<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑591/12 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012CJ0591</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:305">EU:C:2014:305</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20140508">8.5.2014</DATE> — KAWŻA C‑591/12 P</P><P>BIMBO vs UASI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20140508">8 ta’ Mejju 2014</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Trade mark Komunitarja</KEYWORD><KEYWORD>Proċedimenti ta’ oppożizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali BIMBO DOUGHNUTS</KEYWORD><KEYWORD>Trade mark verbali Spanjola preċedenti DOGHNUTS</KEYWORD><KEYWORD>Raġunijiet relattivi għal rifjut</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 40/94</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 8(1)(b)</KEYWORD><KEYWORD>Evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni</KEYWORD><KEYWORD>Pożizzjoni distintiva awtonoma ta’ element ta’ trade mark verbali komposta</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑591/12 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fl-<DATE ISO="20121210">10 ta’ Diċembru 2012</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Bimbo SA,</HT> stabbilita f’Barcelona (Spanja), irrappreżentata minn C. Prat, avukat, u minn R. Ciullo, barrister,</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><P>il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma:</P><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI),</HT> irrappreżentat minn A. Folliard-Monguiral u J. Crespo Carrillo, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Panrico SA,</HT> stabbilita f’Esplugues de Llobregat (Spanja), irrappreżentata minn D. Pellisé Urquiza, avukat,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, President tal-Awla, J. L. da Cruz Vilaça, G. Arestis, J.-C. Bonichot u A. Arabadjiev (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20131107">7 ta’ Novembru 2013</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20140123">23 ta’ Jannar 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, Bimbo SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Bimbo<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) titlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, Bimbo vs UASI – Panrico (BIMBO DOUGHNUTS) (T‑569/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:535">EU:T:2012:535</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), li biha din tal-aħħar ċaħdet ir-rikors tagħha intiż, prinċipalment, għall-bidla jew, sussidjarjament, għall-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-<DATE ISO="20101007">7 ta’ Ottubru 2010</DATE> (Każ R 838/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Panrico SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Panrico<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u Bimbo (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-<DATE ISO="19931220">20 ta’ Diċembru 1993</DATE>, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146), ġie abrogat u ssostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE>, dwar it-trade mark Komunitarja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="078" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU L 78, p. 1</REF.DOC.OJ>). Dan ir-regolament tal-aħħar daħal fis-seħħ fit-<DATE ISO="20090413">13 ta’ April 2009</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Raġunijiet relattivi għal rifjut<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, l-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 40/94 kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Jekk issir opposizzjoni minn proprjetarju ta’ trade mark preċedenti, l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark m’għandhiex tiġi milqugħa:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jekk minħabba identiċità jew xebħ bejn iż-żewġ trade marks u l-identiċità jew xebħ tal-prodotti jew servizzi koperti mit-trade marks teżisti probabilta’ ta’ konfużjoni minn naħa tal-publiku fit-territorju fejn it-trade mark preċedenti hija protetta; il-probabiltà ta’ konfużjoni tinkludi wkoll il-probabiltà li ssir assoċjazzjoni mat-trade mark preċedenti.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-fatti li wasslu għall-kawża huma miġbura fil-qosor kif ġej fil-punti 1 sa 14 tas-sentenza appellata:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20060525">25 ta’ Mejju 2006</DATE>, [Bimbo] ppreżentat applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja quddiem [l-UASI], abbażi tar-Regolament [Nru 40/94] kif emendat [issostitwit bir-Regolament [Nru 207/2009]].</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>It-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni hija s-sinjal verbali <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>BIMBO DOUGHNUTS<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/>.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-prodotti li għalihom saret l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tagħhom jaqgħu taħt il-klassi 30 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-<DATE ISO="19570615">15 ta’ Ġunju 1957</DATE>, kif rivedut u emendat, u jikkorrispondu għad-deskrizzjoni li ġejja: <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>prodotti tal-għaġina u tal-ħami, b’mod partikolari, bomboloni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/>.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja ġiet ippubblikata fil-Bulettin tat-Trade Marks Komunitarji Nru 42/2006 tas-<DATE ISO="20061016">16 ta’ Ottubru 2006</DATE>.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20070116">16 ta’ Jannar 2007</DATE>, [Panrico] ressqet oppożizzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 42 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 41 tar-Regolament Nru 207/2009) għar-reġistrazzjoni tat-trade mark inkwistjoni għall-prodotti kollha msemmija fil-punt 3 iktar ’il fuq.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-oppożizzjoni kienet ibbażata fuq l-eżistenza preċedenti ta’ diversi trade marks, nazzjonali u internazzjonali, kemm verbali kif ukoll figurattivi. Hija kienet ibbażata b’mod partikolari, fuq it-trade mark verbali Spanjola DOGHNUTS, irreġistrata fit-<DATE ISO="19940618">18 ta’ Ġunju 1994</DATE> taħt in-Nru 1288926 għal prodotti li jaqgħu fil-klassi 30 u korrispondenti għad-deskrizzjoni li ġejja: <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>prodotti u preparazzjonijiet ta’ ħelu u tal-għaġina u prodotti u preparazzjonijiet għal prodotti taz-zokkor u ħelu ta’ kull tip; zokkor, ċikkulata, te, kawkaw, kafè u s-sostituti tagħhom; vanilla, essenzi u prodotti u preparazzjonijiet għall-krema karamella u kejkijiet, prodotti li jittieklu magħmula minn ċikkulata u zokkor, ġelati, zokkor-kandju, ċikkulati, bomboloni ta’ forma tonda, chewing gum u gallettini<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/>.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Ir-raġunijiet invokati insostenn tal-oppożizzjoni kienu dawk imsemmija fl-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, u fl-Artikolu 8(5) tal-istess regolament.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20090525">25 ta’ Mejju 2009</DATE>, id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni laqgħet l-oppożizzjoni.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20090724">24 ta’ Lulju 2009</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat appell quddiem l-UASI, skont l-Artikoli 58 sa 64 tar-Regolament Nru 207/2009, mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz [tad-deċiżjoni kkontestata], ir-Raba’ Bord tal-Appell [(iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Bord tal-Appell<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>)] ċaħad l-appell. L-istess bħad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, il-Bord tal-Appell illimita ruħu, sabiex iqabbel it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni mat-trade mark preċedenti verbali Spanjola DOGHNUTS (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>trade mark preċedenti<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/>) u huwa kkonkluda li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni fis-sens tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, fuq din il-bażi.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-Bord tal-Appell irrileva li <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>doughnut<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> kienet kelma Ingliża, li tfisser <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>[...] kejk artab żgħir f’għamla ta’ ċirku oħxon magħmul mill-għaġina<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>. Skont il-Bord tal-Appell, din il-kelma ma teżistix fl-Ispanjol, lingwa li fiha l-ekwivalenti tagħha huma <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>dónut<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> jew <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>rosquilla<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/>. Il-Bord tal-Appell qies li, għall-konsumatur medju Spanjol (bl-eċċezzjoni ta’ dawk li jitkellmu bl-Ingliż), il-kelma <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>doughnut<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="2019" ID="QE0017"/> la tiddeskrivi l-prodotti inkwistjoni u lanqas il-kwalitajiet tagħhom u għaldaqstant ma għandha l-ebda konnotazzjoni partikolari fir-rigward tagħhom. Skont il-Bord tal-Appell, is-sinjal preċedenti, l-istess bħas-sinjal li għalih saret l-applikazzjoni, huwa pperċepit bħala kelma barranija jew fantażjuża mill-maġġoranza tal-konsumaturi.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-Bord tal-Appell, barra minn hekk, qies li s-sinjali inkwistjoni kienu simili, inkwantu t-trade mark preċedenti ġiet inkorporata, kważi b’mod identiku, fit-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni. It-trade marks inkwistjoni huma ta’ grad medju ta’ xebh viżiv u fonetiku. Paragun kunċettwali ma huwiex possibbli.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-prodotti msemmija mit-trade marks kunfliġġenti huma identiċi. Il-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti huwa medju.