|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/3193 |
20.12.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/3193
tad-19 ta’ Diċembru 2024
li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi li joriġinaw mir-Russja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri fis-seħħ
|
(1) |
Permezz tar-Regolament (KE) Nru 2320/97 (2) il-Kunsill impona dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-ħadid jew tal-azzar li mhuwiex liga, li joriġinaw, fost l-oħrajn, mir-Russja. Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/70/KE (3), ġie aċċettat impenn minn esportatur fir-Russja. Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1322/2004 (4), ġie deċiż li l-miżuri fis-seħħ ma jibqgħux jiġu applikati fuq l-importazzjonijiet, fost l-oħrajn, mir-Russja bħala prudenza fir-rigward tal-imġiba antikompetittiva ta’ ċerti produtturi tal-Unjoni fil-passat (ara l-premessa (9) ta’ dak ir-Regolament). |
|
(2) |
Permezz tar-Regolament (KE) Nru 954/2006 (5) il-Kunsill impona dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi li joriġinaw, fost l-oħrajn, mir-Russja, ħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/97 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 348/2000 (6), temm ir-rieżamijiet interim u ta’ skadenza tad-dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi jew tal-ħadid jew tal-azzar li mhuwiex liga li joriġinaw, fost l-oħrajn, mir-Russja u temm ir-rieżamijiet interim tad-dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-ħadid jew tal-azzar li mhuwiex liga li joriġinaw, fost l-oħrajn, mir-Russja. |
|
(3) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 585/2012 (7) il-Kunsill, wara rieżami ta’ skadenza, impona dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi li joriġinaw, fost l-oħrajn, mir-Russja. |
|
(4) |
Wara investigazzjonijiet ta’ rieżami interim parzjali f’konformità mal-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 795/2012 (8) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1269/2012 (9) rispettivament, emenda l-miżuri definittivi imposti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 585/2012 fir-rigward ta’ għadd ta’ produtturi esportaturi Russi. |
|
(5) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1469 (10), il-Kummissjoni, wara rieżami ta’ skadenza, imponiet dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, li joriġinaw, fost l-oħrajn, mir-Russja (“ir-rieżami ta’ skadenza preċedenti”). |
|
(6) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159, il-Kummissjoni imponiet miżuri definittivi ta’ salvagwardja kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar, inklużi tubi u pajpijiet mingħajr saldaturi u pajpijiet oħra mingħajr saldaturi (11). |
|
(7) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1029, il-Kummissjoni emendat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 biex ittawwal il-miżura ta’ salvagwardja fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar, inklużi tubi u pajpijiet mingħajr saldaturi u pajpijiet oħra mingħajr saldaturi (12). |
|
(8) |
Permezz tar-Regolament (UE) 2022/428 (13), il-Kunsill impona miżuri restrittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ għadd ta’ prodotti li joriġinaw mir-Russja jew li ġew esportati minnha, li jipprojbixxu l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. |
|
(9) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1782, il-Kummissjoni emendat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159, inkluż l-estensjoni tal-miżura ta’ salvagwardja fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar, inklużi pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi u pajpijiet oħra mingħajr saldaturi (14). |
|
(10) |
Id-dazji anti-dumping attwalment fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi jvarjaw minn 24,1 % sa 35,8 % għall-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Russja. |
1.2. Talba għal rieżami ta’ skadenza
|
(11) |
Wara l-pubblikazzjoni ta’ notifika tal-iskadenza imminenti tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ (15), il-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(12) |
It-talba għal rieżami tressqet fit-30 ta’ Ġunju 2023 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tat-Tubi tal-Azzar (“European Steel Tube Association, ESTA” jew “l-applikant”) f’isem l-industrija tal-Unjoni ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. It-talba għal rieżami kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri kontra l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Russja x’aktarx li tirriżulta f’rikorrenza ta’ dumping u dannu għall-industrija tal-Unjoni. |
1.3. Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza
|
(13) |
Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, fit-2 ta’ Ottubru 2023 il-Kummissjoni bdiet rieżami ta’ skadenza fir-rigward tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Russja (“il-pajjiż ikkonċernat”) abbażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (16) (“in-Notifika tal-Bidu”). |
1.4. Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u perjodu taħt kunsiderazzjoni
|
(14) |
L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”). |
1.5. Partijiet interessati
|
(15) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament infurmat lill-applikant, lil produtturi magħrufa oħra tal-Unjoni, lir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur, lit-trade unions, lill-importaturi magħrufa, lill-utenti, lin-negozjanti, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u stednithom jipparteċipaw. |
|
(16) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. |
1.6. Kummenti dwar il-bidu
|
(17) |
Il-Federazzjoni Russa ssottomettiet kummenti fit-8 ta’ Novembru 2023. Hija argumentat li t-talba ma kien fiha l-ebda evidenza ta’ dumping mill-esportaturi Russi jew kwalunkwe prova li r-revoka tad-dazji anti-dumping twassal għal importazzjonijiet dannużi. Hija argumentat ukoll li ma kien hemm l-ebda probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu minħabba l-importazzjonijiet Russi. |
|
(18) |
Fir-rigward tal-ewwel allegazzjoni, il-Kummissjoni nnotat li minħabba s-sanzjonijiet, ma kien hemm l-ebda esportazzjoni lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, l-applikant ivvaluta l-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping. Għal din il-valutazzjoni hija bbażat ruħha fuq il-prezzijiet tal-esportazzjoni Russi lejn pajjiżi terzi. Il-Federazzjoni Russa kkritikat it-tqabbil tal-prezzijiet tal-esportazzjoni CIF lejn pajjiżi terzi mal-prezzijiet domestiċi mill-fabbrika. Il-Kummissjoni nnotat li l-użu tal-prezzijiet CIF minflok il-prezzijiet mill-fabbrika huwa simplifikazzjoni li hija għall-benefiċċju tal-esportaturi Russi, peress li dan jimplika li ma tnaqqsux xi kostijiet mill-prezzijiet CIF osservati qabel it-tqabbil. Għalhekk, il-Kummissjoni ma qablitx li din is-simplifikazzjoni poġġiet f’dubju l-ekwità tat-tqabbil, li huwa maħsub biex juri rikorrenza ta’ dumping, għall-kuntrarju ta’ ammont ta’ dumping speċifiku. |
|
(19) |
Fir-rigward tal-allegazzjoni dwar l-ebda probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu, il-Kummissjoni nnotat li abbażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Eġittu u t-Turkija, l-applikant stabbilixxa marġnijiet sinifikanti ta’ twaqqigħ tal-prezz u ta’ bejgħ taħt il-prezz u fuq dik il-bażi kkonkludiet li l-importazzjonijiet Russi komplew jirrappreżentaw theddida potenzjali għall-industrija tal-Unjoni jekk ma jkun hemm l-ebda miżura kummerċjali restrittiva. L-affermazzjoni għalhekk ġiet miċħuda. |
1.7. Kampjunar
|
(20) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
1.7.1. Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(21) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ħabbret li kienet għażlet proviżorjament kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni kienet għażlet il-kampjun abbażi tal-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, filwaqt li tqieset ukoll il-firxa ġeografika. Dan il-kampjun kien jikkonsisti fi tliet produtturi tal-Unjoni, li tnejn minnhom kienu relatati. Il-produtturi inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw [47 %-53 %] tal-volum stmat tal-produzzjoni u aktar minn 45 % tal-volum totali stmat tal-bejgħ tal-prodott simili fis-suq ħieles fl-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun magħżul b’mod proviżorju. |
