|
10.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 47/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-4 ta’ Frar 2021
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tad-Deutsche Bundesbank
(BĊE/2021/4)
(2021/C 47/01)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni kurrenti tad-Deutsche Bundesbank, KPMG AG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft, intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2020. Għalhekk jenħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2021. |
|
(3) |
Id-Deutsche Bundesbank għażel lil Baker Tilly GmbH & Co. KG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2021 sa 2026, bl-għażla li l-mandat jiġi estiż sas-sena finanzjarja 2027, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rakkomandat illi Baker Tilly GmbH & Co. KG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tad-Deutsche Bundesbank għas-snin finanzjarji 2021 sa 2026, bil-għażla li l-mandat jiġi estiż sas-sena finanzjarja 2027.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-4 ta’ Frar 2021.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE