,98 miljun tunnellata, u kienu mistennija li jkunu madwar 6,4 miljun tunnellata għall-2023. |
|
(240) |
Madankollu, daqskemm huma importanti s-swieq tal-esportazzjoni għall-industrija Ċiniża, iċ-Ċina qiegħda tiffaċċja aktar u aktar diffikultajiet biex taċċessahom. Bejn l-2018 u l-2025 pajjiżi bħall-Istati Uniti, il-Kanada, l-Awstralja, ir-Renju Unit, il-Malażja, il-Pakistan u t-Tajlandja imponew miżuri ta’ difiża tal-kummerċ li jaffettwaw l-OCS li joriġinaw miċ-Ċina. Fir-rigward tal-Istati Uniti, minn April 2025, l-azzar (inkluż l-OCS) li joriġina miċ-Ċina, huwa suġġett għal tariffa ta’ 125 %. |
|
(241) |
L-Unjoni hija l-akbar suq tal-OCS wara dawk Asjatiċi u tal-Amerika ta’ Fuq/tal-Amerika Ċentrali. |
|
(242) |
Il-bażi tad-data Ċiniża turi li fil-passat reċenti, iċ-Ċina esportat volumi sinifikanti lil pajjiżi barra l-Unjoni bi prezzijiet baxxi. Fl-2020-2023, il-prezzijiet Ċiniżi frank abbord (FOB, free on board) lejn l-Unjoni kienu bejn 27 % u 63 % ogħla minn pereżempju għat-Turkija (tal-ewwel) jew it-Tajlandja (tal-aħħar), is-suq ewlieni tal-esportazzjoni taċ-Ċina għal dan il-prodott. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni, il-volumi esportati lejn pajjiżi barra l-Unjoni kienu akbar mill-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni u l-konsum apparenti fl-Unjoni. Minħabba l-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni f’termini ta’ prezzijiet, ftuħ (m’hemmx dazji doganali għal dan il-prodott) u żieda fil-konsum apparenti, huwa kkunsidrat li jekk il-miżuri jiġu terminati, l-esportaturi Ċiniżi x’aktarx jerġgħu jidderieġu volumi sinifikanti ta’ OCS għas-suq tal-Unjoni b’aktar qligħ. Il-fatt li l-Unjoni reċentement adottat salvagwardji fuq ċerti prodotti tal-azzar, inkluż l-OCS, ma jbiddilx din il-konklużjoni. Il-volumi ta’ importazzjoni taħt il-kwoti tar-rata tariffarja huma stabbiliti f’livelli li jistgħu jippermettu li ċ-Ċina tesporta ammonti sinifikanti ta’ OCS. |
|
(243) |
Is-suq għall-prodotti tal-OCS huwa kompetittiv ħafna fil-prezz peress li l-kompetizzjoni sseħħ prinċipalment fuq il-bażi tal-prezzijiet. Il-pressjoni potenzjali fuq il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni hija aggravata aktar mill-fatt li, skont it-talba, il-bejgħ Ċiniż ġeneralment iseħħ għal kwantitajiet relattivament kbar. Jekk importazzjonijiet irħas u sussidjati jinbiegħu fi kwantitajiet sinifikanti fis-suq tal-Unjoni, il-produtturi tal-Unjoni se jitilfu volumi kbar ta’ bejgħ. Il-ħila tal-ġbir tal-kapital u tal-investiment tista’ tiġi mfixkla jekk il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni tonqos aktar jew issir negattiva. |
6.1. Konklużjoni
|
(244) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, huwa konkluż li n-nuqqas ta’ miżuri bil-probabbiltà kollha jkun jirriżulta f’żieda sinifikanti ta’ importazzjonijiet sussidjati miċ-Ċina bi prezzijiet dannużi u, għalhekk, ikompli jaggrava s-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni. |
7. INTERESS TAL-UNJONI
|
(245) |
F’konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri kumpensatorji eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni. |
7.1. Interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(246) |
L-investigazzjoni wriet li jekk il-miżuri jiskadu, dan x’aktarx ikollu effett negattiv sinifikanti fuq l-industrija tal-Unjoni. Is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni tiddeterjora malajr f’termini ta’ volumi aktar baxxi ta’ bejgħ u prezzijiet tal-bejgħ li jirriżultaw fi tnaqqis qawwi fil-profittabilità. Il-kontinwazzjoni tal-miżuri tkun tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tisfrutta aktar il-potenzjal tagħha f’suq tal-Unjoni li huwa ta’ kundizzjonijiet ekwi. |
|
(247) |
Għalhekk, iż-żamma tal-miżuri kumpensatorji fis-seħħ tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
7.2. L-interess tal-importaturi
|
(248) |
Kif imsemmi fil-premessa (15) hawn fuq, għaxar importaturi magħrufa ġew ikkuntattjati f’din l-investigazzjoni u ġew mistiedna jikkooperaw. L-ebda minnhom ma ppreżenta ruħu jew ikkoopera b’xi mod fl-investigazzjoni. |
|
(249) |
Huwa mfakkar li fl-investigazzjoni oriġinali nstab li, minħabba l-profitti u s-sorsi tal-provvista tal-importaturi, kwalunkwe impatt negattiv tal-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-importaturi, jekk hemm, ma jkunx sproporzjonat. |
|
(250) |
Fl-investigazzjoni kurrenti ma hemm l-ebda evidenza fil-fajl li tissuġġerixxi l-oppost, u għalhekk jista’ jiġi kkonfermat li l-miżuri fis-seħħ bħalissa ma kellhom l-ebda effett negattiv sostanzjali fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-importaturi u li l-kontinwità tal-miżuri ma tkunx taffettwahom b’mod indebitament. |
7.3. Interess tal-utenti
|
(251) |
Disgħa u ħamsin utent magħrufa ġew ikkuntattjati f’din l-investigazzjoni u ġew mistiedna jikkooperaw. L-ebda utent ma ppreżenta ruħu jew ma kkoopera b’xi mod fl-investigazzjoni. |
|
(252) |
Huwa mfakkar li fl-investigazzjoni oriġinali għaxar utenti bagħtu tweġibiet għall-kwestjonarju. F’dak iż-żmien instab li, minħabba l-profitti u s-sorsi tal-provvista tal-utenti, l-impatt tal-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-utenti, jekk hemm, ma jkunx sproporzjonat. |
|
(253) |
Fl-investigazzjoni kurrenti ma hemm l-ebda evidenza fil-fajl li tissuġġerixxi li l-miżuri fis-seħħ affettwawhom b’xi mod negattiv. Fil-fatt l-applikant issottometta evidenza li l-utenti ewlenin esperjenzaw titjib fil-profittabilità matul il-perjodu taħt rieżami. Skont it-talba, il-miżuri fis-seħħ ma għandhomx impatt imdaqqas fuq l-utenti u l-konsumaturi peress li l-OCS jirrappreżenta parti negliġibbli mill-kost tal-prodotti downstream (pereżempju EUR 0,42 tal-kost tal-produzzjoni ta’ magna tal-ħasil jew 0,4 % tal-investiment ta’ binja ta’ fabbrika vojta). |
|
(254) |
Fuq dik il-bażi huwa kkonfermat li l-miżuri fis-seħħ bħalissa ma kellhomx effett negattiv sostanzjali fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-utenti u li l-kontinwità tal-miżuri ma taffettwahomx b’mod mhux dovut. |
7.4. Konklużjoni
|
(255) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma hemmx raġunijiet konvinċenti għall-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ azzar miksi b’materjal organiku li joriġinaw miċ-Ċina. |
8. MIŻURI KOMPENSATORJI
|
(256) |
Abbażi tal-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni dwar ir-rikorrenza tas-sussidju, ir-rikorrenza tad-dannu u l-interess tal-Unjoni, il-miżuri kumpensatorji fuq il-azzar miksi b’materjal organiku miċ-Ċina għandhom jinżammu. |
|
(257) |
Biex jitnaqqsu r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji kumpensatorji individwali. L-applikazzjoni tad-dazji kumpensatorji individwali hija applikabbli biss malli tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, l-importazzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għad-dazju kumpensatorju applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”. |
|
(258) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati individwali tad-dazju kumpensatorju għall-importazzjonijiet, din ma hijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jeħtiġilhom iwettqu l-verifiki tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport, eċċ.) sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u sabiex jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju aktar baxxa tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(259) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu. |
|
(260) |
Ir-rati tad-dazju kumpensatorju tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament huma applikabbli esklużivament għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġina miċ-Ċina u mmanifatturat mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-azzar miksi b’materjal organiku manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”. Dawn ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi rati individwali ta’ dazju kumpensatorju. |
