1.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/5


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9039 — Bain Capital/Vista/Aptean Public Sector/Superion/TriTech)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 270/04)

1.   

Fil-25 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Bain Capital Investors, L.L.C (“Bain Capital”, l-Istati Uniti tal-Amerika),

—

Vista Equity Partners Management LLC (“Vista”, l-Istati Uniti tal-Amerika)

—

in-negozju tas-“settur pubbliku” ta’ Aptean Parent Company Sarl. (is-“Settur Pubbliku ta’ Aptean”, l-Istati Uniti tal-Amerika), li bħalissa hija kkontrollata unikament minn Vista,

—

Superion, LLC (“Superion”, l-Istati Uniti tal-Amerika), li bħalissa hija kkontrollata unikament minn Vista,

—

TriTech Software Systems, Inc. (“TriTech”, l-Istati Uniti tal-Amerika), li bħalissa hija kkontrollata unikament minn Bain Capital.

Bain Capital u Vista, jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Aptean Public Sector, Superion u TriTech.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Bain Capital: ditta privata tal-investimenti ta’ ekwità bbażata fl-Istati Uniti tal-Amerika li tinvesti f’kumpaniji madwar id-dinja f’għadd ta’ industriji, inklużi dawk tat-teknoloġija tal-informazzjoni, il-kura tas-saħħa, il-prodotti bl-imnut u għall-konsumatur, il-komunikazzjonijiet, is-servizzi finanzjarji u s-servizzi industrijali / tal-manifattura,

—   Vista: kumpanija ta’ ekwità privata bbażata fl-Istati Uniti tal-Amerika li tiffoka fuq investimenti f’negozji tas-software, tad-data u negozji bbażati fuq it-teknoloġija.

—   Aptean Public Sector, Superion TriTech: fornituri ta’ software ta’ intrapriża bbażati fl-Istati Uniti tal-Amerika.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.9039 — Bain Capital/Vista/Aptean Public Sector/Superion/TriTech

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.