|
(22) |
Il-Kummissjoni rċeviet kumment wieħed, mill-applikant, dwar l-għażla tal-kampjun proviżorju. L-applikant issuġġerixxa li, minħabba l-fatt li tnejn mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun magħżul b’mod proviżorju kienu relatati, il-Kummissjoni għandha tissostitwixxi wieħed minn dawn iż-żewġ produtturi relatati bi produttur ieħor tal-Unjoni li ma kienx relatat mal-oħrajn (17). Il-Kummissjoni qieset li l-kampjun proviżorju kien aktar rappreżentattiv f’termini ta’ produzzjoni u volumi ta’ bejgħ tal-UE. Barra minn hekk, il-kumpanija li kienet ġiet ippreżentata mill-applikant bħala alternattiva kienet sa Jannar 2023 (18) proprjetà ta’ investitur mill-pajjiż ikkonċernat, jiġifieri l-Federazzjoni Russa li, minn Marzu 2022, kienet ġiet issanzjonata mill-Unjoni Ewropea. Skont l-applikant, dan il-fatt allegatament kellu impatt fuq l-aċċess tal-kumpanija għall-kontijiet bankarji tagħha, u b’hekk fixkel il-bejgħ tal-kumpanija (19). Għalhekk, il-prestazzjoni ekonomika tal-kumpanija proposta setgħet ma kinitx rappreżentattiva mill-inqas matul parti mill-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(23) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet it-talba tal-applikant u kkonfermat il-kampjun preliminari. Ma wasal l-ebda kumment. |
|
(24) |
Fis-6 ta’ Ġunju 2024, wara li ppreżenta t-tweġiba għall-kwestjonarju, wieħed mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, Dalmine S.p.A, informa lill-Kummissjoni li huwa rtira l-kooperazzjoni tiegħu fl-investigazzjoni. |
|
(25) |
Il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati kollha li kien beħsiebha tipproċedi bil-kampjun taż-żewġ produtturi tal-Unjoni li kien fadal inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ produtturi, mhux relatati ma’ xulxin, irrappreżentaw [33 % – 45 %] tal-volum totali stmat tal-produzzjoni u aktar minn 30 % tal-volum totali stmat tal-bejgħ tal-prodott simili fis-suq ħieles fl-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet kollha jikkummentaw dwar dan il-kampjun imnaqqas, iżda ma rċeviet l-ebda kumment. |
|
(26) |
Għalhekk, il-kampjun finali tal-produtturi tal-Unjoni kien magħmul miż-żewġ produtturi tal-Unjoni mhux relatati, S.C. Silcotub S.A. u Benteler Steel/Tube GmbH. |
1.7.2. Kampjunar tal-importaturi
|
(27) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. |
|
(28) |
L-ebda importatur mhux relatat ma pprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jiġi inkluż fil-kampjun. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tapplikax kampjunar għall-importaturi. |
1.7.3. Kampjunar tal-produtturi esportaturi
|
(29) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi magħrufa kollha fir-Russja jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tal-Federazzjoni Russa għall-Unjoni Ewropea biex tidentifika u/jew tikkuntattja produtturi esportaturi oħrajn, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(30) |
L-ebda wieħed mill-produtturi fir-Russja ma pprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jiġi inkluż fil-kampjun. |
1.8. Tweġibiet għall-kwestjonarju
|
(31) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. L-istess kwestjonarji kienu wkoll disponibbli online (20) fil-jum tal-bidu. |
|
(32) |
Waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand it-tliet produtturi tal-Unjoni oriġinarjament inklużi fil-kampjun, jiġifieri Dalmine SpA, S.C. Silcotub S.A u Benteler Steel/Tube GmbH. |
1.9. Verifika
|
(33) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa meħtieġa għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u ta’ dannu u tal-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin: Produtturi tal-Unjoni
|
|
(34) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni wettqet kontroverifika mill-bogħod tal-makroindikaturi ppreżentati mill-applikant. |
1.10. Proċedura sussegwenti
|
(35) |
Fl-24 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni żvelat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kienet beħsiebha żżomm id-dazji anti-dumping fis-seħħ. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni. |
|
(36) |
Bi tweġiba għall-iżvelar, il-Federazzjoni Russa pprovdiet kummenti li huma indirizzati fil-premessi (72) u (73) hawn taħt. |
2. PRODOTT TAĦT RIEŻAMI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott taħt rieżami
|
(37) |
Il-prodott taħt rieżami huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali u fir-rieżamijiet ta’ skadenza preċedenti, jiġifieri ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-ħadid jew tal-azzar (“Seamless Pipes and Tubes, SPT”), b’sezzjoni trażversali ċirkolari, b’dijametru estern li ma jaqbiżx l-406,4 mm b’Valur Ekwivalenti għall-Karbonju (“Carbon Equivalent Value, CEV”) li ma jaqbiżx 0,86 skont il-formula u l-analiżi kimika tal-Istitut Internazzjonali tal-Iwweldjar (International Institute of Welding, IIW), (“il-prodott taħt rieżami”). |
|
(38) |
Il-prodott taħt rieżami bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 7304 11 00 , ex 7304 19 10 , ex 7304 19 30 , ex 7304 22 00 , ex 7304 23 00 , ex 7304 24 00 , ex 7304 29 10 , ex 7304 29 30 , ex 7304 31 80 , ex 7304 39 50 , ex 7304 39 82 , ex 7304 39 83 , ex 7304 51 89 , ex 7304 59 82 u ex 7304 59 83 (21) (il-kodiċijiet TARIC 7304 11 00 10, 7304 19 10 20, 7304 19 30 20, 7304 22 00 20, 7304 23 00 20, 7304 24 00 20, 7304 29 10 20, 7304 29 30 20, 7304 31 80 30, 7304 39 50 30, 7304 39 82 30, 7304 39 83 20, 7304 51 89 30, 7304 59 82 30 u 7304 59 83 20). |
|
(39) |
Il-prodott taħt rieżami jintuża f’varjetà wiesgħa ta’ applikazzjonijiet, bħall-pajpijiet tal-linja għat-trasport tal-likwidi, fin-negozju tal-kostruzzjoni għat-twaħħil tal-puntali, għall-użi mekkaniċi, għat-tubi tal-gass, għat-tubi tal-bojlers u għall-prodotti taż-żejt u tat-tubi tal-pajjiżi (“Oil and Country Tubular Goods, OCTG”) għat-tħaffir, għall-kisi u għat-tubi għall-industrija taż-żejt. |
|
(40) |
Fil-mument tal-konsenja tagħhom lill-utenti, l-SPT jieħdu forom ferm differenti. Dawn jistgħu jkunu eż. galvanizzati, bil-kamin, ikkonsenjati bħala tubi ekoloġiċi (jiġifieri mingħajr ebda trattament termali), bi truf speċjali, b’sezzjonijiet trażversali differenti, maqtugħin għal qies jew le. Ma hemm l-ebda qies standard iġġeneralizzat għat-tubi, li jispjega għaliex il-parti l-kbira tal-SPT isiru skont l-ordni tal-klijenti. L-SPT normalment jitwaħħlu permezz ta’ saldatura. Madankollu, f’każijiet partikolari dawn jistgħu jiġu konnessi bil-kamin tagħhom jew jintużaw waħidhom, għalkemm xorta jibqgħu li jistgħu jiġu ssaldjati. L-investigazzjoni wriet li l-SPT kollha għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi u l-istess użi bażiċi. |
2.2. Prodott ikkonċernat
|
(41) |
Il-prodott ikkonċernat minn din l-investigazzjoni huwa l-prodott taħt rieżami li joriġina mir-Russja. |
2.3. Prodott simili
|
(42) |
Kif ġie stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali kif ukoll fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, din l-investigazzjoni ta’ rieżami ta’ skadenza kkonfermat li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(43) |
Għalhekk, dawn il-prodotti huma kkunsidrati bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. DUMPING
3.1. Kummenti preliminari
|
(44) |
Il-Kummissjoni nnotat li wara l-24 ta’ Frar 2022, b’reazzjoni għall-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna, l-Unjoni espandiet is-sanzjonijiet tagħha u li l-ebda esportazzjoni ta’ pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi li joriġinaw mir-Russja ma daħlet fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-prodott ikkonċernat kien kopert mill-miżuri ta’ salvagwardja fuq l-azzar implimentati fl-Unjoni, li kellhom jiskadu fit-30 ta’ Ġunju 2024 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1029). |
|
(45) |
Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u wara l-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet deskritti fil-premessa preċedenti, l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mir-Russja prattikament sparixxew. Skont l-istatistika tal-Eurostat, ma kien hemm l-ebda importazzjoni ta’ SPT mir-Russja fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, u l-ogħla livell ta’ importazzjonijiet matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni ntlaħaq fl-2021 b’madwar tliet miljun tunnellata. Konsegwentement, l-importazzjonijiet tal-SPT mir-Russja ammontaw għal sehem mis-suq ta’ 0,0 % tas-suq totali tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, tnaqqis minn 0,2 % fl-2021. |
|
(46) |
Kif imsemmi fil-premessa (30), l-ebda wieħed mill-esportaturi/produtturi mir-Russja ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet tar-Russja li minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku dwar is-sejbiet dwar il-produtturi Russi. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment jew talba għal intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta f’dan ir-rigward. |
|
(47) |
Konsegwentement, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b’mod partikolari l-informazzjoni pprovduta fit-talba, l-istatistika kummerċjali faċilment disponibbli, u d-data tal-Eurostat. |
3.2. Valur normali
|
(48) |
Kif imsemmi fil-premessa (46) hawn fuq, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi fir-Russja, il-Kummissjoni użat fatti disponibbli biex tistabbilixxi l-valur normali. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni użat id-data pprovduta mill-applikant għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami abbażi tal-prezzijiet domestiċi għar-Russja għall-aktar prodott komuni (pajpijiet għal GOST 8732, 57-159 mm) (22). Fuq dik il-bażi, il-valur normali kien ta’ RUB 140 000/tunnellata, ekwivalenti għal EUR 1 709/tunnellata, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (23). |
3.3. Il-prezz tal-esportazzjoni u t-tqabbil
|
(49) |
Ma kien hemm l-ebda esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
3.4. Kontinwazzjoni ta’ dumping
|
(50) |
Fid-dawl tan-nuqqas ta’ esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni analizzat il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping fit-taqsima li jmiss. |
4. PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TA’ DUMPING
|
(51) |
F’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni investigat il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping, f’każ li l-miżuri jitħassru. F’dan ir-rigward, ġew analizzati l-elementi addizzjonali li ġejjin, l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-Russja u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni. |
4.1. Esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi
|
(52) |
Il-valur normali ġie stabbilit kif spjegat fit-Taqsima 3.2 hawn fuq. Il-prezz domestiku mill-fabbrika Russu ta’ EUR 1 709/tunnellata użat bħala valur normali huwa, skont l-applikant, l-aktar prezz baxx li jikkorrispondi għall-aktar prodott ordinarju fl-azzar bil-karbonju (eskluż l-azzar illigat), u kwalunkwe kalkolu tad-dumping li jsir fuq din il-bażi jirriżulta f’sottovalutazzjoni tal-marġni tad-dumping attwali. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li din hija stima prudenti mingħajr preġudizzju negattiv lejn il-produtturi esportaturi. |
|
(53) |
Minħabba nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni użat il-bażi tad-data tal-GTA biex tikseb il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Kif propost fit-talba, il-Kummissjoni kisbet data fl-aktar livell dettaljat possibbli li tkopri l-kamp ta’ applikazzjoni sħiħ tal-prodott ikkonċernat (SH6 7304.19/23/29/31/39/51/59). Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li, kif rikonoxxut fit-talba, dan il-kamp ta’ applikazzjoni jista’ jinkludi prodotti li huma barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni. Madankollu, kif iddikjarat b’mod ċar fit-talba, dawn il-prodotti li ma jaqgħux taħt il-prodott li qed jiġi rieżaminat huma aktar għaljin mill-prodott li qed jiġi rieżaminat u għalhekk jirriżultaw fi stima eċċessiva tal-prezz tal-esportazzjoni. |
|
(54) |
Bl-użu tal-approċċ imsemmi hawn fuq, il-prezz medju tal-esportazzjoni CIF lejn pajjiżi terzi ġie stabbilit għal EUR 1 454/tunnellata għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset l-approċċ konservattiv propost mill-applikant, jiġifieri li l-prezzijiet tal-esportazzjoni CIF lejn pajjiżi terzi jkunu ugwali għall-prezzijiet FOB u li ma jsir l-ebda aġġustament bejn FOB u mill-fabbrika, ħlief għal aġġustament ta’ EUR 30/tunnellata għall-iżdoganar tal-merkanzija. |
|
(55) |
Bl-użu tal-metodoloġija konservattiva proposta mill-applikant, il-prezz medju aġġustat tal-esportazzjoni mill-fabbrika lejn pajjiżi terzi kien ta’ EUR 1 424/tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-Kummissjoni nnotat li l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi jew il-Federazzjoni Russa ma pprovdew informazzjoni oħra li setgħet tintuża għall-aġġustament tal-prezzijiet CIF għall-prezzijiet mill-fabbrika. |
|
(56) |
Il-Kummissjoni analizzat f’aktar dettall il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-akbar sitt iswieq tal-esportazzjoni għar-Russja (l-Ażerbajġan, l-Eġittu, il-Każakistan, it-Turkija, l-Użbekistan u l-Vjetnam) li kienu jirrappreżentaw 94 % tal-esportazzjonijiet tagħha matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-Kummissjoni sabet li f’żewġt iswieq tal-esportazzjoni ewlenin li jirrappreżentaw 65 % tal-esportazzjonijiet tagħha, il-prezzijiet tal-esportazzjoni kienu aktar baxxi mill-valur normali stabbilit f’dan ir-rieżami. Tabella 1 Esportazzjonijiet Russi matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(57) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz medju tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika li kif spjegat hawn fuq fil-premessa (54) kien ugwali għall-valur CIF aġġustat għall-iżdoganar tal-merkanzija biss. It-tqabbil wera li l-prezzijiet tal-esportazzjoni mill-fabbrika Russi (jiġifieri EUR 1 424/tunnellata — ara l-premessa (55)) kienu bħala medja 17 % inqas mill-valur normali mill-fabbrika (jiġifieri EUR 1 709/tunnellata - ara l-premessa (48)). |
|
(58) |
Il-Federazzjoni Russa sostniet li kien hemm differenzi bejn it-talba u l-appendiċi tagħha għal xi prezzijiet tal-esportazzjoni. Peress li l-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-esportazzjoni abbażi ta’ informazzjoni faċilment disponibbli fil-GTA kif indikat fit-Tabella 1 hawn fuq u ma użatx iċ-ċifri pprovduti fit-talba li kienu bbażati fuq data Comtrade (SH6 7304.19/23/29/31/39/51/59), il-Kummissjoni tqis li, de facto, ikkoreġiet kwalunkwe żball possibbli fit-traskrizzjoni tal-prezzijiet. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li t-tabella ta’ hawn fuq turi l-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping u li l-analiżi tagħha ma ġietx ristretta għal għadd limitat ta’ pajjiżi, iżda għall-kuntrarju qieset l-informazzjoni kollha disponibbli. |
4.2. Kapaċità tal-produzzjoni u kapaċità ta’ riżerva fir-Russja
|
(59) |
Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Russi, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-Russja ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-fatti disponibbli u b’mod partikolari fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikant. |
|
(60) |
Skont l-informazzjoni pprovduta mill-applikant, il-kapaċità totali tal-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fir-Russja qabżet l-4 400 000 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. L-applikant stima li l-produtturi Russi għandhom produzzjoni żejda ta’ madwar 168 000 tunnellata li ma tistax tiġi assorbita mis-suq domestiku. Barra minn hekk, il-kapaċità ta’ riżerva matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienet stmata li kienet aktar minn 500 000 tunnellata. Barra minn hekk, l-applikant sostna li l-produtturi Russi żiedu l-kapaċità tal-produzzjoni b’450 000 tunnellata bejn l-2022 u t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(61) |
