7.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 58/2022

tat-18 ta’ Marzu 2022

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/1126]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1243 tad-19 ta’ April 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-faċilitazzjoni għall-installazzjoni tat-tagħmir li jidentifika l-użu tal-alkoħol fil-vetturi bil-mutur u li jemenda l-Anness II ta’ dak ir-Regolament (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 52 (ir-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat minn:

—

32021 R 1243: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1243 tad-19 ta’ April 2021 (ĠU L 272, 30.7.2021, p. 11).”

2.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 52b (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/646):

“52c.

32021 R 1243: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1243 tad-19 ta’ April 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-faċilitazzjoni għall-installazzjoni tat-tagħmir li jidentifika l-użu tal-alkoħol fil-vetturi bil-mutur u li jemenda l-Anness II ta’ dan ir-Regolament (ĠU L 272, 30.7.2021, p. 11).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1243 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Marzu 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 55/2022 tat-18 ta’ Marzu 2022 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L 272, 30.7.2021, p. 11.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

(2)  Ara l-paġna 27 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.