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Bord tal-Appell ikkonkluda li, fid-dawl tal-karattru distintiv medju tat-trade mark preċedenti, f’evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni, minħabba l-grad medju ta’ xebh viżiv u fonetiku bejn is-sinjali, kienet teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni għall-konsumaturi rilevanti għall-prodotti kollha kkontestati, li ġew iġġudikati identiċi.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Bimbo ippreżentat rikors intiż, prinċipalment, għall-bidla tad-deċiżjoni kkontestata jew, sussidjarjament, l-annullament tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Insostenn tat-talba tagħha għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, Bimbo qajmet żewġ motivi bbażati, l-ewwel wieħed, fuq ksur tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009 u, it-tieni wieħed, fuq il-ksur tal-Artikolu 8(1)(b) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Bis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ddikjarat inammissibbli t-talba intiża biex tikseb il-bidla tad-deċiżjoni kkontestata u ċaħdet il-motivi intiżi għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Bimbo titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza appellata kif ukoll id-deċiżjoni kkontestata u tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-UASI jitlob sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad l-appell u tikkundanna lil Bimbo għall-ispejjeż.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Panrico titlob sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara r-risposta tagħha bħala ammissibbli u fondata, tikkonferma s-sentenza appellata u tikkundanna lil Bimbo għall-ispejjeż.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħha, Bimbo tqajjem aggravju wieħed biss, li huwa maqsum f’żewġ partijiet u li huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Issa, peress li, f’dan il-każ, l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja kkontestata ġiet ippreżentata fil-<DATE ISO="20060525">25 ta’ Mejju 2006</DATE> u li din id-data hija determinanti għall-finijiet tal-identifikazzjoni tad-dritt sostantiv applikabbli (ara, f’dan is-sens, id-digrieti Shah vs Three-N-Products Private, C‑14/12 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:349">EU:C:2013:349</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 2, u DMK vs UASI, C‑346/12 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:397">EU:C:2013:397</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 2), din il-kawża hija rregolata, minn naħa, mid-dispożizzjonijiet proċedurali tar-Regolament Nru 207/2009 u, min-naħa l-oħra, mid-dispożizzjonijiet sostantivi tar-Regolament Nru 40/94.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti tal-aggravju uniku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Qabelxejn, Bimbo ssostni li, permezz tar-raġunament li jidher fil-punt 97 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ħawdet il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>karattru distintiv<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>element nieqes minn kwalunkwe sinjifikat<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> minn naħa, u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>pożizzjoni distintiva awtonoma<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> min-naħa l-oħra. Issa, la l-karattru distintiv intrinsiku u lanqas il-grad ta’ sinjifikat ta’ element ta’ trade mark komposta ma jistgħu jiġu konfużi mal-pożizzjoni distintiva ta’ dan tal-aħħar f’din it-trade mark. Il-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>pożizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> tissuġġerixxi li hemm involut kunċett li għandu jiġi evalwat fid-dawl tal-karatteristiċi ta’ elementi oħra li jikkostitwixxu s-sinjal ikkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Sussegwentement, ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali jimplika, skont Bimbo, li kull trade mark magħmul minn żewġ elementi, li wieħed minnhom huwa trade mark li għandha reputazzjoni u l-ieħor trade mark li għandha karattru distintiv medju u mingħajr sinjifikat partikolari għall-pubbliku rilevanti, titqies bħala magħmula minn żewġ elementi f’pożizzjoni distintiva awtonoma. Issa, il-Qorti<?PAGE NO="5"?> tal-Ġustizzja qieset li, normalment, konsumatur medju jipperċepixxi trade mark bħala unità u huwa biss f’każijiet partikolari li kienet aċċettat li ma setax jiġi eskluż li element ta’ trade mark komposta jista’ jżomm pożizzjoni distintiva awtonoma fis-sinjal kompost ikkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fl-istess sens, il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet, fil-punt 38 tas-sentenza Becker vs Harman International Industries (C‑51/09 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:368">EU:C:2010:368</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) li, fi trade mark komposta, kunjom ma jzommx f’kull każ pożizzjoni distintiva awtonoma biss minħabba li hija ser tiġi pperċepita bħala kunjom. Il-konstatazzjoni ta’ tali pożizzjoni tista’ tiġi bbażata biss fuq eżami tal-fatturi kollha rilevanti tal-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Finalment, Bimbo tirrileva li, fil-fehma tagħha, il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>totalità unitarja<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>unità loġika<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, użati mill-Qorti Ġenerali, ma jidhrux fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Għalkemm, b’dawn il-kunċetti, il-Qorti Ġenerali riedet tfisser li t-trade mark komposta tinkludi diversi elementi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>awtonomi<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, dan il-fatt ma jimplikax li dawn tal-aħħar jokkupaw pożizzjoni distintiva awtonoma.