Għalhekk, il-kapaċità ta’ riżerva waħedha tirrappreżenta 32 % tal-konsum totali tal-Unjoni u din il-kwantità x’aktarx li tiġi diretta lejn is-suq tal-Unjoni, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
4.3. Attraenza tas-suq tal-Unjoni
|
(62) |
Il-Kummissjoni stabbiliet li l-produtturi Russi esportaw il-prodott taħt rieżami lejn swieq terzi bi prezzijiet, bħala medja, madwar 15 % sa 25 % inqas mill-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, l-esportazzjoni lejn l-Unjoni hija potenzjalment aktar attraenti għall-esportaturi Russi mill-esportazzjoni lejn pajjiżi oħra. |
|
(63) |
Is-suq tal-Unjoni huwa attraenti wkoll minħabba l-prossimità ġeografika u d-daqs tiegħu, b’konsum totali ta’ 1 574 000 tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(64) |
Il-volum tal-esportazzjonijiet Russi tal-SPT lejn pajjiżi terzi fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien ta’ 293 325 tunnellata. Dan jirrappreżenta volum addizzjonali ta’ SPT li jista’ jiġi ddevjat lejn is-suq tal-Unjoni minħabba l-attraenza tiegħu jekk il-miżuri jiskadu. |
|
(65) |
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li minħabba s-sanzjonijiet eżistenti, din id-devjazzjoni tista’ ma sseħħx. Madankollu, peress li dawn is-sanzjonijiet huma marbuta mal-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna u s-sitwazzjoni ġeopolitika sottostanti, il-kamp ta’ applikazzjoni, il-modulazzjoni u d-durata tagħhom ma humiex prevedibbli. Barra minn hekk, il-miżuri anti-dumping għandhom ħajja ta’ 5 snin. Meta jitqiesu dawn l-inċertezzi u li l-Kunsill jista’ jemenda l-kamp ta’ applikazzjoni preċiż u d-durata tas-sanzjonijiet fi kwalunkwe mument, il-Kummissjoni sabet li l-eżistenza tas-sanzjonijiet attwali ma jistax ikollha effett fil-konklużjonijiet tagħha f’dan il-proċediment. |
|
(66) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li minħabba l-eżistenza ta’ dazji anti-dumping fis-seħħ fi swieq importanti oħra bħall-Istati Uniti tal-Amerka (24), l-attraenza tas-suq tal-Unjoni mhux biss f’termini assoluti iżda wkoll f’termini relattivi, jekk id-dazji jew is-sanzjonijiet attwali jiskadu, ma tistax tiġi kkontestata. |
4.4. Konklużjoni
|
(67) |
Il-Kummissjoni stabbiliet li l-produtturi Russi esportaw l-SPT lejn pajjiżi terzi bi prezzijiet aktar baxxi mill-valur normali. |
|
(68) |
Kif spjegat fil-premessa (60), il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-Russja kienu sinifikanti fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami bil-kapaċità ta’ riżerva li tirrappreżenta 32 % tal-konsum totali tal-Unjoni. |
|
(69) |
L-attraenza tas-suq tal-Unjoni f’termini ta’ daqs, prossimità ġeografika u prezzijiet tagħmilha probabbli li l-esportazzjonijiet u l-kapaċità ta’ riżerva Russi jiġu diretti (mill-ġdid) lejn is-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jiskadu. |
|
(70) |
Fir-rigward tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, il-Kummissjoni stabbiliet probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping abbażi tal-elementi deskritti hawn fuq. Il-Kummissjoni qieset li l-impatt tas-sanzjonijiet huwa sitwazzjoni temporanja li tista’ tinbidel fi kwalunkwe ħin u għalhekk ma jistax ikollhom effett fuq il-konklużjonijiet f’dan il-proċediment. |
|
(71) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet, f’dan ir-rigward, li kien hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping jekk il-miżuri jiskadu. |
|
(72) |
Wara d-divulgazzjoni tas-sejbiet definittivi, il-Federazzjoni Russa ressqet l-argument li minħabba l-projbizzjoni fuq l-importazzjoni, l-ebda esportazzjoni ta’ pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi ma tista’ tidħol fis-suq tal-Unjoni u għalhekk ma jista’ jkun hemm l-ebda riskju ta’ rikorrenza ta’ dumping sakemm din il-projbizzjoni fuq l-importazzjoni tkun fis-seħħ u li minħabba din il-projbizzjoni fuq l-importazzjoni li għaddejja bħalissa, ir-rikorrenza tad-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping hija impossibbli. Barra minn hekk, il-Federazzjoni Russa sostniet li l-Applikant kien naqas milli jipprovdi evidenza ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u li konsegwentement, ma kien hemm l-ebda bażi legali għall-bidu tar-rieżami ta’ skadenza skont it-tifsira tal-Artikolu 11.4 tal-ADA. |
|
(73) |
Kif imsemmi fil-premessa (65), il-Kummissjoni enfasizzat li s-sanzjonijiet huma direttament marbuta mal-aggressjoni militari mhux provokata tar-Russja kontra l-Ukrajna u s-sitwazzjoni ġeopolitika sottostanti. L-ambitu, il-modulazzjoni, u/jew id-durata tagħhom huma għalhekk imprevedibbli. Meta jitqiesu dawn l-inċertezzi u l-fatt li l-Kunsill jista’ jemenda l-ambitu preċiż u d-durata tas-sanzjonijiet fi kwalunkwe mument, filwaqt li l-miżuri anti-dumping għandhom ħajja ta’ ħames snin, il-Kummissjoni sabet li l-eżistenza ta’ sanzjonijiet attwali ma jistax ikollha effett fuq il-konklużjonijiet tagħha f’dan il-proċediment fir-rigward tal-probabbiltà tal-kontinwazzjoni jew tar-rikorrenza tad-dumping u tad-dannu. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(74) |
L-affermazzjoni tal-Federazzjoni Russa li l-Applikant kien naqas milli jipprovdi evidenza tal-kontinwazzjoni jew tar-rikorrenza tad-dumping mhijiex korretta. Bħala parti mit-talba għal rieżami, l-applikant kien tabilħaqq ipprovda evidenza prima facie ta’ rikorrenza ta’ dumping. Għaldaqstant, dan l-argument ġie eliminat. |
5. DANNU
5.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(75) |
Il-prodott simili kien immanifatturat minn 16-il produttur fl-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(76) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienet stabbilita għal madwar 2,4 miljun tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, bħad-data sottomessa mill-ESTA u l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Kif indikat fil-premessa (26), intgħażlu żewġ produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li kollettivament jirrappreżentaw [33 % – 45 %] tal-volum totali stmat tal-produzzjoni tal-prodott simili fl-Unjoni. |
5.2. Konsum tal-Unjoni
|
(77) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi ta’
|
|
(78) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 2 Konsum tal-Unjoni (tunnellati)
|
||||||||||||||||||||||
|
(79) |
Bl-eċċezzjoni tal-2020 li ntlaqtet mit-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19, il-konsum tal-Unjoni kien stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, b’konsum ta’ bejn 1,5 u 1,7 miljun tunnellata. Iż-żieda fil-konsum mill-2021 kienet dovuta għal irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19, li wassal għal żieda fl-attivitajiet kummerċjali fost il-klijenti tagħhom, b’mod partikolari fil-kostruzzjoni. |
5.3. Importazzjonijiet mir-Russja
5.3.1. Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-Russja
|
(80) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tal-volumi tal-importazzjoni mid-data estratta mill-bażi tad-data Comext tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tal-volum importat fl-Unjoni b’rabta mal-konsum tal-Unjoni. |
|
(81) |
L-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-Federazzjoni Russa żviluppaw kif ġej: Tabella 3 Volum tal-importazzjonijiet (tunnellati) u sehem mis-suq
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
(82) |
Il-volumi tal-importazzjonijiet mir-Russja kienu negliġibbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Kif imsemmi fil-premessi (8) u (44), matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami ġew affettwati mis-sanzjonijiet tal-Unjoni li rriżultaw mill-aggressjoni militari mhux provokata tar-Russja kontra l-Ukrajna msemmija fil-premessa (44) hawn fuq. |
5.3.2. Prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-Russja u twaqqigħ tal-prezz
|
(83) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-importazzjoni mill-Eurostat. Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mir-Russja żviluppa kif ġej: Tabella 4 Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)
|
||||||||||||||||||||||
|
(84) |
