<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-673/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0673</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:127">EU:C:2021:127</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20210224">24.2.2021</DATE> – Kawża C‑673/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">M <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Trasferiment lejn Stat Membru)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20210224">24 ta’ Frar 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Ażil u immigrazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2008/115/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 3, 4, 6 u 15</KEYWORD><KEYWORD>Refuġjat li jkun qiegħed fit-territorju ta’ Stat Membru illegalment</KEYWORD><KEYWORD>Detenzjoni għal finijiet ta’ trasferiment lejn Stat Membru ieħor</KEYWORD><KEYWORD>Status ta’ refuġjat f’dan l-Istat Membru l-ieħor</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ non-refoulement</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ deċiżjoni ta’ ritorn</KEYWORD><KEYWORD>Applikabbiltà tad-Direttiva 2008/115</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑673/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mir-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat, il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20190904">4 ta’ Settembru 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20190911">11 ta’ Settembru 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">M,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">A,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">T,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn E. Regan, President tal-Awla, K. Lenaerts, President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qiegħed jaġixxi bħala Imħallef tal-Ħames Awla, M. Ilešič, C. Lycourgos (Relatur) u I. Jarukaitis, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratriċi Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20200709">9 ta’ Lulju 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal M, minn A. Khalaf u H. Postma, advocaten,</P></ITEM><ITEM><P>għal T, minn J. van Mulken, advocaat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. Bulterman, P. Huurnink u C. S. Schillemans, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Estonjan, minn N. Grünberg, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn C. Cattabriga u G. Wils, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fis-seduta tal-<DATE ISO="20201020">20 ta’ Ottubru 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 3, 4, 6 u 15 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE> dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="348" PAGE.FIRST="98" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 348, p. 98</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwimiet bejn M, A u T u l‑iStaatssecretaris van Justitie en Veiligheid (is-Segretarju tal-Istat għall-Ġustizzja u s-Sigurtà, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Segretarju tal-Istat<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), dwar il-kumpens eventwali għad-dannu kkawżat mit-tqegħid tagħhom f’detenzjoni għall-finijiet tat-trasferiment tagħhom mill-Pajjiżi l-Baxxi lejn Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2008/115</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 2, 4 u 5 tad-Direttiva 2008/115 jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>(2)</NO.P><TXT>Il-Kunsill Ewropew ta’ Brussell ta’ l-4 u l-<DATE ISO="20041105">5 ta’ Novembru 2004</DATE> sejjaħ għat-twaqqif ta’ politika effettiva ta’ tneħħija u ripatrijazzjoni, mibnija fuq standards komuni, għar-ritorn ta’ persuni b’mod uman u b’rispett sħiħ lejn id-drittijiet fundamentali u tad-dinjità tagħhom.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Hemm bżonn li jitfasslu regoli ċari, trasparenti u ġusti biex ikun hemm politika ta’ ritorn effettiva bħala element neċessarju ta’ politika tal-migrazzjoni li tkun ġestita b’mod tajjeb.</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva għandha tistabbilixxi sett ta’ regoli orizzontali, applikabbli għaċ-ċittadini kollha ta’ pajjiżi terzi li ma jissodisfawx jew li m’għadhomx jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta’ dħul, soġġorn jew residenza fi Stat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Din id-Direttiva tistabbilixxi standards u proċeduri komuni li għandhom jiġu applikati fl-Istati Membri biex jiġu rritornati ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, skond id-drittijiet fundamentali bħala prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja kif ukoll tal-liġi internazzjonali, inkluż il-protezzjoni tar-refuġjati u l-obbligi dwar id-drittijiet tal-bniedem.