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>L-UASI u Panrico jikkontestaw il-fondatezza tal-argumenti ta’ Bimbo. B’mod partikolari, l-UASI jsostni li l-ewwel parti tal-aggravju uniku invokat hija inammissibbli, ladarba jirriżulta mill-punt 97 tas-sentenza appellata li l-Qorti Ġenerali llimitat ruħha li teżamina s-sinjifikat konkret tas-sinjal li saret l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tiegħu u li għalhekk hija wettqet evalwazzjoni tal-fatti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ammissibbiltà tal-ewwel parti tal-aggravju uniku invokat, għandu jiġi rrilevat li Bimbo tikkritika lill-Qorti Ġenerali li ħawdet ċerti kunċetti tad-dritt, li kisret ir-regola li l-pożizzjoni distintiva awtonoma ta’ element ta’ trade mark komposta tista’ tiġi kkonstatata biss b’mod eċċezzjonali u li użat terminoloġija barranija għall-ġurisprudenza fil-qasam. B’konsegwenza, b’mod kuntrarju għal dak li jallega l-UASI, Bimbo ma llimitatx ruħha li titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja evalwazzjoni ġdida tal-fatti, iżda tikkritika lill-Qorti Ġenerali li wettqet żbalji ta’ liġi. B’hekk jirriżulta li din il-parti hija ammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-mertu, hemm lok li jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-probabbiltà li l-pubbliku jista’ jaħseb li l-prodotti jew is-servizzi inkwistjoni ġejjin mill-istess impriża jew, skont il-każ, minn impriżi relatati ekonomikament, tikkostitwixxi probabbiltà ta’ konfużjoni fis-sens tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 (ara s-sentenzi UASI vs Shaker, C‑334/05 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:333">EU:C:2007:333</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 33, u Nestlé vs UASI, C‑193/06 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:539">EU:C:2007:539</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 32).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>L-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni min-naħa tal-pubbliku għandha tiġi evalwata b’mod globali filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatturi rilevanti kollha tal-każ (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi SABEL, C‑251/95, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:528">EU:C:1997:528</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 22; UASI vs Shaker, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:333">EU:C:2007:333</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 34, u Nestlé vs UASI, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:539">EU:C:2007:539</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 33).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>L-evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni għandha, għal dak li jirrigwarda x-xebh viżiv, tas-smigħ jew kunċettwali tat-trade marks kunfliġġenti, tkun ibbażata fuq l-impressjoni ġlobali prodotta minnhom, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, l-elementi distintivi u dominanti tagħhom. Il-perċezzjoni tat-trade marks mill-konsumatur medju tal-prodotti jew tas-servizzi inkwistjoni għandha rwol determinanti fl-evalwazzjoni globali tal-imsemmija probabbiltà. F’dan ir-rigward, il-konsumatur medju normalment jipperċepixxi trade mark b’mod sħiħ u ma jwettaqx eżami tad-diversi dettalji tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi SABEL, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:528">EU:C:1997:528</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 23; UASI vs Shaker, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:333">EU:C:2007:333</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 35, u Nestlé vs UASI, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:539">EU:C:2007:539</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 34).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>L-evalwazzjoni tax-xebh bejn iż-żewġ trade marks ma tistax tillimita ruħha għat-teħid inkunsiderazzjoni ta’ komponent wieħed biss ta’ trade mark kumplessa u għat-tqabbil ma’ trade mark oħra. Minflok, huwa meħtieġ li jsir paragun waqt li jiġu eżaminati t-trade marks ikkonċernati, fejn kull waħda tiġi kkunsidrata fil-kumpless tagħha (sentenza OHMI vs Shaker, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:333">EU:C:2007:333</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 41).