It-twaqqigħ tal-prezz normalment jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta’ prezzijiet medji tal-importazzjoni kkalkulati b’rabta mal-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni. Madankollu, kif muri fit-tabella ta’ hawn fuq, fir-rieżami ta’ skadenza preżenti, il-prezzijiet għas-snin 2020 sa 2022 kienu bbażati fuq volumi negliġibbli ta’ importazzjonijiet kif irreġistrati fil-Eurostat u ma ppermettew l-ebda xejra sinifikanti fil-prezzijiet matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Barra minn hekk, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, ma kien hemm l-ebda volum ta’ importazzjonijiet. Għalhekk, ma seta’ jsir l-ebda kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz. |
5.4. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi minbarra l-pajjiż ikkonċernat
|
(85) |
L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami minn pajjiżi terzi għajr ir-Russja kienu prinċipalment mill-Brażil, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, mill-Istati Uniti tal-Amerka u mill-Ukrajna kif speċifikat hawn taħt. |
|
(86) |
Il-volum tal-importazzjonijiet fl-Unjoni kif ukoll is-sehem mis-suq u x-xejriet tal-prezzijiet għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami minn pajjiżi terzi oħra żviluppaw kif ġej: Tabella 5 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(87) |
Il-volumi tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra żdiedu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kemm f’volumi assoluti kif ukoll f’termini ta’ sehem mis-suq, b’sehem mis-suq tal-importazzjonijiet totali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ta’ 17,8 % meta mqabbla ma’ sehem mis-suq ta’ 13,8 % fl-2020. |
|
(88) |
L-aktar notevoli kienet iż-żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li żdiedet minn 5,2 % għal 9,3 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
5.5. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
5.5.1. Kummenti ġenerali
|
(89) |
Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(90) |
Kif imsemmi fit-taqsima 1.7.1, il-kampjunar intuża għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(91) |
Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fit-tweġiba għall-kwestjonarju tal-ESTA relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni, kontroverifikata fejn meħtieġ mat-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data ġew ivverifikati u nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(92) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat. |
|
(93) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-likwidità, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
5.5.2. Indikaturi makroekonomiċi
5.5.2.1.
|
(94) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 6 Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(95) |
Kif imsemmi fil-premessa (79), l-ewwel sena tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-2020, kienet affettwata ħafna mill-pandemija tal-COVID-19, bl-attivitajiet kummerċjali ġenerali jonqsu. Dan kien segwit minn irkupru fl-attivitajiet kummerċjali mill-2021 ’il quddiem. Il-volumi tal-produzzjoni żdiedu b’21 % mill-2020 sal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, bl-ogħla volum fl-2022. |
|
(96) |
L-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tadatta l-livelli tal-produzzjoni tagħha għall-iżviluppi f’daqqa fil-konsum tal-Unjoni (kif muri fil-Premessa (78)). Meta mqabbla mat-tnaqqis fil-kapaċità tal-produzzjoni tas-16-il produttur tal-Unjoni b’7 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, ir-rati tal-użu tal-kapaċità tal-produzzjoni żviluppaw b’mod pożittiv matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, bir-rati tal-użu tal-kapaċità jiżdiedu minn 42,6 % għal 55,6 %. |
5.5.2.2.
|
(97) |
Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 7 Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq (tunnellati)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(98) |
Kif imsemmi fil-premessa (79), l-ewwel sena tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni (l-2020) kienet affettwata ħafna mill-COVID-19, bl-attivitajiet kummerċjali ġenerali jonqsu. Dan kien segwit minn irkupru fl-attivitajiet kummerċjali fl-2021 u l-2022. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kienu reġgħu naqsu, b’sehem mis-suq ta’ 82,2 % meta mqabbel ma’ 86,2 % fl-2020. Madankollu, il-volum tal-bejgħ kien żdied b’10 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
5.5.2.3.
|
(99) |
L-industrija tal-Unjoni rnexxielha tibbenefika minn perjodi ta’ tkabbir fis-suq tal-Unjoni, u żiedet il-volum tal-bejgħ tagħha, filwaqt li s-sehem mis-suq tagħha naqas, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
5.5.2.4.
|
(100) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 8 Impjiegi u produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(101) |
Il-produtturi tal-Unjoni żammew il-forza tax-xogħol tagħha pjuttost stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, b’madwar 14 000 impjegat fl-Unjoni. Biż-żieda fil-produzzjoni mill-2021 ’il quddiem, il-produttività żdiedet b’madwar 20 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
5.5.2.5.
|
(102) |
Kif innotat fil-premessa (82), ma kien hemm l-ebda importazzjoni ta’ SPT mir-Russja lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, l-impatt tad-daqs tal-marġnijiet reali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni ma setax jiġi stabbilit b’mod sinifikanti. |
|
(103) |
Ir-rieżami ffoka fuq il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping jekk il-miżuri anti-dumping jiġu revokati. Kif imsemmi fit-Taqsima 4.1, il-prezz tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi kien ferm aktar baxx mill-valur normali Russu. |
|
(104) |
Il-miżuri fis-seħħ kellhom impatt pożittiv fuq l-industrija tal-Unjoni, li rkuprat matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
5.5.3. Indikaturi mikroekonomiċi
|
(105) |
Minħabba l-għadd limitat ta’ produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, id-data ta’ hawn taħt tidher fil-parentesi sabiex ma jiġux żvelati numri kunfidenzjali. |
5.5.3.1.
|
(106) |
Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità u l-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 9 Prezzijiet tal-bejgħ u kost tal-produzzjoni fl-Unjoni (EUR/tunnellata)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(107) |
L-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżid il-prezzijiet tal-bejgħ għal kull tunnellata matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-prezzijiet tal-bejgħ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienu bħala medja bejn 70 % u 100 % ogħla minn dawk applikabbli matul l-2020. |
|
(108) |
Iż-żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ kienet riżultat tal-fatt li l-industrija tal-Unjoni kellha tgħaddi ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni tal-Unjoni. Dan tal-aħħar żdied bejn 35 % u 60 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
5.5.3.2.
|
(109) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej: Tabella 10 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||||
|
(110) |
Is-salarji medji żdiedu b’bejn 20 % u 40 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Din iż-żieda għandha titqies fid-dawl taż-żieda simultanja fil-produttività (ara l-premessa (100)). Għalhekk, iż-żieda fis-salarji tidher li hija konformi ma’ ġestjoni finanzjarja tajba tal-industrija tal-Unjoni. |
5.5.3.3.
|
(111) |
Il-livelli tal-istokkijiet tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 11 Inventarji
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(112) |
Il-volumi tal-istokk kienu stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, bil-volumi totali tal-istokk aktar baxxi fi tmiem il-perjodu taħt kunsiderazzjoni milli fl-2020. Kif imsemmi fil-premessa (40), il-prodott taħt rieżami spiss isir u jitfassal skont l-ispeċifikazzjoni tal-ordni u għalhekk jitwassal direttament lill-klijenti, mingħajr ma jkun soġġett għal ħażna. |
|
(113) |
Fir-rigward tal-produzzjoni, il-livell tal-istokkijiet naqas matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, b’livell tal-istokkijiet ta’ bejn 4 % u 4,8 % tal-produzzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
5.5.3.4.