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva tapplika għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin illegalment fit-territorju ta’ Stat Membru.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx din id-Direttiva għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>huma soġġetti għal ċaħda ta’ dħul, skond l-Artikolu 13 tal-[Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)], jew li jkunu arrestati jew interċettati mill-awtoritajiet kompetenti b’konnessjoni mal-qsim irregolari bl-art, bil-baħar jew bl-ajru tal-fruntiera esterna ta’ Stat Membru u li ma jkunux sussegwentement kisbu awtorizzazzjoni jew dritt biex joqogħdu f’dak l-Istat Membru;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>huma soġġetti għal ritorn bħala sanzjoni tal-liġi kriminali jew bħala konsegwenza ta’ sanzjoni tal-liġi kriminali, skond il-liġi nazzjonali jew li huma soġġetti għal proċeduri ta’ estradizzjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-persuni li jgawdu d-dritt Komunitarju ta’ moviment liberu kif definit fl-Artikolu 2(5) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-istess direttiva huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni [Direttiva] għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>soġġorn illegali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser il-preżenza fit-territorju ta’ Stat Membru, ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li ma jissodisfax, jew m’għadux jissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ dħul kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen jew kondizzjonijiet oħrajn għal dħul, soġġorn jew residenza f’dak l-Istat Membru;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>ritorn<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> tfisser il-proċess tat-tluq lura ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz - kemm jekk b’konformità volontarja ma’ obbligu ta’ ritorn kif ukoll jekk infurzat - għal:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>il-pajjiż ta’ oriġini tiegħu jew tagħha, jew</P></ITEM><ITEM><P>pajjiż ta’ transitu skond ftehim ta’ riamissjoni Komunitarja jew bilaterali jew arranġamenti oħra, jew</P></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><P>pajjiż terz ieħor, li għalih iċ-ċittadin tal-pajjiż terz ikkonċernat volontarjament jiddeċiedi li jirritorna u li fih hu jew hi ser jiġi aċċettat;</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>deċiżjoni ta’ ritorn<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser deċiżjoni jew att amministrattiv jew ġudizzjarju, li jgħid jew jiddikjara li s-soġġorn ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz hija illegali u li jimponi jew jiddikjara l-obbligu ta’ ritorn.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2008/115:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ l-Istati Membri li jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet li huma aktar favorevoli għall-persuni li għalihom tapplika dment li dawk id-dispożizzjonijiet ikunu kompatibbli ma’ din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont dovut ta’:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-aħjar interessi tat-tfal,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-ħajja familjari,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>l-istat tas-saħħa taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz konċernat u,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>jirrispettaw il-prinċipju ta’ non-refoulement.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom joħorġu deċiżjoni ta’ ritorn għal ċittadin ta’ pajjiż terz li qed jissoġġorna illegalment fit-territorju tagħhom, bla ħsara għall-eċċezzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 2 sa 5.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Ċittadini ta’ pajjiżi terzi li qed jissoġġornaw illegalment fit-territorju ta’ Stat Membru u għandhom permess ta’ residenza validu jew awtorizzazzjoni oħra li toffri dritt ta’ soġġorn maħruġa minn Stat Membru ieħor, għandhom jintalbu jmorru fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru minnufih. Fil-każ ta’ non-konformità miċ-ċittadin ta’ pajjiż terz konċernat ma’ din il-ħtieġa, jew fejn it-tluq immedjat taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun meħtieġ għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà nazzjonali, għandu japplika l-paragrafu 1.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 tal-istess direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="015.