12006E085

Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - It-Tielet parti - Politika tal-Komunita' - TITOLU VI - Regoli Komuni fuq il-Kompetizzjoni fuq it-Tassazzjoni u l-Approssimazzjoni tal-Liġijiet . - Kapitolu 1 - Regoli li jirregolaw il-Kompetizzjoni - Sezzjoni 1 - Regoli li japplikaw għall-impriżi . - Artikolu 85

Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0076 - 0076
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0066 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0210 - Consolidated version
Official Journal C 224 , 31/08/1992 P. 0029 - Consolidated version
(EEC Treaty - no official publication available)


Artikolu 85

1. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 84, il-Kummissjoni għandha, tissorvelja l-applikazzjoni tal-prinċipji li hemm fl-Artikoli 81 u 82. Fuq talba ta’ Stat Membru, jew fuq inizjattiva tagħha stess, hija għandha tinvestiga, flimkien ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri li jipprestaw l-assistenza tagħhom, kull ksur suspettat tal-prinċipji msemmija hawn fuq. Jekk isib li dak il-ksur ikun ġara, hija għandha tipproponi mezzi xierqa biex twaqqfu.

2. Jekk dak il-ksur ikompli, il-Kummissjoni għandha toħroġ deċiżjoni motivata li tirreġistra l-ksur tal-prinċipji. Il-Kummissjoni tista’ tippubblika d-deċiżjoni tagħha u tista’ tawtorizza lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni skond il-kondizzjonijiet u fil-modalitajiet li jiġu preskritti mill-Kummissjoni.

--------------------------------------------------