|
(114) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 12 Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(115) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala persentaġġ tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. |
|
(116) |
Il-profittabbiltà tal-bejgħ żdiedet b’mod konsiderevoli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Minn bidu b’mod ċar li qed jagħmlu telf fl-2020 (li fil-biċċa l-kbira kien ikkawżat mill-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-suq), l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi ddawwar is-sitwazzjoni u gawdiet profitt ta’ bejn 11 % u 16 % tal-bejgħ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(117) |
Il-fluss nett tal-flus huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess. Ix-xejra fil-fluss nett tal-flus segwiet ix-xejra pożittiva fil-profittabbiltà bil-fluss tal-flus iġġenerat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami mill-operazzjonijiet kummerċjali tagħha qrib tliet darbiet ogħla mil-livell iġġenerat fl-2020. |
|
(118) |
L-investimenti netti naqsu matul l-2021 iżda komplew fl-2022 lura għal-livell tal-2020. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-investimenti kummerċjali kienu bejn 34 u 41 % ogħla mil-livell fl-2020. |
|
(119) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’persentaġġ tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Il-ħajja ekonomika tal-investimenti prinċipali li saru għandha impatt dirett fuq ir-redditu fuq l-investimenti peress li l-valur kontabilistiku nett huwa d-denominatur fil-kalkolu. Ir-redditu tal-investiment segwa l-istess xejra pożittiva bħall-profittabbiltà u l-fluss tal-flus, b’redditu fuq l-investimenti (jiġifieri valur kontabilistiku nett) ta’ madwar 40 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(120) |
Il-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital ma kinitx affettwata direttament mill-importazzjonijiet mir-Russja. |
5.6. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(121) |
L-evoluzzjoni tal- mikroindikaturi u l-makroindikaturi matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni wriet li s-sitwazzjoni finanzjarja għall-industrija tal-Unjoni tjiebet b’mod konsiderevoli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, bi profittabbiltà b’saħħitha matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dan l-iżvilupp pożittiv seħħ minkejja li, b’mod parallel, il-produtturi tal-Unjoni tilfu s-sehem mis-suq, minn 86,2 % fl-2020 għal 82,2 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(122) |
Filwaqt li ħafna indikaturi kienu affettwati mill-eżitazzjoni tas-suq prevalenti matul l-2020 (minħabba l-COVID-19), din is-sitwazzjoni nbidlet għall-aħjar mill-2021 u sal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, b’dan inkluż. |
|
(123) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
6. PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TA’ DANNU
|
(124) |
Fit-taqsima ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kkawżat oriġinarjament mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-Russja jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(125) |
F’dan ir-rigward, fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn kwalunkwe parti fir-Russja, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq l-informazzjoni disponibbli fil-fajl. Hija eżaminat il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-Russja; ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet fl-Unjoni, fir-Russja u l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi minnha; il-livelli probabbli tal-prezzijiet u tal-volumi tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping u l-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(126) |
Kif ġie konkluż fil-premessa (60), il-kapaċità ta’ riżerva stmata tal-SPT fir-Russja — għal 500 000 tunnellata — tirrappreżenta aktar minn 35 % tal-konsum ħieles tal-SPT fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Tabilħaqq, l-applikant sostna li l-produtturi Russi żiedu l-kapaċità tagħhom b’450 000 addizzjonali bejn l-2022 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Barra minn hekk, il-produtturi Russi esportaw il-prodott taħt rieżami lejn swieq terzi bi prezzijiet ta’ bejn 20 % u 25 % inqas mill-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. |
|
(127) |
Abbażi ta’ dan, l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping x’aktarx li tirriżulta f’żieda fl-esportazzjonijiet Russi lejn l-Unjoni. L-attraenza tas-suq tal-Unjoni f’termini ta’ daqs, prossimità ġeografika u prezzijiet tagħmilha probabbli li l-esportazzjonijiet u l-kapaċità ta’ riżerva Russi jiġu diretti (mill-ġdid) lejn is-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jiskadu. |
|
(128) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li minħabba l-eżistenza ta’ dazji anti-dumping fis-seħħ fi swieq importanti oħra bħall-Istati Uniti tal-Amerka, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni mhux biss f’termini assoluti iżda wkoll f’termini relattivi, jekk id-dazji jew is-sanzjonijiet attwali jiskadu, ma tistax tiġi kkontestata. |
|
(129) |
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li minħabba s-sanzjonijiet eżistenti, din id-devjazzjoni tista’ ma sseħħx. Madankollu, peress li dawn is-sanzjonijiet huma marbuta mal-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna u s-sitwazzjoni ġeopolitika sottostanti, il-kamp ta’ applikazzjoni, il-modulazzjoni u d-durata tagħhom ma humiex prevedibbli. Barra minn hekk, il-miżuri anti-dumping għandhom ħajja ta’ 5 snin. Meta jitqiesu dawn l-inċertezzi u li l-Kunsill jista’ jemenda l-kamp ta’ applikazzjoni preċiż u d-durata tas-sanzjonijiet fi kwalunkwe mument, il-Kummissjoni sabet li l-eżistenza tas-sanzjonijiet attwali ma jistax ikollha effett fil-konklużjonijiet tagħha f’dan il-proċediment. |
|
(130) |
Is-suq għall-prodott taħt rieżami huwa kompetittiv ħafna fil-prezz. Għalhekk, il-wasla probabbli fl-Unjoni ta’ volumi għoljin ta’ importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat bi prezzijiet ħafna aktar baxxi jekk il-miżuri jitħallew jiskadu ġġiegħel lill-industrija tal-Unjoni tnaqqas il-volumi tal-produzzjoni tagħha u tbaxxi l-prezzijiet tagħha. L-irkupru tal-industrija tal-Unjoni, li mmaterjalizza bis-sħiħ matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, jitreġġa’ lura. Il-produtturi jsibuha bi tqila biex jinvestu aktar u jiltaqgħu dejjem aktar ma’ diffikultajiet biex jissodisfaw l-impenji tagħhom, inklużi dawk soċjali u ambjentali. |
|
(131) |
Il-livelli ta’ profitt jiġu affettwati malajr għal industrija daqshekk intensiva fil-kapital. Dan idgħajjef il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiġġenera l-kapital u, fit-tul, jipperikola l-vijabbiltà tagħha, u possibbilment jiskatta l-għeluq ta’ faċilitajiet tal-produzzjoni, u jikkawża wkoll tfixkil fil-ktajjen tal-provvista. |
|
(132) |
Hemm miżuri ta’ salvagwardja tal-azzar fis-seħħ li l-produtturi tal-Unjoni diġà jibbenefikaw minnhom. Madankollu, l-investigazzjoni anti-dumping attwali tindirizza kwistjoni distinta li ma hijiex koperta minn xi miżura eżistenti. Fi kwalunkwe każ, l-impatt tal-miżuri ta’ salvagwardja tal-azzar huwa mmitigat mis-sanzjonijiet attwali tal-esportazzjonijiet mir-Russja. |
|
(133) |
Fuq din il-bażi, huwa konkluż li n-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx jirriżulta fi tkomplija ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-Russja bil-konsegwenza li x’aktarx jerġa’ jseħħ dannu materjali. |
7. INTERESS TAL-UNJONI
|
(134) |
F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni kollha kemm hi. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi involuti kollha, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi u tal-utenti. |
7.1. Interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(135) |