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dment li ma jistgħux jiġu applikati b’mod effettiv miżuri oħrajn suffiċjenti iżda inqas koersivi fil-każ speċifiku, l-Istati Membri jistgħu biss iżommu f’detenzjoni ċittadin ta’ pajjiż terz, li hu suġġett għal proċeduri ta’ ritorn biex jitħejja r-ritorn u/jew jitwettaq il-proċess ta’ tneħħija, partikolarment meta:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>ikun hemm riskju ta’ ħarba jew</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz konċernat jevita jew ifixkel it-tħejjija tar-ritorn jew il-proċess ta’ tneħħija.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Kwalunkwe detenzjoni għandha tkun għal perijodu kemm jista’ jkun qasir u għandha tinżamm biss sakemm l-arranġamenti ta’ tneħħija jkunu qed isiru u jitwettqu bid-diliġenza dovuta.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Olandiż</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Vreemdelingenwet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 59(2) tal-Vreemdelingenwet 2000 (il-Liġi tal-2000 dwar Ċittadini Barranin) tat-<DATE ISO="20001123">23 ta’ Novembru 2000</DATE> (Stb. 2000, Nru 495), kif emendata b’effett mill-<DATE ISO="20111231">31 ta’ Diċembru 2011</DATE> għall-finijiet tat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2008/115 fid-dritt Olandiż (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Vw 2000<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>) jipprovdi:</TXT><P>“Jekk id-dokumenti neċessarji għar-ritorn tal-barrani jkunu disponibbli jew ikunu disponibbli fi żmien qasir, id-detenzjoni tal-barrani titqies meħtieġa fl-interess tal-ordni pubbliku, ħlief jekk il-barrani kien jirrisjedi legalment abbażi tal-Artikolu 8(a) sa (e) u (l).</P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 62a tal-Vw 2000 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="062A.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-ministru tagħna għandu jinforma bil-miktub lil barrani ċittadin mhux Komunitarju li ma jkunx għadu residenti legali dwar l-obbligu li jitlaq mill-Pajjiżi l-Baxxi fuq inizjattiva tiegħu stess kif ukoll dwar it-terminu li fih huwa għandu jissodisfa dan l-obbligu ħlief jekk:</P><P>[…]</P><P>b. il-barrani jkollu permess ta’ residenza validu maħruġ minn Stat Membru ieħor jew awtorizzazzjoni oħra li tagħti dritt ta’ residenza […]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="062A.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-barrani msemmi fil-paragrafu 1(b) għandu jkun ordnat jirritorna minnufih fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat. Jekk din l-ordni ma titħarisx jew jekk it-tluq minnufih tal-barrani jkun meħtieġ għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew sigurtà nazzjonali, għandha tingħata deċiżjoni ta’ ritorn kontrih.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 63 ta’ din il-liġi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="063.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-barrani li ma jkunx jirrisjedi legalment u li ma jkunx telaq mill-Pajjiżi l-Baxxi fuq inizjattiva tiegħu stess fit-terminu stabbilit minn din il-liġi, jista’ jitkeċċa.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="063.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-ministru tagħna huwa kompetenti fil-qasam tat-tkeċċija.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 106 tal-imsemmija liġi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="106.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk il-qorti tordna li titneħħa miżura li ċċaħħad jew tirrestrinġi l-libertà, jew jekk iċ-ċaħda jew ir-restrizzjoni tal-libertà tkun diġà tneħħiet qabel ma tkun ġiet eżaminata t-talba sabiex dik il-miżura titneħħa, hija tkun tista’ tagħti lill-barrani kumpens imħallas mill-Istat. Id-dannu jinkludi d-dannu mhux patrimonjali. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="106.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-paragrafu 1 japplika b’analoġija meta l-Afdeling bestuursrechtspraak van de Raad van State (id-Diviżjoni tal-Ġurisdizzjoni Amministrattiva tal-Kunsill tal-Istat) tordna t-tneħħija tal-miżura li ċċaħħad jew tirrestrinġi l-libertà.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Vreemdelingencirculaire</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Sal-<DATE ISO="20190101">1 ta’ Jannar 2019</DATE>, l-Artikolu A3/2 tal-Vreemdelingencirculaire 2000 (iċ-Ċirkulari tal-2000 dwar Ċittadini Barranin) kien jipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Jekk il-ħruġ ta’ deċiżjoni ta’ ritorn ikun kuntrarju għal obbligi internazzjonali (il-projbizzjoni ta’ refoulement), l-uffiċjal responsabbli għall-kontroll transkonfinali jew għall-kontroll ta’ barranin ma għandux joħroġ deċiżjoni ta’ ritorn.