|
(261) |
Kumpanija tista’ titlob li jiġu applikati dawn ir-rati tad-dazju kumpensatorju individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni. It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(262) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 (73) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, meta jkollu jiġi rimborżat ammont wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li għandu jitħallas għandu jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament prinċipali tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
|
(263) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Qiegħed jiġi impost dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku, jiġifieri prodotti ċatti laminati tal-azzar liga jew mhux liga (ma jinkludix l-azzar inossidabbli) li huma miżbugħa, mogħtija l-verniċ jew miksija bi plastiks fuq mill-anqas naħa waħda, esklużi dawk imsejħa “pannelli sandwich” tat-tip użati għall-applikazzjonijiet fil-bini u li jikkonsistu f’żewġ folji tal-metall fuq barra u b’qalba ta’ stabbilizzazzjoni ta’ materjal għall-iżolament marsus bejniethom, u esklużi dawk il-prodotti b’kisi finali tat-trab taż-żingu (żebgħa rikka fiż-żingu, li fiha piż ta’ 70 % jew aktar ta’ żingu), u minbarra dawk il-prodotti b’sottostrat b’kisja metallika ta’ kromu jew landa, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7210 70 80 , ex 7212 40 80 , ex 7225 99 00 , ex 7226 99 70 (kodiċi TARIC 7210 70 80 11, 7210 70 80 91, 7212 40 80 01, 7212 40 80 21, 7212 40 80 82, 7225 99 00 11, 7225 99 00 91, 7226 99 70 11 u 7226 99 70 91), u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
2. Ir-rati tad-dazju kumpensatorju definittiv applikabbli għall-prezz nett, b’xejn fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn isfel għandhom ikunu kif ġej:
|
Kumpanija |
Dazju (%) |
Kodiċi TARIC Addizzjonali |
|
Union Steel China |
13,7 |
B311 |
|
Zhangjiagang Panhua Steel Strip Co., Ltd, Chongqing Wanda Steel Strip Co., Ltd, u Zhangjiagang Free Trade Zone Jiaxinda International Trade Co., Ltd. |
29,7 |
B312 |
|
Zhejiang Huadong Light Steel Building Material Co. Ltd u Hangzhou P.R.P.T. Metal Material Company, Ltd. |
23,8 |
B313 |
|
Angang Steel Company Limited |
26,8 |
B314 |
|
Anyang Iron Steel Co., Ltd. |
26,8 |
B315 |
|
Baoshan Iron & Steel Co., Ltd. |
26,8 |
B316 |
|
Baoutou City Jialong Metal Works Co., Ltd. |
26,8 |
B317 |
|
Changshu Everbright Material Technology Co., Ltd. |
26,8 |
B318 |
|
Changzhou Changsong Metal Composite Material Co., Ltd. |
26,8 |
B319 |
|
Cibao Modern Steel Sheet Jiangsu Co., Ltd. |
26,8 |
B320 |
|
Inner Mongolia Baotou Steel Union Co., Ltd. |
26,8 |
B321 |
|
Jiangyin Ninesky Technology Co., Ltd. |
26,8 |
B322 |
|
Jiangyin Zhongjiang Prepainted Steel Mfg Co., Ltd. |
26,8 |
B323 |
|
Jigang Group Co., Ltd. |
26,8 |
B324 |
|
Maanshan Iron&Steel Company Limited |
26,8 |
B325 |
|
Qingdao Hangang Color Coated Sheet Co., Ltd. |
26,8 |
B326 |
|
Shandong Guanzhou Co., Ltd. |
26,8 |
B327 |
|
Shenzen Sino Master Steel Sheet Co., Ltd. |
26,8 |
B328 |
|
Tangshan Iron And Steel Group Co., Ltd. |
26,8 |
B329 |
|
Tianjin Xinyu Color Plate Co., Ltd. |
26,8 |
B330 |
|
Wuhan Iron And Steel Company Limited |
26,8 |
B331 |
|
Wuxi Zhongcai New Materials Co., Ltd. |
26,8 |
B332 |
|
Xinyu Iron And Steel Co., Ltd. |
26,8 |
B333 |
|
Zhejiang Tiannu Color Steel Co., Ltd. |
26,8 |
B334 |
|
L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
44,7 |
B999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju kumpensatorju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jiena, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum f’tunnellati) ta’ azzar miksi b’materjal organiku mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie manifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.
