12.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 184/15


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10122 — Mayr-Melnhof Karton/Kotkamills)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 184/10)

1.   

Fl-4 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Mayr-Melnhof Cartonboard International GmbH (“Mayr-Melnhof Cartonboard International”, l-Awstrija), li tappartjeni għall-grupp Mayr-Melnhof Karton AG (“MM”; flimkien mas-sussidjarji tiegħu l-“Grupp MM”) ,

—

Kotkamills Group Oyj (flimkien mas-sussidjarji tagħha “Kotkamills”, il-Finlandja).

MM takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ Kotkamills kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

MM: produzzjoni ta’ kartun u prodotti tal-imballaġġ, b’mod partikolari kartun li jintewa u, sa ċertu punt, polpa (mekkanika),

—

Kotkamills: manifattura ta’ kartun tal-fibra verġni, Saturating Base Kraft (“SBK”) u injam artab isserrat.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10122 — Mayr-Melnhof Karton/Kotkamills

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).