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjonijiet tat-<DATE ISO="20180228">28 ta’ Frar 2018</DATE>, tat-<DATE ISO="20180613">13 ta’ Ġunju 2018</DATE> u tad-<DATE ISO="20181009">9 ta’ Ottubru 2018</DATE>, is-Segretarju tal-Istat ċaħad bħala inammissibbli l-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali ppreżentati fil-Pajjiżi l-Baxxi minn M, A u T, rispettivament, għar-raġuni li dawn il-persuni, ċittadini ta’ pajjiżi terzi, diġà kellhom l-istatus ta’ refuġjat fi Stat Membru ieħor, jiġifieri, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, rispettivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ dawn l-istess deċiżjonijiet, huwa ordna lill-imsemmija persuni, skont l-Artikolu 62a(3) tal-Vw 2000, sabiex imorru immedjatament fit-territorju tal-Istat Membru li rrikonoxxielhom tali status. Peress li l-ebda waħda minn dawn l-istess persuni ma osservaw din l-ordni, is-Segretarju tal-Istat żammhom f’detenzjoni skont l-Artikolu 59(2) tal-Vw 2000, għall-finijiet tat-trasferiment forzat tagħhom lejn dawn it-tliet Stati Membri. Sussegwentement dawn intbagħtu lura bil-forza fl-imsemmija Stati Membri, wara li dawn tal-aħħar aċċettaw li jilqgħuhom mill-ġdid fit-territorju tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>M, A u T ippreżentaw rikors quddiem ir-rechtbank Den Haag (il-Qorti Distrettwali ta’ Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi), fejn sostnew, essenzjalment, li d-detenzjoni tagħhom kellha tiġi ppreċeduta mill-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ ritorn, fis-sens tal-Artikolu 62a(3) tal-Vw 2000, li jittrasponi, fid-dritt Olandiż, l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/115. Ir-rikorsi ta’ M u A ġew miċħuda. T rebaħ il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>M u A appellaw mid-deċiżjoni tar-rechtbank Den Haag (il-Qorti Distrettwali ta’ Den Haag) quddiem ir-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat, il-Pajjiżi l-Baxxi). Is-Segretarju tal-Istat għamel l-istess fil-kawża tieħu kontra T.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Wara li qieset li t-tilwimiet pendenti quddiemha jikkonċernaw biss id-dritt possibbli ta’ M, A u T għal kumpens għad-dannu kkawżat minħabba d-detenzjoni tagħhom, il-qorti tar-rinviju tenfasizza li r-riżultat ta’ dawn it-tilwimiet jiddependi minn jekk id-Direttiva 2008/115 tipprekludix lis-Segretarju tal-Istat milli jżomm f’detenzjoni ċ-ċittadini ta’ pajjiż terz, inkwistjoni fil-kawża prinċipali, abbażi tal-Artikolu 59(2) tal-Vw 2000, sabiex jiġi żgurat it-trasferiment tagħhom għal Stat Membru ieħor, mingħajr ma tkun ittieħdet deċiżjoni ta’ ritorn, fis-sens tal-Artikolu 62a(3) tal-Vw 2000.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi, fl-ewwel lok, jekk id-Direttiva 2008/115 hijiex applikabbli f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija tenfasizza li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn dawn jirrisjedu illegalment fit-territorju tal-Pajjiżi l-Baxxi, jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/115, kif iddefinit fl-Artikolu 2(1) tagħha. Barra minn hekk, dik il-qorti tindika li l-Artikolu 6(2) ta’ din id-direttiva jirregola s-sitwazzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu illegalment li, bħal f’dan il-każ, għandhom madankollu d-dritt ta’ residenza fi Stat Membru ieħor billi jimponi li, jekk dawn jirrifjutaw li jmorru immedjatament f’dan l-Istat Membru l-ieħor, tiġi adottata deċiżjoni ta’ ritorn kontrihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Madankollu, ma huwiex possibbli li tiġi adottata, kontra ċittadini ta’ pajjiżi terzi li, bħal f’dan il-każ, għandhom status ta’ refuġjat fi Stat Membru ieħor, deċiżjoni ta’ ritorn lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom, fid-dawl tal-projbizzjoni ta’ refoulement li għandha tiġi osservata fil-każ ta’ implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/115. Barra minn hekk, skont il-qorti tar-rinviju, ritorn eventwali ta’ M, A u T lejn pajjiż ta’ tranżitu ma huwiex previst u dawn il-persuni ma esprimewx ix-xewqa li jitilqu volontarjament f’pajjiż terz ieħor. Għaldaqstant, ma huwiex possibbli li tiġi adottata deċiżjoni ta’ ritorn, fis-sens tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’tali ċirkustanzi, dik il-qorti tqis li, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1 u tal-punt 3 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115, moqrija flimkien mal-premessa 5 tagħha, ma huwiex eskluż li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva ma jkunux applikabbli għall-każ tat-tluq forzat taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, inkwistjoni fil-kawża prinċipali, lejn l-Istat Membru li fih jibbenefikaw minn protezzjoni internazzjonali. F’dan il-każ, id-detenzjoni ta’ dawn iċ-ċittadini tkun kompletament iddeterminata mid-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-każ li d-Direttiva 2008/115 tapplika madankollu għall-kawżi pendenti quddiemha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, fit-tieni lok, dwar il-possibbiltà li l-prattika nazzjonali inkwistjoni tiġi ġġustifikata bħala miżura nazzjonali iktar favorevoli, fis-sens tal-Artikolu 4(3) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri u li jagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Id-Direttiva 2008/115 […], b’mod partikolari l-Artikoli 3, 4, 6 u 15 tagħha, tipprekludi d-detenzjoni b’applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ barrani li jibbenefika minn protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni [Ewropea], meta din id-detenzjoni hija intiża għat-tneħħija, għal dan l-Istat Membru l-ieħor, tal-barrani li rċieva biss l-ordni li jmur hemm għal din ir-raġuni, mingħajr ma ġiet adottata deċiżjoni sussegwenti ta’ ritorn?<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 3, 4, 6 u 15 tad-Direttiva 2008/115 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li Stat Membru jqiegħed f’detenzjoni amministrattiva ċittadin ta’ pajjiż terz li jirrisjedi illegalment fit-territorju tiegħu mingħajr ma tkun ġiet adottata deċiżjoni ta’ ritorn minn qabel fir-rigward tiegħu, sabiex iwettaq it-trasferiment forzat ta’ dan iċ-ċittadin lejn Stat Membru ieħor li fih l-imsemmi ċittadin għandu l-istatus ta’ refuġjat, meta dan l-istess ċittadin ikun irrifjuta li jikkonforma ruħu ma’ din l-ordni mogħtija lilu sabiex imur f’dan l-Istat Membru l-ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Skont il-premessa 2 tagħha, id-Direttiva 2008/115 għandha l-għan li tistabbilixxi politika effettiva ta’ tneħħija u ta’ ripatrijazzjoni, mibnija fuq standards komuni għar-ritorn tal-persuni kkonċernati b’mod uman u b’rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali u tad-dinjità tagħhom. Il-premessa 4 ta’ din id-direttiva tippreċiża, f’dan ir-rigward, li tali politika ta’ ritorn effikaċi tikkostitwixxi element indispensabbli ta’ politika ta’ migrazzjoni mmexxija tajjeb. Kif jirriżulta kemm mit-titolu tagħha, kif ukoll mill-Artikolu 1 tagħha, id-Direttiva 2008/115 tistabbilixxi għal dan il-għan <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>standards u proċeduri komuni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> li għandhom jiġu applikati minn kull Stat Membru għar-ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’residenza illegali (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200917">17 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>JZ (Piena ta’ priġunerija fil-każ ta’ projbizzjoni tad-dħul)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑806/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:724">EU:C:2020:724</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, fl-ewwel lok, li, bla ħsara għall-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 2(2) tagħha, id-Direttiva 2008/115 tapplika għal kull ċittadin ta’ pajjiż terz li jirrisjedi illegalment fit-territorju ta’ Stat Membru (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160607">7 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Affum</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑47/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:408">EU:C:2016:408</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190319">19 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Arib <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑444/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:220">EU:C:2019:220</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>soġġorn illegali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> huwa ddefinit fl-Artikolu 3(2) bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>il-preżenza fit-territorju ta’ Stat Membru, ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li ma jissodisfax, jew m’għadux jissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ dħul […], soġġorn jew residenza f’dak l-Istat Membru<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Minn din id-definizzjoni jirriżulta li kull ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru mingħajr ma jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ dħul, ta’ soġġorn jew ta’ residenza fih ikun, minħabba dan il-fatt biss, qiegħed jirrisjedi illegalment (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160607">7 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Affum</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑47/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:408">EU:C:2016:408</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Dan jista’ jkun il-każ anki jekk, bħal f’dan il-każ, dan iċ-ċittadin ikollu permess ta’ residenza, validu, fi Stat Membru ieħor minħabba li dan tal-aħħar irrikonoxxielu l-istatus ta’ refuġjat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għalhekk, huwa għandu, bħala prinċipju, jiġi suġġett għall-istandards u għall-proċeduri komuni previsti minnha għat-tneħħija tiegħu, u dan sakemm ir-residenza ma tkunx, skont il-każ, regolarizzata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160607">7 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Affum</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑47/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:408">EU:C:2016:408</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’din il-perspettiva, jirriżulta, minn naħa, mill-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2008/115 li, ladarba tiġi stabbilita n-natura illegali tar-residenza, kull ċittadin ta’ pajjiż terz għandu, bla ħsara għall-eċċezzjonijiet previsti fil-paragrafi 2 sa 5 tal-imsemmi artikolu u fl-osservanza stretta tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva, ikun is-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ ritorn. Skont il-punt 3 tal-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva, tali ritorn isir fil-pajjiż ta’ oriġini ta’ dan iċ-ċittadin, jew pajjiż ta’ tranżitu jew pajjiż terz li fih l-imsemmi ċittadin jiddeċiedi li jirritorna volontarjament u li jkun lest li jaċċettah fit-territorju tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>B’deroga mill-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2008/115, il-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu jipprovdi, min-naħa l-oħra, li, meta ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li jirrisjedi illegalment ikollu permess ta’ residenza fi Stat Membru ieħor, huwa għandu jirritorna immedjatament fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Madankollu, skont din id-dispożizzjoni, meta dan iċ-ċittadin ma josservax dan l-obbligu jew meta t-tluq immedjat tiegħu jkun meħtieġ għal raġunijiet li jaqgħu taħt l-ordni pubbliku jew is-sigurtà nazzjonali, l-Istat Membru fejn ikun jinsab illegalment għandu jadotta deċiżjoni ta’ ritorn fil-konfront tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għaldaqstant, minn dan l-Artikolu 6(2) jirriżulta li hemm lok li ċittadin ta’ pajjiż terz, li jirrisjedi illegalment fit-territorju ta’ Stat Membru filwaqt li jkollu dritt ta’ residenza fi Stat Membru ieħor, jitħalla jmur f’dan tal-aħħar pjuttost milli tiġi adottata, mill-bidu nett, fil-konfront tiegħu deċiżjoni ta’ ritorn, sakemm l-ordni pubbliku jew is-sigurtà nazzjonali ma jeżiġux tali deċiżjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180116">16 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>E</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑240/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:8">EU:C:2018:8</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Madankollu, din id-dispożizzjoni ma tistax tiġi interpretata bħala li tistabbilixxi eċċezzjoni għall-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/115, li tiżdied ma’ dawk stabbiliti fl-Artikolu 2(2) tagħha u li tippermetti lill-Istati Membri jeskludu mill-istandards u mill-proċeduri komuni ta’ ritorn liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu illegalment meta dawn jirrifjutaw li jmorru lura immedjatament fit-territorju tal-Istat Membru li jirrikonoxxilhom dritt ta’ residenza (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160607">7 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Affum</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑47/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:408">EU:C:2016:408</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, kif ġie espost fil-punt 34 ta’ din is-sentenza, f’tali każ, l-Istati Membri li fit-territorju tagħhom dawn iċ-ċittadini jirrisjedu illegalment huma, bħala prinċipju, obbligati li jadottaw, skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/115, moqri flimkien mal-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, deċiżjoni ta’ ritorn li tordna lill-imsemmija ċittadini jitilqu mit-territorju tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180116">16 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>E</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑240/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:8">EU:C:2018:8</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, mill-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li kien legalment impossibbli, għall-awtoritajiet Olandiżi, li jadottaw, skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/115, deċiżjoni ta’ ritorn kontra ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi inkwistjoni fil-kawża prinċipali wara