4. Jekk id-dazji kumpensatorji definittivi imposti bl-Artikolu 1(2) jiġu mmodifikati jew jitneħħew, id-dazji speċifikati fil-paragrafu 2 se jiżdiedu bl-istess proporzjon limitat għall-marġni tad-dumping reali misjub jew għall-marġni tad-dannu misjub kif xieraq għal kull kumpanija u mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
F’każijiet fejn id-dazju kumpensatorju jkun tnaqqas mid-dazju anti-dumping għal ċerti produtturi esportaturi, ir-rikjesti għar-rifużjonijiet skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2016/1037 għandhom ukoll iwasslu għall-valutazzjoni tal-marġni ta’ dumping għal dak il-produttur esportatur prevalenti waqt il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rifużjoni. L-ammont li għandu jiġi rimborżat lill-applikant għal rifużjoni ma jistax jaqbeż id-differenza bejn id-dazju miġbur u d-dazju kumpensatorju u anti-dumping ikkombinat stabbilit fl-investigazzjoni tar-rifużjoni.
5. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1037/oj, kif emendat l-aħħar mir-Regolament (UE) 2018/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Ġunju 2018.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 215/2013 tal-11 ta’ Marzu 2013 li jimponi dazju kumpensatorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 73, 15.3.2013, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/215/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 214/2013 tal-11 ta’ Marzu 2013 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 73, 15.3.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/214/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/688 tat-2 ta’ Mejju 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksi b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 116, 3.5.2019, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/688/oj).
(5) Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri kumpensatorji (ĠU C 274, 3.8.2023, p. 18).
(6) Notifika tal-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri antisussidji applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C, C/2024/2975, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2975/oj).
(7) In-notifika tal-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU C, C/2024/2970, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2970/oj).
(8) Ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.06.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj).
(9) Investigazzjonijiet tad-Difiża Kummerċjali, https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2720.
(10) WT/DS437/AB/R, United States — Countervailing Duty Measures on Certain Products from China, Rapport tal-Korp tal-Appell tat-18 ta’ Diċembru 2014, il-paragrafi 4.178 – 4.179. Dan ir-Rapport tal-Korp tal-Appell ikkwota WT/DS295/AB/R, il-Messiku – Definitive Anti-Dumping Measures on Beef and Rice, Rapport tal-Korp tal-Appell tad-29 ta’ Novembru 2005, il-paragrafu 293; u WT/DS436/AB/R, l-Istati Uniti – Countervailing Measures on Certain Hot-Rolled Carbon Steel Flat Products from India, Rapport tal-Korp tal-Appell tat-8 ta’ Diċembru 2014, il-paragrafi 4.416-4.421.
(11) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1123 tas-7 ta’ Ġunju 2023 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 148, 7.6.2023, p. 84, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1123/oj).
(12) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2754 tad-29 ta’ Ottubru 2024 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ vetturi elettriċi ġodda bil-batterija ddisinjati għat-trasport ta’ persuni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L, L/2024/2754, 29.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2754/oj).
(13) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/796 tal-24 ta’ April 2025 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tagħmir għall-aċċess mobbli li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/45 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tagħmir għall-aċċess mobbli li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L, L/2025/796, 25.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/L/2025/796/oj).
(14) https://ec.europa.eu/transparency/documents-register/detail?ref=SWD(2024)91&lang=mt.
(15) L-industrija tal-materja prima tinkludi metalli petrokimiċi, azzar, metalli mhux ferrużi, materjali tal-bini u industriji oħrajn. Għalhekk, l-azzar huwa speċifikament ikkwotat bħala industrija strateġika u benefiċjarju tal-politiki kollha tal-GTĊ biex jippromwovi l-industriji ffavoriti.
