European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/774

31.3.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/774

tat-30 ta’ Marzu 2026

li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-26 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (1).

(2)

Il-Kunsill irrieżamina l-entrati li jikkonċernaw ċerti persuni u entitajiet deżinjati li jinsabu fl-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni u kkonkluda li l-entrati li jikkonċernaw sitt persuni u żewġ entitajiet jenħtieġ li jitneħħew minn dak l-Anness. Jenħtieġ li ħames entrati inklużi f’dak l-Anness jiġu aġġornati.

(3)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2010/413/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

M. PANAYIOTOU


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/413/oj).


ANNESS

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK huwa emendat kif ġej:

(1)

taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran.”, is-subintestatura “A. Persuni”, jitħassru l-entrati li ġejjin:

3.

Dr Hoseyn (Hossein) FAQIHIAN

6.

Said Esmail KHALILIPOUR

20.

Behzad SOLTANI;

(2)

taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran.”, is-subintestatura “A. Persuni”, l-entrata 7 hija sostitwita b’dan li ġej:

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“7.

Ali Reza KHANCHI

Indirizz tal-NRC: AEOI-NRC P.O. Box: 11365-8486 Tehran/Iran;

Fax (+9821) 8021412

Sess: raġel

Ali Reza Khanchi huwa xjenzat nukleari affiljat mal-Iranian Nuclear Science and Technology Research Institute (NSTRI).

L-NSTRI huwa korp ta’ riċerka elenkat mill-UE li huwa affiljat fuq livell uffiċjali mal-Atomic Energy Organisation of Iran (AEOI).

Għalhekk, Ali Reza Khanchi huwa involut fl-attivitajiet ta’ proliferazzjoni nukleari tal-Iran u qed jipprovdi appoġġ għalihom.

29.9.2025

(23.4.2007, sospiż mis-16.1.2016)”;

(3)

taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran.”, is-subintestatura “B. Entitajiet”, jitħassru l-entrati li ġejjin:

5.(b)

Assa Corporation

5.(c)

Assa Company Ltd;

(4)

taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran.”, is-subintestatura “B. Entitajiet”, l-entrati 46 u 104 huma sostitwiti bl-entrati korrispondenti li ġejjin:

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“46.

EMKA Company

Indirizz: P.O. Box 14155-1339, Tehran, Iran

EMKA Company hija attiva fl-industrija nukleari tal-Iran. EMKA Company hija sussidjarja ta’ TAMAS Company li hija kumpanija speċjalizzata għall-produzzjoni ta’ materja prima u fjuwil nukleari fl-Iran. EMKA Company hija speċifikament responsabbli għall-esplorazzjoni, l-estrazzjoni, u l-operazzjonijiet tal-ipproċessar tal-minerali fiċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari.

Barra minn hekk, fl-2023, EMKA ffirmat ftehim ta’ kooperazzjoni ma’, fost l-oħrajn, l-Organizzazzjoni tal-Enerġija Atomika tal-Iran (Atomic Energy Organisation of Iran - AEOI), biex jinbena aċċelleratur.

Għalhekk, EMKA Company hija involuta fl-attivitajiet ta’ proliferazzjoni nukleari tal-Iran u qed tipprovdi appoġġ għalihom.

29.9.2025

(23.5.2011, sospiż mis-16.1.2016)

104.

Central Bank of Iran

(magħruf ukoll bħala Central Bank of the Islamic Republic of Iran, magħruf ukoll bħala Bank Markazi Jomhouri Islami Iran)

Indirizz: 213 Ferdowsi Avenue, 11365 Tehran, Iran; Mirdamad Blvd, 144 - P.O. Box 15875/7/77, Tehran, Iran; PO Box 15875/7177, 144 Mirdamad Blvd, Tehran, Iran

P.O. Box: 15875 / 7177

Post tar-reġistrazzjoni: Iran

Data tar-reġistrazzjoni: 1960

Numru tar-reġistrazzjoni: 4296905415

SWIFT/BIC: BMJIIRT1

Sit web: http://www.cbi.ir

Posta elettronika: G.SecDept@cbi.ir

Il-Bank Ċentrali tal-Iran jipprovdi appoġġ finanzjarju lill-IRGC, li huwa involut fil-programmi nukleari u tal-missili tal-Iran. Barra minn hekk, fil-kwalità tiegħu ta’ bank ċentrali, huwa jipprovdi servizzi finanzjarji lill-Gvern tal-Iran, li huwa wieħed mill-klijenti tiegħu.

Għalhekk, il-Bank Ċentrali tal-Iran jappoġġa l-attivitajiet nukleari tal-Iran li joħolqu riskju ta’ proliferazzjoni u lill-Gvern tal-Iran.

29.9.2025

(23.1.2012, sospiż mis-16.1.2016)”;

(5)

taħt l-intestatura “III. Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL)”, is-subintestatura “A. Persuni”, jitħassru l-entrati li ġejjin:

1.

Mohammad Hossein Dajmar

3.

Naser Bateni

8.

Gholam Hossein Golparvar;

(6)

taħt l-intestatura “III. Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL)”, is-subintestatura “B Entitajiet”, l-entrati 43 u 158 huma sostitwiti bl-entrati korrispondenti li ġejjin:

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“43.

Good Luck Shipping Company

Indirizz: Office 206/207 Malik Saeed, Ahmad Ghabbash, Bur Dubai, Dubai, United Arab Emirates

Indirizz: P.O. Box 5562, Dubai, United Arab Emirates

Indirizz: P.O. Box: 8486, Dubai, United Arab Emirates

Indirizz: P.O. Box 8486, Office 206/207, Ahmad Ghubash Building, Oud Mehta, Bur Dubai, United Arab Emirates

Good Luck Shipping tipprovdi servizzi ta’ trasport fuq l-ilma u servizzi loġistiċi għal Hafiz Darya Shipping Lines (HDSL), entità ddeżinjata affiljata mal-Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL), kif ukoll għal Petrochemical Commercial Company (PCC), kumpanija proprjetà tal-Ministeru għaż-Żejt tal-Iran.

29.9.2025

(1.12.2011, sospiż mis-16.1.2016)

158.

Hafiz Darya Shipping Lines (HDSL)

(magħrufa wkoll bħala HDS Lines)

Indirizz: No. 60, Ehteshamiyeh Square, 7th Neyestan Street, Pasdaran Avenue, Tehran, Iran

Dokument tar-reġistrazzjoni tan-negozju # 5478431, maħruġ f’Marzu 2009

Numru tal-OMI: 5878431; stabbilita fl-2009

Hafiz Darya Shipping Lines (HDSL) taġixxi bħala kumpanija fittizja għal IRISL. Hija tippossjedi jew topera bastimenti li għalihom l-Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL) hija identifikata bħala s-sid benefiċjarju. Għalhekk, HDSL qed taġixxi f’isem IRISL.

29.9.2025

(27.11.2013, sospiż mis-16.1.2016)”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/774/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)