r-rifjut ta’ dawn iċ-ċittadini milli jikkonformaw ruħhom mal-ordni li kienet ingħatatilhom li jirritornaw lejn l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu huma kellhom permess ta’ residenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fil-fatt, kull deċiżjoni ta’ ritorn għandha tidentifika, fost il-pajjiżi terzi msemmija fil-punt 3 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115, dak il-pajjiż fejn għandu jintbagħat iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li huwa d-destinatarju tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200514">14 ta’ Mejju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Országos Idegenrendészeti Főigazgatóság Dél-alföldi Regionális Igazgatóság</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑924/19 PPU u C‑925/19 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:367">EU:C:2020:367</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0115">115</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Issa, huwa stabbilit, minn naħa, li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi inkwistjoni fil-kawża prinċipali jibbenefikaw mill-istatus ta’ refuġjat fi Stat Membru ieħor li ma huwiex ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi. Għalhekk, dawn ma jistgħux jiġu mibgħuta lura lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom mingħajr il-ksur tal-prinċipju ta’ non-refoulement, li huwa ggarantit fl-Artikolu 18 u fl-Artikolu 19(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u li, kif ifakkar l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/115, għandu jiġi osservat mill-Istati Membri, fl-implimentazzjoni ta’ din id-direttiva u, għaldaqstant, b’mod partikolari meta huma jipprevedu li jadottaw deċiżjoni ta’ ritorn (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180619">19 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Gnandi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑181/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:465">EU:C:2018:465</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li dawn iċ-ċittadini lanqas ma jistgħu jintbagħtu lura lejn pajjiż ta’ tranżitu jew lejn pajjiż terz li fih huma ddeċidew li jirritornaw volontarjament u li jaċċettahom fit-territorju tiegħu, fis-sens tal-punt 3 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali fejn ebda wieħed mill-pajjiżi msemmija fil-punt 3 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115 ma jista’ jikkostitwixxi destinazzjoni ta’ ritorn, l-Istat Membru kkonċernat isib ruħu f’sitwazzjoni ta’ impossibbiltà ġuridika li jeżegwixxi l-obbligu, impost fuqu fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/115, li jadotta deċiżjoni ta’ ritorn kontra ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li jirrisjedi illegalment fit-territorju tiegħu u li jirrifjuta li jmur immedjatament fl-Istat Membru li fih għandu permess ta’ residenza. Barra minn hekk, ebda standard, u ebda proċedura prevista minn din id-direttiva ma tippermetti li dan iċ-ċittadin jitkeċċa, minkejja li huwa jirrisjedi illegalment fit-territorju ta’ Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għandu jitfakkar li d-Direttiva 2008/115 ma għandhiex l-għan li tarmonizza fl-intier tagħhom ir-regoli tal-Istati Membri dwar ir-residenza tal-barranin (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111206">6 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Achughbabian</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑329/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:807">EU:C:2011:807</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, ir-regoli u l-proċeduri komuni stabbiliti minn din id-direttiva jikkonċernaw biss l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ ritorn u l-eżekuzzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111206">6 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Achughbabian</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑329/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:807">EU:C:2011:807</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180508">8 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>K. A. <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Riunifikazzjoni tal-familja fil-Belġju)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑82/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:308">EU:C:2018:308</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>B’mod partikolari, id-Direttiva 2008/115 ma għandhiex l-għan li tiddetermina l-konsegwenzi tar-residenza illegali, fit-territorju ta’ Stat Membru, ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li fir-rigward tagħhom ebda deċiżjoni ta’ ritorn lejn pajjiż terz ma tista’ tiġi adottata (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140605">5 ta’ Ġunju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mahdi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑146/14 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1320">EU:C:2014:1320</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Dan ikun il-każ ukoll meta, bħal f’dan il-każ, din l-impossibbiltà tirriżulta, b’mod partikolari, mill-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ non-refoulement.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali fejn ebda deċiżjoni ta’ ritorn ma tista’ tiġi adottata, id-deċiżjoni ta’ Stat Membru li jwettaq it-trasferiment forzat ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, li jirrisjedi illegalment fit-territorju tiegħu, lejn l-Istat Membru li rrikonoxxielu l-istatus ta’ refuġjat ma hijiex regolata mill-istandards u l-proċeduri komuni stabbiliti mid-Direttiva 2008/115. Għaldaqstant, hija ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, iżda taħt l-eżerċizzju tal-kompetenza esklużiva ta’ dan l-Istat Membru fil-qasam tal-immigrazzjoni illegali. Konsegwentement, l-istess japplika għad-detenzjoni amministrattiva ta’ tali ċittadin ordnat, f’tali ċirkustanzi, sabiex jiżgura t-trasferiment tiegħu lejn l-Istat Membru li fih huwa għandu l-istatus ta’ refuġjat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, la l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/115 u lanqas xi dispożizzjoni oħra ta’ din id-direttiva ma jipprekludu li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, Stat Membru jżomm taħt detenzjoni amministrattiva ċittadin ta’ pajjiż terz li jirrisjedi illegalment fit-territorju tiegħu sabiex iwettaq it-trasferiment tiegħu lejn Stat Membru ieħor, li fih dan iċ-ċittadin għandu permess ta’ residenza, mingħajr ma jkun ħa minn qabel deċiżjoni ta’ ritorn kontra tiegħu, peress li tali deċiżjoni ma tistax, bħala prinċipju, tiġi adottata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jingħad ukoll li t-trasferiment forzat u d-detenzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huma suġġetti għar-rispett sħiħ kemm tad-drittijiet fundamentali, u b’mod partikolari ta’ dawk iggarantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata<?PAGE NO="11"?> f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE>, kif ukoll tal-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Refuġjati, iffirmata f’Geneva, fit-<DATE ISO="19510728">28 ta’ Lulju 1951</DATE> (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111206">6 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Achughbabian</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑329/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:807">EU:C:2011:807</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151001">1 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Celaj</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑290/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:640">EU:C:2015:640</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200917">17 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>JZ (Piena ta’ priġunerija fil-każ ta’ projbizzjoni fuq id-dħul)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑806/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:724">EU:C:2020:724</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikoli 3, 4, 6 u 15 tad-Direttiva 2008/115 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux lil Stat Membru milli jżomm taħt detenzjoni amministrattiva ċittadin ta’ pajjiż terz, li jirrisjedi illegalment fit-territorju tiegħu, sabiex jipproċedi bit-trasferiment forzat ta’ dan iċ-ċittadin lejn Stat Membru ieħor li fih l-imsemmi ċittadin għandu l-istatus ta’ refuġjat, meta dan l-istess ċittadin ikun irrifjuta li josserva l-ordni mogħtija lilu li jmur f’dan l-Istat Membru l-ieħor u meta l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ ritorn kontra tiegħu ma tkunx possibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li għandha tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 3, 4, 6 u 15 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE> dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux lil Stat Membru milli jżomm taħt detenzjoni amministrattiva ċittadin ta’ pajjiż terz, li jkun jirrisjedi illegalment fit-territorju tiegħu, sabiex jipproċedi bit-trasferiment forzat ta’ dan iċ-ċittadin lejn Stat Membru ieħor li fih l-imsemmi ċittadin għandu l-istatus ta’ refuġjat, meta dan l-istess ċittadin ikun irrifjuta li josserva l-ordni mogħtija lilu li jmur f’dan l-Istat Membru l-ieħor u meta l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ ritorn kontra tiegħu ma tkunx possibbli.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>