(16) Produttur sinifikanti tal-OCS.
(17) Il-Kapitolu III, l-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni Nru 40.
(18) Ara l-premessa 182 tal-investigazzjoni oriġinali.
(19) L-Artikolu 3(1)(a)(iii) tar-Regolament bażiku.
(20) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 215/2013 tal-11 ta’ Marzu 2013 li jimponi dazju kumpensatorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ĠU L 73/16, 15.3.2013. Ara l-premessi 49 sa 73.
(21) WT/DS379/AB/R (US – Dazji Anti-Dumping u Kumpensatorji fuq Ċerti Prodotti miċ-Ċina), ir-Rapport tal-Korp tal-Appell tal-11 ta’ Marzu 2011, DS 379, il-paragrafu 318. Ara wkoll WT/DS436/AB/R (L-Istati Uniti — Azzar tal-Karbonju (l-Indja)), Rapport tal-Korp tal-Appell tat-8 ta’ Diċembru 2014, il-paragrafi 4.9 4.10, 4.17-4.20 u WT/DS437/AB/R (L-Istati Uniti — Miżuri ta’ Dazju Kumpensatorju fuq Ċerti Prodotti miċ-Ċina) Rapport tal-Korp tal-Appell tat-18 ta’ Diċembru 2014, il-paragrafu 4.92.
(22) Ara l-premessi 87 sa 98.
(23) Ara l-Premessi 74 sa 83 u 99-100.
(24) China’s status as a non-market economy, id-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti A-570-056, 26 ta’ Ottubru 2017, p. 57, https://enforcement.trade.gov/download/prc-nme-status/prc-nme-review-final-103017.pdf.
(25) L-Artikoli 7 u 15 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Ordni Nru 35 tal-NDRC – Politiki għall-iżvilupp tal-Industrija tal-Ħadid u tal-Azzar (2005), id-Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat (2011).
(26) Inkjesta fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-miżuri anti-dumping u kumpensatorji li japplikaw għal taqsimijiet strutturali vojta esportati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea, il-Malażja u t-Tajwan, il-Kummissjoni Anti-Dumping, il-Gvern Awstraljan, Rapport Finali Nru 379, Mejju 2017, p. 89-90.
|
1) |
Countervailing Duty Investigation on Food Domestic Dry Containers from the People’s Republic of China: Decision Memorandum for a Preliminary Determination, C-570-015, 22 ta’ Settembru 2014, p. 14 |
|
2) |
China’s status as a non-market economy, id-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti A-570-053, 26 ta’ Ottubru 2017, p. 65, https://enforcement.trade.gov/download/prc-nme-status/prc-nme-review-final-103017.pdf. |
|
3) |
Issues and Decision Memorandum for the Final Determination in the Countervailing Duty Investigation of Certain Corrosion-Resistant Steel Products from the People’s Republic of China, C-570-027, 24 ta’ Mejju 2016, p. 15. |
(28) Ibid punt 2), p. 87-88.
(29) Ara l-kapitolu 14 tar-Rapport.
(30) Ara l-premessi 107 sa 118.
(31) Ara l-kapitolu 9 tar-Rapport.
(32) Ara l-premessi (68) sa (74).
(33) Ara l-premessi (437) sa (450) u (357) sa (361) rispettivament.
(34) Ara l-premessa 144.
(35) Ara l-premessa 95.
(36) Ara l-kapitolu 10 tar-Rapport.
(37) L-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku.
(38) Ara l-premessi 165 sa 180.
(39) Ara l-premessi 182 sa 185.
(40) Ara l-premessi 57 sa 61, il-premessi 168 sa 216 u l-premessi 116 sa 172 rispettivament.
(41) Ara l-kapitolu 6.3 tar-Rapport.
(42) Ara l-premessi 95 sa 104 u l-annessi 3.3-1 tat-talba.
(43) https://www.shanghai.gov.cn/nw31406/20200820/0001-31406_1426769.html.
(44) http://www.eximbank.gov.cn/info/circus/202301/t20230120_46359.html.
