22002D0171



Official Journal L 038 , 13/02/2003 P. 0036 - 0037


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 171/2002

tas-6 ta' Diċembru 2002

li temenda l-Anness XVII (Proprjetà Intellettwali) mal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li ġie kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea kif emendata bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hekk imsejjaħ aktar 'l quddiem bħala "Il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XVII mal-Ftehim kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 21/2000 tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tal-25 ta' Frar 2000 [1].

(2) Id-Direttiva 2001/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2001 fuq id-dritt tal-bejgħ lil ħaddieħor għall-benefiċċju ta' l-awtur tax-xogħol artistiku oriġinali [2] irid jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej ikun inserit wara punt 9b (Id-Direttiva 98/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XVII mal-Ftehim:

"9c. 32001 L 0084: Id-Direttiva 2001/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2001 dwar id-dritt tal-bejgħ lil ħaddieħor għall-benefiċċju ta' l-awtur tax-xogħol artistiku oriġinali (ĠU L 272, tat-13.10.2001, p. 32).

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva jkunu, għall-finijiet tal-Ftehim preżenti, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

L-Istati ta' l-EFTA se jkunu mistiedna biex jibagħtu r-rappreżentanti għall-Kumitat tal-Kuntratti."

Artikolu 2

It-test tad-Direttiva 2001/84/KE fil-lingwa ta' l-Islanda u tan-Norveġja, li se jkun ipubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Diċembru 2002, iżda n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim jkunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni ghandha tiġi pubblikata fit-taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

Magħmul fi Brussel, fis-6 ta' Diċembru 2002.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kjartan Jóhannsson

[1] ĠU L 103, tat-12.4.2001, p. 44.

[2] ĠU L 272, tat-13.10.2001, p. 32.

[3] Il-kondizzjonijiet mitluba bil-Liġi Kostituzzjonali.

--------------------------------------------------