</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>L-impressjoni ġenerali prodotta fil-memorja tal-pubbliku rilevanti minn trade mark kumplessa tista’, f’ċerti ċirkustanzi, tiġi ddominata minn wieħed jew iktar mill-komponenti tagħha. Madankollu, huwa biss jekk il-komponenti l-oħra kollha tat-trade mark ikunu negliġibbli li l-evalwazzjoni tax-xebh tkun tista’ ssir fuq il-bażi biss tal-element dominanti (sentenzi UASI vs Shaker, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:333">EU:C:2007:333</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 41 u 42, kif ukoll Nestlé vs UASI, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:539">EU:C:2007:539</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 42 u 43 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li ma huwiex eskluż li trade mark preċedenti, użata minn terz f’sinjal kompost li jinkludi d-denominazzjoni tal-impriża ta’ dan it-terz, iżżomm pożizzjoni distintiva awtonoma fis-sinjal kompost. Għaldaqstant, għall-finijiet tal-konstatazzjoni ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni, huwa suffiċjenti li, minħabba l-pożizzjoni distintiva awtonoma miżmuma mit-trade mark preċedenti, il-pubbliku xorta jattribwixxi lill-proprjetarju ta’ dan it-trade mark l-oriġini tal-prodotti jew tas-servizzi koperti mis-sinjal kompost (sentenza Medion, C‑120/04, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:594">EU:C:2005:594</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 30 u 36, kif ukoll id-digriet Perfetti Van Melle vs UASI, C‑353/09 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:73">EU:C:2011:73</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 36).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Madankollu, element ta’ sinjal kompost ma jżommx pożizzjoni distintiva awtonoma jekk dan l-element jifforma flimkien mal-element jew l-elementi l-oħra tas-sinjal, meħudin flimkien, unità li għandha sens differenti fil-konfront tas-sens tal-imsemmija elementi meħudin separatament (ara, f’dan is-sens, id-digriet ecoblue vs UASI u Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, C‑23/09 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:35">EU:C:2010:35</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 47; sentenza Becker vs Harman International Industries, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:368">EU:C:2010:368</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 37 u 38, kif ukoll id-digriet Perfetti Van Melle vs UASI, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:73">EU:C:2011:73</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 36 u 37).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali kkonstatat, fil-punti 79 u 81 tas-sentenza appellata, li, anki jekk l-element <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>bimbo<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> kien jokkupa pożizzjoni dominanti fit-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, l-element <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>doughnuts<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> ma kienx negliġibbli fl-impressjoni globali prodotta minn din it-trade mark u kellu, għaldaqstant, jitqies fil-paragun tat-trade marks kunfliġġenti.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-punt 97 ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali ppreċiżat li, peress li l-element <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>doughnuts<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> huwa mingħajr ebda sinjifikat għall-pubbliku rilevanti, dan l-element ma kienx jifforma flimkien mal-element l-ieħor tas-sinjal, meħudin flimkien, unità li għandha sens differenti fil-konfront tas-sens tal-imsemmija elementi meħudin separatament. B’hekk hija kkonkludiet li l-element <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>doughnuts<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> kien iżomm pożizzjoni distintiva awtonoma fi ħdan it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni u kellha, għaldaqstant, titqies fl-evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-punt 100 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ġġudikat li, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatturi rilevanti kollha ta’ dan il-każ, l-evalwazzjoni globali kienet tikkonferma l-konklużjoni tal-Bord tal-Appell, li kienet teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>B’hekk, il-Qorti Ġenerali ma kkonkludietx li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni mill-uniku konstatazzjoni li l-element <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>doughnuts<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> jokkupa, fit-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni, pożizzjoni distintiva awtonoma, imma ddeduċietha minn evalwazzjoni globali li tinkludi l-istadji varji tal-analiżi li jirriżultaw mill-ġurisprudenza indikata fil-punti 19 sa 25 ta’ din is-sentenza u fil-kuntest ta’ liema hija ħadet inkunsiderazzjoni l-fatturi rilevanti f’dan il-każ. B’hekk hija għamlet applikazzjoni eżatta tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni ma hijiex ikkonfutata mill-argumenti l-oħrajn mressqa minn Bimbo.