Il-maġġoranza tas-16-il produttur tal-Unjoni appoġġaw it-talba filwaqt li l-ebda produttur ma oppona l-bidu tal-investigazzjoni. Kif ġie konkluż fil-premessa (123) hawn fuq, l-industrija tal-Unjoni ma għadhiex qiegħda ġġarrab dannu materjali. Madankollu, kif konkluż fil-premessa (133), ir-revoka tal-miżuri x’aktarx li tirriżulta f’influss imġedded ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-Russja li x’aktarx jirriżulta f’rikorrenza ta’ dannu. Għalhekk, il-kontinwazzjoni tal-miżuri hija fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
7.2. Interess ta’ importaturi mhux relatati
|
(136) |
L-ebda importatur ma kkoopera fl-investigazzjoni. |
|
(137) |
In-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-importaturi ma ppermettiex lill-Kummissjoni tanalizza jekk l-importaturi kinux sejrin ħażin jew jekk ma setgħux jgħaddu ż-żidiet fil-prezzijiet, jekk kien hemm. |
|
(138) |
Il-Kummissjoni tinnota li, minbarra l-produzzjoni abbundanti tal-Unjoni, l-importaturi u l-ktajjen tal-provvista jistgħu jagħmlu użu mill-importazzjonijiet minn diversi oriġini alternattivi. Barra minn hekk, l-estensjoni tal-miżuri — għall-kuntrarju tas-sanzjonijiet fis-seħħ — ma hijiex maħsuba biex teskludi l-importazzjonijiet Russi mis-suq, iżda biss biex tiżgura li dawk l-importazzjonijiet ma jinbiegħux bi prezzijiet oġġett ta’ dumping, u b’hekk jikkawżaw dannu. |
7.3. Interess tal-utenti
|
(139) |
L-ebda utent ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tanalizza l-impatt tal-miżuri eżistenti fuq is-sitwazzjoni tal-utenti. |
|
(140) |
Skont is-sejbiet fir-rieżamijiet ta’ skadenza preċedenti u l-informazzjoni disponibbli, deher li s-sehem tal-SPT fil-kostijiet tal-utenti huwa pjuttost baxx. L-SPT huma ġeneralment parti minn proġetti akbar (bojlers, pipelines, kostruzzjoni), li minnhom jifformaw biss parti limitata. Għalhekk, l-impatt possibbli ta’ kontinwazzjoni tal-miżuri fuq l-utenti ma huwiex mistenni li jkun sinifikanti. |
7.4. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(141) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti tal-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet tal-SPT li joriġinaw mir-Russja. |
8. MIŻURI ANTI-DUMPING
|
(142) |
Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping, il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu u l-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jinżammu l-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi mir-Russja. |
|
(143) |
Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. Il-kumpaniji b’dazji anti-dumping individwali jeħtiġilhom jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Russja”. |
|
(144) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, din mhijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport bil-baħar, eċċ.) biex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata aktar baxxa tad-dazju tkun iġġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(145) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament japplikaw biss għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġinaw mir-Russja u manifatturat mill-entitajiet ġuridiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Russja”. Jenħtieġ li dawn ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali. |
|
(146) |
Il-kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (25). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti li jintwera li t-tibdil ma jaffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(147) |
Il-prodott taħt rieżami huwa waħda mill-kategoriji ta’ prodotti koperti mill-miżura ta’ salvagwardja. Konsegwentement, ladarba jinqabżu l-kwoti tariffarji stabbiliti taħt il-miżura ta’ salvagwardja, kemm id-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota kif ukoll id-dazju anti-dumping isiru pagabbli fuq l-istess importazzjonijiet. Peress li din l-akkumulazzjoni ta’ miżuri anti-dumping ma’ miżuri ta’ salvagwardja tista’ twassal għal effett fuq il-kummerċ akbar milli mixtieq, il-Kummissjoni ddeċidiet li tipprevjeni l-applikazzjoni simultanja tad-dazju anti-dumping mad-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota għall-prodott taħt rieżami għad-durata tal-impożizzjoni tad-dazju ta’ salvagwardja. |
|
(148) |
Dan ifisser li meta d-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 isir applikabbli għall-prodott taħt rieżami u jaqbeż il-livell tad-dazji anti-dumping skont dan ir-Regolament, għandu jinġabar biss id-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159. Matul il-perjodu ta’ applikazzjoni simultanja tad-dazji ta’ salvagwardja u tad-dazji anti-dumping, il-ġbir tad-dazji imposti skont dan ir-Regolament għandu jiġi sospiż. Meta d-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 isir applikabbli għall-prodott taħt rieżami u jiġi stabbilit f’livell aktar baxx mil-livell ad valorem tad-dazji anti-dumping f’dan ir-Regolament, id-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 għandu jinġabar flimkien mad-differenza bejn dak id-dazju u d-dazji anti-dumping ogħla imposti skont dan ir-Regolament. Il-parti tal-ammont tad-dazji anti-dumping mhux miġbura għandha tiġi sospiża. |
|
(149) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26) meta jkollu jiġi rrimborżat ammont wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li għandu jitħallas għandu jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-kapital tiegħu, kif ippubblikata fis-Serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
|
(150) |
Il-partijiet interessati kollha ġew infurmati dwar il-fatti u bil-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li jiġi rrakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Ingħataw ukoll perjodu sabiex jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet wara din id-divulgazzjoni. Il-kummenti tagħhom ġew iddettaljati fil-premessi (72) u (73) hawn fuq. |
|
(151) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Id-dazju anti-dumping definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta’ pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-ħadid jew tal-azzar, ta’ sezzjoni trażversali ċirkolari, ta’ dijametru estern li ma jaqbiżx 406,4 mm b’Valur Ekwivalenti għall-Karbonju (“Carbon Equivalent Value, CEV”) li ma jaqbiżx 0,86 skont il-formula u l-analiżi kimika tal-Istitut Internazzjonali tal-Iwweldjar (“International Institute of Welding, IIW”) (27), li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7304 11 00 , ex 7304 19 10 , ex 7304 19 30 , ex 7304 22 00 , ex 7304 23 00 , ex 7304 24 00 , ex 7304 29 10 , ex 7304 29 30 , ex 7304 31 80 , ex 7304 39 50 , ex 7304 39 82 , ex 7304 39 83 , ex 7304 51 89 , ex 7304 59 82 u ex 7304 59 83 (28) (il-kodiċijiet TARIC 7304 11 00 10, 7304 19 10 20, 7304 19 30 20, 7304 22 00 20, 7304 23 00 20, 7304 24 00 20, 7304 29 10 20, 7304 29 30 20, 7304 31 80 30, 7304 39 50 30, 7304 39 82 30, 7304 39 83 20, 7304 51 89 30, 7304 59 82 30 u 7304 59 83 20) u li joriġinaw mir-Russja.
2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġej:
|
Kumpanija |
Dazju anti-dumping (%) |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Kumpanija b’Ishma Konġunti Chelyabinsk Tube Rolling Plant u Kumpanija b’Ishma Konġunti Pervouralsky Novotrubny Works |
24,1 |
A741 |
|
OAO Volzhsky Pipe Plant, OAO Taganrog Metallurgical Works, OAO Sinarsky Pipe Plant u OAO Seversky Tube Works |
28,7 |
A859 |
|
L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mir-Russja |
35,8 |
A999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni ddatata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jiena, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott taħt rieżami) mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie manifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fir-Russja. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
1. Meta d-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 isir applikabbli għal pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-ħadid jew tal-azzar, b’sezzjoni trażversali ċirkolari, b’dijametru estern li ma jaqbiżx 406,4 mm b’Valur Ekwivalenti għall-Karbonju (CEV) li ma jaqbiżx 0,86 skont il-formula tal-Istitut Internazzjonali tal-Iwweldjar (IIW) u l-analiżi kimika u jaqbeż id-dazju anti-dumping stabbilit fl-Artikolu 1(2), għandu jinġabar biss id-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159.
