16.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 419/203


P7_TA(2012)0412

Il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (Tfassil mill-ġdid) ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (Tfassil mill-ġdid) (COM(2010)0748 – C7-0433/2010 – 2010/0383(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – tfassil mill-ġdid)

(2015/C 419/33)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0748) u l-valutazzjoni tal-impatt imwettqa mill-Kummissjoni (SEC(2010)1547),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 67(4) u l-punti (a), (c) u (e) tal-Artikolu 81(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0433/2010),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, mis-Senat tal-Pajjiżi l-Baxxi u mill-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Pajjiżi l-Baxxi, li tiddikjara li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv mhux konformi mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-5 ta’ Mejju 2011 (1),

—

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali (2),

—

wara li kkunsidra l-impenn li ħa r-rappreżentant tal-Kunsill fl-ittra tal-24 ta' Ottubru 2012 biex japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0320/2012),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 218, 23.7.2011, p. 78.

(2)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


P7_TC1-COD(2010)0383

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novembru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (Riformulazzjoni)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1215/2012.)