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Sa fejn Bimbo tikkritika lill-Qorti Ġenerali, qabelxejn, li użat, fil-punt 97 tas-sentenza appellata, il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>karattru distintiv<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>element li ma għandu ebda sinjifikat<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, jeħtieġ sempliċement li jiġi rrilevat li l-Qorti Ġenerali llimitat ruħha, f’dan il-punt, li tiċħad l-allegazzjonijiet ta’ Bimbo, intiżi li jistabbilixxu li, minħabba l-fatt li l-element <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>doughnuts<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> ma għandux karattru distintiv, dan tal-aħħar ma kellux jitqies fl-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>B’hekk il-Qorti Ġenerali lestiet l-evalwazzjoni tagħha li tidher fil-punt 81 tas-sentenza appellata, li l-imsemmi element ma kienx negliġibbli fl-impressjoni globali prodotta mit-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni u kellu, għaldaqstant, jitqies fil-paragun tat-trade marks kunfliġġenti. B’dan il-mod, hija ma ħawdet bl-ebda mod il-kunċetti inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Sussegwentement, sa fejn Bimbo ssostni li l-Qorti Ġenerali kisret ir-regola li l-konstatazzjoni ta’ pożizzjoni distintiva awtonoma ta’ element ta’ sinjal kompost tikkostitwixxi eċċezzjoni li għandha tiġi debitament iġġustifikata fil-konfront tar-regola ġenerali li l-konsumatur normalment jipperċepixxi trade mark b’mod sħiħ, għandu jiġi rrilevat li l-analiżi tal-eżistenza jew le ta’ pożizzjoni distintiva awtonoma ta’ wieħed mill-elementi ta’ sinjal kompost huwa intiż li jiddetermina dawk mill-imsemmija elementi li ser jiġu pperċepiti mill-pubbliku msemmi.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 25 u 26 tal-konklużjonijiet tiegħu, hemm lok, f’kull każ individwali, li jiġi ddeterminat, permezz ta’, b’mod partikolari, l-analiżi tal-komponenti ta’ sinjal u tal-piż tagħhom fil-perċezzjoni tal-pubbliku msemmi, l-impressjoni ġenerali li jipproduċi s-sinjal, li qed issir l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tiegħu, fil-memorja tal-imsemmi pubbliku u li wieħed jiddetermina sussegwentement, fid-dawl ta’ din l-impressjoni tal-fatturi rilevanti kollha flimkien tal-każ inkwistjoni, għall-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Issa, minn naħa, id-determinazzjoni tal-elementi ta’ sinjal kompost li jikkontribwixxu għall-impressjoni globali li jipproduċi dan is-sinjal fil-memorja tal-imsemmi pubbliku msemmi ssir qabel l-evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni tas-sinjali inkwistjoni. Tali evalwazzjoni għandha tiġi bbażata fuq l-impressjoni globali prodotta mit-trade marks kunfliġġenti, peress li l-konsumatur medju normalment jipperċepixxi trade mark b’mod sħiħ u ma jwettaqx eżami tad-diversi dettalji tagħha, kif tfakkar fil-punt 21 ta’ din is-sentenza. Għaldaqstant, ma hemmx lok li jiġi kkunsidrat li din hija eċċezzjoni li għandha tiġi debitament iġġustifikata fil-konfront ta’ din ir-regola ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu jiġi enfasizzat li l-evalwazzjoni individwali ta’ kull sinjal, kif meħtieġ mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, għandha titwettaq skont iċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ u ma tistax, għaldaqstant, tiġi kkunsidrata bħala suġġetta għal preżunzjonijiet ġenerali. Kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 24 tal-konklużjonijiet tiegħu, jirriżulta b’mod partikolari mill-ġurisprudenza li ġiet wara s-sentenza Medion (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:594">EU:C:2005:594</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li l-Qorti tal-Ġustizzja ma introduċietx, f’din is-sentenza, deroga għall-prinċipji li jippresjedu l-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Finalment, fir-rigward tal-argumenti miġbura fil-punt 16 ta’ din is-sentenza, għandu jiġi kkonstatat li l-espressjonijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>totalità unitarja<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>unità loġika<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, użati mill-Qorti Ġenerali fil-punt 97 tas-sentenza appellata, jikkorrispondu għal dik ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>unità li għandha sens differenti<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, użata mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza indikata fil-punt 25 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-evalwazzjoni li wettqet il-Qorti Ġenerali ma hijiex ivvizzjata minn żbalji ta’ liġi allegati minn Bimbo u li, konsegwentement, l-ewwel parti tal-aggravju uniku invokat għandha tiġi miċħuda bħala infondata.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni parti tal-aggravju uniku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Bimbo tqis, qabelxejn, li l-Qorti Ġenerali bbażat il-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni fuq il-preżunzjoni li l-element <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>doughnuts<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> jokkupa pożizzjoni distintiva awtonoma, mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni l-fatturi speċifiċi l-oħra kollha ta’ dan il-każ.