|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/4961 |
9.9.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.12104 — EDF / SAMSUNG GROUP / EURO LIVING)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/4961)
1.
Fis-26 ta’ Awwissu 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
C98, sussidjarja proprjetà sħiħa ta’ Electricité de France SA (“EDF”, Franza), |
|
— |
Savills IM European Living Fund FCP-RAIF (il- “Fond”, il-Lussemburgu), li jappartjeni lill-Grupp Samsung (il-Korea t’Isfel). |
EDF u il-Fond se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Euro Living Master Holdco S.à.r.l. (“Euro Living”, il-Lussemburgu).
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
EDF hija kumpanija tal-enerġija integrata attiva fil-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni, il-provvista u l-kummerċ tal-elettriku, kif ukoll servizzi oħra relatati mal-elettriku, fi Franza u internazzjonalment. EDF hija attiva wkoll sa ċertu punt fis-settur tal-gass, |
|
— |
Samsung huwa konglomerat attiv f’firxa wiesgħa ta’ industriji, inklużi l-elettronika, il-bini tal-bastimenti, l-inġinerija, u l-assigurazzjoni. Il-Fond huwa kkontrollat indirettament minn Samsung Life Insurance Co., Ltd., entità ta’ Samsung attiva prinċipalment fl-iżvilupp u l-bejgħ ta’ prodotti tal-assigurazzjoni tal-ħajja, il-ġestjoni tal-assi, u l-ġestjoni ta’ wara l-bejgħ. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża Euro Living huma dawn li ġejjin: Euro Living tippossjedi (kemm direttament kif ukoll indirettament) u topera 9 assi residenzjali, u sa ċertu punt, assi ta’ proprjetà immobbli kummerċjali li jinsabu fil-Ġermanja (ass wieħed), Spanja (żewġ assi), l-Iżvezja (ħames assi), u n-Netherlands (ass wieħed).
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12104 — EDF / SAMSUNG GROUP / EURO LIVING
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (Ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4961/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)