2. Matul il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 1, il-ġbir tad-dazji imposti skont dan ir-Regolament għandu jiġi sospiż.
3. Meta d-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 isir applikabbli għal pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-ħadid jew tal-azzar, b’sezzjoni trażversali ċirkolari, b’dijametru estern li ma jaqbiżx 406,4 mm b’Valur Ekwivalenti għall-Karbonju (CEV) li ma jaqbiżx 0,86 skont il-formula tal-Istitut Internazzjonali tal-Iwweldjar (IIW) u l-analiżi kimika u jkun stabbilit f’livell aktar baxx mid-dazju anti-dumping stabbilit fl-Artikolu 1(2), id-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 għandu jinġabar flimkien mad-differenza bejn dak id-dazju u d-dazju anti-dumping ogħla stabbilit fl-Artikolu 1(2).
4. Il-parti tal-ammont tad-dazju anti-dumping mhux miġbura skont il-paragrafi 2 u 3 għandha tiġi sospiża.
5. Is-sospensjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom ikunu limitati fiż-żmien għall-perjodu tal-applikazzjoni tad-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2320/97 tas-17 ta’ Novembru 1997 li jimponi taxxi kontra d-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċertu pajpijiet seamless u tubi tal-ħadid jew non-alloy steel li joriġinaw mill-Ungerija, il-Polonja, ir-Russja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija u r-Repubblika Slovakka, li jħassar Regolament (KEE) Nru 1189/93 u li jtemm il-proċeduri dwar dawn l-importazzjonijiet li joriġinaw fir-Repubblika tal-Kroazja ( ĠU L 322, 25.11.1997, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/2320/oj).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/70/KE tat-22 ta’ Diċembru 1999 li taċċetta impenn offrut marbut mar-rieżami interim tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar li mhuwiex liga, li joriġinaw, fost l-oħrajn, mir-Russja (ĠU L 23, 28.1.2000, p. 78, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/70(1)/oj).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1322/2004 tas-16 ta’ Lulju 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2320/97 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi bla qtugħ (seamless) tal-ħadid jew tal-azzar li mhuwiex liga (non-alloy) li joriġinaw inter alia, mir-Russja u mir-Rumanija (ĠU L 246, 20.7.2004, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1322/oj).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 954/2006 tas-27 ta’ Ġunju 2006 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw fil-Kroazja, fir-Rumanija, fir-Russja u fl-Ukrajna, li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2320/97 u (KE) Nru 348/2000, li jtemm ir-rieżamijiet interim u ta’ skadenza tad-dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar mhux ligat, li joriġinaw, inter alia, fir-Russja u fir-Rumanija, u li jtemm ir-rieżamijiet interim u ta’ skadenza tad-dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar mhux ligat, li joriġinaw, inter alia, fir-Russja u fir-Rumanija u fil-Kroazja u fl-Ukrajna (ĠU L 175, 29.6.2006, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/954/oj).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 348/2000 tal-14 ta’ Frar 2000 li jimponi dazju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu pajpijiet u tubi bla saldaturi tal-ħadid jew tal-azzar bla lega li joriġinaw mill-Kroazja u l-Ukraina u l-ġbir definittiv tad-dazju proviżorju impost (ĠU L 45, 17.2.2000, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/348/oj).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 585/2012 tas-26 ta’ Ġunju 2012 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Russja u l-Ukrajna, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, u li jtemm il-proċediment ta’ rieżami ta’ skadenza dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mill-Kroazja (ĠU L 174, 4.7.2012, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/585/oj).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 795/2012 tat-28 ta’ Awwissu 2012 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 585/2012 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Russja u l-Ukrajna, wara rieżami interim parzjali taħt l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 238, 4.9.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/795/oj).
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1269/2012 tal-21 ta’ Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 585/2012 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw, inter alia, mir-Russja, wara rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 357, 28.12.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1269/oj).
(10) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1469 tal-1 ta’ Ottubru 2018 li jimponi dazju definittiv anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Russja u l-Ukrajna wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU L 246, 2.10.2018, p. 20, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1469/oj).
(11) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 tal-31 ta’ Jannar 2019 li jimponi miżuri definittivi ta’ salvagwardja kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 31, 1.2.2019, p. 27, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/159/oj).
(12) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1029 tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 biex jestendi l-miżura ta’ salvagwardja fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 225I, 25.6.2021, p. 1; ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1029/oj).
(13) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/428 tal-15 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 87 I, 15.3.2022, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/428/oj).
(14) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1782 tal-24 ta’ Ġunju 2024 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159, inkluż l-estensjoni tad-data ta’ skadenza tas-salvagwardja kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L, 2024/1782, 25.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1782/oj).
(15) In-Notifika tal-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri anti-dumping (ĠU C 12, 13.1.2023, p. 10).
(16) Notifika tal-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Russja (ĠU C, C/2023/93 2.10.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/93/oj).
(17) Ara l-Ittra mill-applikant fi TRON T23.004619.
(18) https://eurometal.net/romanian-steel-pipe-group-sold-by-russian-owner-to-serbian-investment-company/
(19) https://balkaninsight.com/2023/09/01/romania-moves-at-slow-pace-to-sanctions-russia-owned-businesses/
(20) https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2683.
(21) Kif definit bħalissa fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/2522 tat-23 ta’ Settembru 2024 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L, 2024/2522, 31.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2522/oj).
(22) L-applikant ippropona dan l-approċċ li huwa kkunsidra konservattiv għal diversi raġunijiet: 1) il-prodott kellu dijametri esterni ta’ 57/159 mm, iżda l-applikant iqis li huwa validu għall-firxa sħiħa ta’ daqsijiet irfinuti bis-sħana (sa 406,4 mm) peress li dan jirrappreżenta l-qalba tal-firxa dimensjonali bl-oġġetti bl-inqas prezzijiet; 2) bl-istandard GOST 8732, in-norma Russa għat-tubi tal-azzar illaminati bis-sħana mingħajr saldaturi użati għat-trasport tal-gass, tal-arja, tal-ilma u taż-żejt, kif ukoll għal skopijiet ġenerali, li hija l-aktar kwalità bażika ta’ tubi mingħajr saldaturi rfinuti bis-sħana, b’assimilazzjoni għal DIN 1629, 2440, 2448, 17121 fil-gradi tal-azzar St 33 jew St 37, u għal ASTM A 53 u A10, jew 6 fil-grad A u 3) it-tipi ta’ prodotti koperti minn dan l-approċċ irrappreżentaw mill-inqas 50 % tal-volum totali tal-produzzjoni, u b’hekk ir-rappreżentattività tal-prezzijiet tagħhom.
(23) Ir-rati tal-kambju ta’ kull xahar li għandhom jintużaw ġew inklużi fil-kwestjonarji. Il-Kummissjoni ma rċeviet kummenti minn ebda parti dwarhom. Ir-rata tal-kambju medja għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienet ta’ RUB 70,2577/EUR.
(24) A-821-826 Karbonju bla saldaturi u standard tal-azzar illigat, linji, u pajpijiet tal-pressa (data tal-bidu: 4.8.2020)
(25) Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, id-Direttorat G, Rue de la Loi 170, 1040 Brussell, il-Belġju.
(26) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http//data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj).
(27) Is-CEV għandu jiġi ddeterminat f’konformità mar-Rapport Tekniku, 1967, IIW doc. IX-555-67, ippubblikat mill-Istitut Internazzjonali tal-Iwweldjar (IIW).
(28) Kif definit bħalissa fir-Regolament (UE) 2024/2522. Il-kopertura tal-prodott hija ddeterminata billi jiġu kkombinati d-deskrizzjoni tal-prodott fl-Artikolu 1(1) u d-deskrizzjoni tal-prodott tal-kodiċijiet NM korrispondenti meħuda flimkien.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/3193/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)