(45) https://finance.hebnews.cn/2023-10/23/content_9087341.htm.
(46) http://www.csteelnews.com/qypd/qydt/202201/t20220105_58447.html.
(47) Ara l-premessi 105 sa 107 u l-annessi 3.3-2 tat-talba.
(48) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-FMI “Resolving China’s Corporate Debt Problem”, minn Wojciech Maliszewski, Serkan Arslanalp, John Caparusso, José Garrido, Si Guo, Joong Shik Kang, W. Raphael Lam, T. Daniel Law, Wei Liao, Nadia Rendak, Philippe Wingender, Jiangyan, Ottubru 2016, WP/16/203.
(49) China bond market insight 2021, https://assets.bbhub.io/professional/sites/10/China-bond-market-booklet.pdf.
(50) Ara l-premessi 217 sa 243 u l-premessi 173 sa 184 rispettivament.
(51) Ara l-premessi 316 sa 344.
(52) Ara l-premessi (322), (329), (337) tar-Regolament oriġinali.
(53) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 452/2011 tas-6 ta’ Mejju 2011 li jimponi dazju definittiv antisussidji fuq l-importazzjonijiet ta’ karta fina miksija li toriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, (ĠU L 128, 14.5.2011, p. 18).
(54) Federal Register Vol. 73, Nru 227, paġna 70961 tal-24 ta’ Novembru 2008.
(55) Preliminary Affirmative Countervailing Duty Determination of 6 September 2011. Federal Register 2011-22720.
(56) Federal Register Vol. 75, Nru 111, paġna 32902 tal-10 ta’ Ġunju 2010.
(57) Federal Register Vol. 74, Nru 117, il-paġna 29180 tad-19 ta’ Ġunju 2009.
(58) Issues and Decision Memorandum for the Final Determination in the Countervailing Duty Investigation of 17 October 2007; Federal Register C-570-907.
(59) Ara l-premessi 95 sa 113.
(60) Ara l-premessi 80 sa 85 u l-premessi 91 sa 93.
(61) Rapport Annwali MySteel: Market review of colour-coated coils in 2022 and outlook for 2023 (“Rapport Annwali MySteel 2022”). Disponibbli fuq https://m.mysteel.com/23/0110/11/2D53D06744974F96_abc.html (ikkonsultat l-aħħar fl-24 ta’ April 2025). Rapport Annwali MySteel: Market review of colour-coated coils in 2023 and outlook for 2024 (“Rapport Annwali MySteel 2023”). Disponibbli fuq https://m.mysteel.com/a/24010418/66232834598618F7_abc.html (ikkonsultat l-aħħar fl-24 ta’ April 2025).
(62) Ir-rapport annwali MySteel tal-2022.
(63) Ir-rapport annwali MySteel tal-2023.
(64) Ir-rapport annwali MySteel tal-2022.
(65) Ir-rapport annwali MySteel tal-2023.
(*1) In-nuqqas ta’ data statistika għall-2020 – il-volum u l-valur indikati għall-2020 huwa stima, li tirrappreżenta l-medja aritmetika tal-perjodu 2021-PIR.
(66) L-aħħar żviluppi fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-azzar, OECD: pdf.
(67) L-aħħar żviluppi fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-azzar u fil-prospetti sal-2026, ref.: https://one.oecd.org/document/DSTI/SC(2024)3/FINAL/en/pdf.
(68) Iċ-Ċentru GMK jipprovdi servizzi ta’ konsultazzjoni, analiżi u sostenibbiltà għall-industrija tal-azzar, ref.: https://gmk.center/en/
(69) Il-konsum tal-azzar fiċ-Ċina jista’ jilħaq 960 miljun tunnellata fl-2023 — Aħbarijiet globali dwar l-azzar.
(70) https://worldsteel.org/data/annual-production-steel-data/?ind=P1_crude_steel_total_pub/CHN/IND.
(71) L-aħħar żviluppi fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-azzar, OECD: pdf.
(72) Mysteel (sors Ċiniż), riċerka dwar il-kapaċità tal-OCS, ref.: https://m.mysteel.com/a/24010418/66232834598618F7_abc.html.
(73) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1506/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)