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>B’hekk, il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għar-reġistrazzjonji hija kkaratterizzata mill-ewwel element tagħha, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>bimbo<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, trade mark li għandha reputazzjoni tajba fi Spanja għal prodotti li għalihom saret l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ din it-trade mark. Lanqas ma kien irrilevat li t-trade mark preċedenti ma għandhiex karattru distintiv għoli jew partikolari u li l-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>doghnuts<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> ma hijiex riprodotta b’mod identiku fit-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Sussegwentement, Bimbo ssostni li l-forza ta’ trade mark li għandha reputazzjoni, li hija l-ewwel element tat-trade mark komposta, tippermetti normalment li jiġi evitat li l-impressjoni globali prodotta minn din it-trade mark tal-aħħar tiġi pperċepita mill-pubbliku rilevanti bħala li tattribwixxi l-oriġini tal-prodotti inkwistjoni lill-proprjetarju tat-trade mark preċedenti jew lil impriżi marbuta ekonomikament.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Għaldaqstant, skont Bimbo, il-Qorti Ġenerali kellha, sabiex tkun tista’ tikkonstata l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti, tiġġustifika r-raġunijiet li għalihom, b’mod eċċezzjonali, f’dan il-każ, it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, fid-dawl tal-impressjoni globali li hija tipproduċi fuq il-pubbliku rilevanti, tagħti lok għal probabbiltà ta’ konfużjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Finalment, Bimbo tqis li, matul l-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni, il-Qorti Ġenerali ma ħaditx debitament inkunsiderazzjoni li, kuntrarjament għall-użu fis-settur kummerċjali kkonċernat mill-kawża li tat lok għas-sentenza Medion (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:594">EU:C:2005:594</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ikun ferm mhux tas-soltu, fis-settur tal-furnara, li jiġu konklużi ftehimiet kummerċjali jew li jsiru assoċjazzjonijiet biex jiġu offerti prodotti.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>L-UASI u Panrico jikkontestaw l-argumenti ta’ Bimbo.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Qabelxejn, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 37 sa 42 tal-konklużjonijiet tiegħu, fid-dawl tar-raġunament li jidher b’mod partikolari fil-punti 91 sa 100 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ma tistax tiġi kkritikata li ddeduċiet awtomatikament il-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn is-sinjali kunfliġġenti mill-konstatazzjoni ta’ pożizzjoni distintiva awtonoma tal-element <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>doughnuts<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> fit-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn dawn il-punti jirriżulta li l-Qorti Ġenerali wettqet evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni u li ħadet inkunsiderazzjoni, għal dan il-għan, il-fatturi speċifiċi ta’ dan il-każ. Barra minn hekk, din l-evalwazzjoni hija bbażata fuq analiżi dettaljata, fil-punti 52 sa 89 tas-sentenza appellata, tal-elementi kollha mqajma minn Bimbo u, b’mod partikolari, fuq ir-reputazzjoni ta’ din it-trade mark. L-argumenti ppreżentati f’dan ir-rigward minn din il-kumpannija quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja joħorġu b’hekk minn interpretazzjoni ta’ din is-sentenza b’mod żbaljat u għandhom, għal din ir-raġuni, jiġu miċħuda.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Sussegwentement, fid-dawl tal-konstatazzjonijiet li saru fil-punti 33 u 34 ta’ din is-sentenza, l-argumenti miġbura fil-punti 41 u 42 ta’ din tal-aħħar joħorġu minn interpretazzjoni żbaljata tal-ġurisprudenza rilevanti u għandhom, għal din ir-raġuni, jiġu esklużi.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Finalment, fir-rigward tal-argumenti ta’ Bimbo miġburin fil-punt 43 ta’ din is-sentenza, jeħtieġ sempliċement li jiġi kkonstatat li, kif sostna l-UASI korrettament, huma ġew invokati għall-ewwel darba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u li, għaldaqstant, b’mod konformi mal-ġurisprudenza stabbilita, għandhom jiġu miċħuda bħala inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>B’hekk jirriżulta li t-tieni parti tal-aggravju uniku invokat minn Bimbo għandu jiġi eskluż bħala, parzjalment, inammissibbli u, parzjalment, infondat.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-aggravju uniku invokat insostenn tal-appell għandu jiġi miċħud u konsegwentement anki dan tal-aħħar.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-appell ma jkunx fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. Skont l-Artikolu 138(1) tal-istess Regoli, applikabbli għall-proċedura ta’ appell skont l-Artikolu 184(1) ta’ dawn tal-aħħar, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż jekk dawn ikunu ġew mitluba.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Peress li Bimbo tilfet hemm lok li tiġi ordnata tbati l-ispejjeż kif mitlub mill-UASI kif ukoll minn Panrico.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Bimbo SA hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>