Brussell, 13.11.2018

JOIN(2018) 26 final

Proposta Konġunta għal

ANNESS

tal-

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim Interim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Organizzazzjoni għal-Liberalizzazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana (AP) tax-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaża, min-naħa l-oħra, rigward l-estensjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-AP


ANNESS

RAKKOMANDAZZJONI NRU xxx TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-PLO għall-approvazzjoni tal-estensjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-AP [XXX 2018]

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Organizzazzjoni għal-Liberalizzazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaża, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim Interim ta’ Assoċjazzjoni”),

Billi:

(1)Il-Ftehim Interim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaża, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim Interim ta’ Assoċjazzjoni”) ġie ffirmat fl-24 ta’ Frar 1997 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1997.

(2)Skont l-Artikolu 63 tal-Ftehim Interim ta’ Assoċjazzjoni, il-Kumitat Konġunt jista’ jieħu deċiżjonijiet u jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa.

(3)L-Artikolu 10 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konġunt jipprevedi l-possibbiltà li jittieħdu deċiżjonijiet permezz ta’ proċedura bil-miktub bejn is-sessjonijiet jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu.

(4)L-estensjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-AP bi tliet snin se tagħti l-opportunità lill-Partijiet biex fis-snin li ġejjin ikomplu jagħmlu progress fil-kooperazzjoni tagħhom.

JIRRAKKOMANDA:

Artikolu 1

Il-Kumitat Konġunt, permezz ta’ proċedura bil-miktub, jirrakkomanda li l-Pjan ta’ Azzjoni UE-AP jiġi estiż bi tliet snin mill-jum tal-adozzjoni tal-estensjoni.

Magħmul fi xx, [xxxxx 2018].

Għall-Kumitat Konġunt UE-AP

Il-President

***