European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/1279

31.1.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ Jannar 2024

li taħtar il-President tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti

(C/2024/1279)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 47(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tad-19 ta’ Frar 2018 (2), il-Kunsill ħatar lis-Sur Paul A.C.E. VAN DER KOOIJ bħala President tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (l-“Uffiċċju”).

(2)

Il-mandat tas-Sur Paul A.C.E. VAN DER KOOIJ skada fit-18 ta’ Frar 2023.

(3)

Fid-19 ta’ Lulju 2023, wara li ngħatat l-opinjoni tal-Kunsill Amministrattiv tal-Uffiċċju, il-Kummissjoni pproponiet lill-Kunsill lista ta’ kandidati għall-post ta’ President tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Is-Sur Stefan MARTIN, huwa b’dan maħtur bħala President tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti għal perjodu ta’ ħames snin.

2.   Il-mandat tas-Sur Stefan MARTIN għandu jiddekorri mid-data li fiha huwa jassumi d-doveri tiegħu. Dik id-data għandha tkun bi qbil bejn il-President u l-Kunsill Amministrattiv tal-Uffiċċju.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill Amministrattiv tal-Uffiċċju għandu jkollu s-setgħa li jipprovdi l-arranġamenti kollha neċessarji biex jiġi implimentat l-Artikolu 1.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

H. LAHBIB


(1)   ĠU L 227, 1.9.1994, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Frar 2018 li taħtar il-President tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (ĠU C 65, 21.2.2018, p. 4).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1279/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)